Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370
Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 | illum 3 'Il-ġlied u l-imwies saru n-norma' Tkompli minn paġna 1 Mistoqsi jekk il-Gvern għandux pjanijiet li jagħmel għassa separata f 'Paceville, il-Ministru tal-intern u s-sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela qal lill-iLLUM li bħalissa l-Gvern għaddej b'eżerċizzju ta' konsultazzjoni mal- Korp tal-Pulizija u qed jiġu analizzati l-oqsma li jirrikjedu attenzjoni fl- istrateġija li qiegħda tiġi mfassla, inkluż dik tal- għasses tal-pulizija. Uffiċjali għolja fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u oħrajn fir-Rapid Intervention Unit (RIU) li tkellmu mal- ILLUM qalu li l-kriminalità f 'Paceville mhux fenomenu ġdid, u li fis-sajf, l-inċidenti jiżdiedu ħafna iktar minħabba l-influss enormi ta' żgħażagħ. "Ir-realtà hija li l-ġlied f 'Paceville sar in-norma. Mhux l-ewwel darba li l-pulizija jsibu mwies u armi oħra fil-pussess ta' persuni f 'Paceville. L-inċident li ġara l-ġimgħa l-oħra jixhed stampa ċara tas-sitwazzjoni tal-biżà u xokkanti li qed jesperjenzaw il-pulizija stazzjonati f 'Paceville," s-sorsi qalu. Dan sostnewh fl-isfond ta' attakk vjolenti li seħħ fit-13 ta' Settembru meta Enab Zorgani, Libjan ta' 22 sena, fera diversi nies waqt attakk b'arma bil-ponta. Konsegwenza tal-inċident, ġuvni Olandiż ta' 18-il sena spiċċa fil-periklu tal-mewt, waqt li ħames irġiel oħra sofrew ġrieħi gravi. Fil-Qorti ħareġ ukoll li l-ebda mill-vittmi ma kienu involuti fl-argument li minnu beda l-inkwiet kollu, u fil-fatt kienu biss għaddejjin fil-post. Pulizija f 'Paceville mhux armati, mingħajr it- tagħmir neċessarju Mal-ILLUM, is-sorsi tal- pulizija qalu li s-sigurtà f 'Paceville ilha sejra mill-ħażin għall-agħar, u li l-pulizija mhux qed iħossuhom protetti. Aktar minn hekk huma qalu li l-pulizija mhux attrezzata bit-tagħmir neċessajru u li dak li ġara l-ġimgħa l-oħra, jiġifieri li t-tliet pulizija li arrestaw lil-Libjan kienu mgħammra biss b'taser gun wieħed bejniethom, ma jistax jerġa jirrepeti ruħu għax jista' jwassal għal konsegwenzi iktar sejri. "Il-pulizija li jkunu stazzjonati f 'Paceville irid ikollhom it-tagħmir kollu neċessarju. Ma jistax ikun li pulizija f 'Paceville ma jkunx armat u li jkun liebes l-uniformi normali tax-xogħol, għax mhix idonea, u minflok, hemm bżonn li jkunu lebsin ilbies speċjalizzat li jipproteġi l-pulizija minn per eżempju daqqiet ta' sikkina," il- pulizija qalu lill-ILLUM. Bl-istess mod, huma qalu li hemm bżonn li tiġi mibnija għassa tal-pulizija f 'Paceville u li l-pulizija stazzjonati hemm iridu jkunu skwadra għalihom u distinta minn dik ta' San Ġiljan. 'Lejl sajfi għar-residenti f 'san Ġiljan: Ġlied, vandaliżmu, għajjat, u ħmieġ' Madankollu, mal-ILLUM, is-Sindku ta' San Ġiljan, Karl Gouder sostna li l-bini ta' għassa ġdida f 'Paceville mhux biżżejjed biex tissolva l-problema ta' sigurtà f 'Paceville. "Għassa ġdida f 'Paceville tkun inutli jekk in-numru ta' pulizija jibqgħu kif inhuma, u lanqas jekk il- pulizija tad-distrett kollha jiġu stazzjonati f 'Paceville għax dawn iridu jlaħħqu mal-inċidenti l-oħra li jseħħu fil-madwar. L-uniku soluzzjoni hija li jiżdiedu n-numru ta' pulizija." "Il-miżerja li r-residenti jridu jħabbtu wiċċhom fi tmiem il-ġimgħa matul ix-xitwa jesperjenzawh ta' kuljum matul is-sajf. Ta' kuljum, residenti jiltaqgħu ma' vandaliżmu, ħmieġ, għajjat u ġlied," temm jgħid is-Sindku ta' San Ġiljan. Mhux l-ewwel darba li l-pulizija jsibu mwies u armi oħra fil-pusess ta' persuni f 'Paceville 'Persuni aggressivi mal-pulizija għandhom jingħataw pieni eħrex' Fid-dAwL ta' diversi inċidenti aggressivi fil- konfront tal-pulizija, lbieraħ, l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija (MPA) saħqet li s-sentenzi tal-qorti għandhom ikunu iktar ħorox sabiex jirriflettu l-gravita tar-reat. L-Assoċjazzjoni qalet dan wara li din il-ġimgħa, l-Qorti kkundannat raġel għal sitt xhur ħabs u multa ta' €2,000 wara li saq minn fuq il-pala kuntistabbli tal-pulizija bil- karozza. Il-pulizija soffra xi ksur f 'saqajh, filwaqt li apparti s-sentenza ta' ħabs u l-multa, r-raġel, Adrian Bianci, ta' 38 sena, minn Ħal Qormi, kellu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu sospiża għal tmint ijiem. Filwaqt li esprimiet is- solidarjetà tagħha mal- pulizija involut fl-inċident u ma' dawk involuti fl-attakk f 'Paceville fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-Assoċjazzjoni appellat għal iktar protezzjoni u għarfien. "L-MPA tikkundanna kull tip ta' vjolenza li wħud mill-membri tal-korp tal- pulizija ħafna drabi jsofru waqt il-qadi ta' dmirijiethom u tfakkar li l-pulizija huwa ħaddiem bħal kull ċittadin ieħor li joħroġ jaqla' l-għajxien għall-familja tiegħu u li hu kommess erbgħa u għoxrin siegħa kuljum biex ikun hawn il-buon ordni u s-sigurtà madwar il-pajjiz kollu." Żiedet tgħid li filwaqt li ċerti sentenzi mill-Qrati Maltin verament huma ta' deterrent għal min qed jaħseb biex jikser il-liġi jew min għandu f 'moħħu li jkompli jikkalpesta l-liġi, oħrajn mhumiex jirriflettu l-gravità tar-reati li jkunu saru fuq il-pulizija. "L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ilha għal dawn l-aħħar snin titlob li jkun hemm sentenzi li jipproteġu lill-membri tal-Korp u għaldaqstant, se tkompli tħeġġeġ lill- membri tal-ġudikatura biex ikunu riġidi fis-sentenzi li jagħtu għax permezz t'hekk, l-uffiċjali tal-pulizija jkunu protetti," l-Assoċjazzjoni temmet tgħid. Intqal ukoll li hemm bżonn ikun hemm aktar investiment kemm fir-riżorsi umani tal- pulizija u kif ukoll fit-taħriġ u t-tagħmir tal-pulizija.