Illum previous editions

ILLUM 20 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 39

Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 | illum 7 Min jgħid iva u min jgħid le VERONICALYNN MIZZI vmizzi@mediatoday.com.mt WARA li l-Ħadd li għadda, il-gazzetta ILLUM żvelat kif fil-ġimgħat li ġejjin se jidħol fis-seħħ avviż legali li fost l-oħrajn, se jagħmilha illegali li jinstaqu żwiemel f 'toroq prinċipali f 'ħinijiet partikolari, l-ILLUM żaret il-Belt Valletta biex tieħu l-kummenti tal-pubbliku dwar l-opinjoni tagħhom. Dan l-avviż legali, fost diversi punti, ma jippermettix li sewwieqa taż-żwiemel, isuqu f 'toroq arterjali, bejn is-sebgħa u disgħa ta' filgħodu, u l-erbgħa u s-sitta ta' waranofsinhar. Il-kummenti tal-pubbliku kienu mħalltin, b'uħud juru s-sodisfazzjon tagħhom li din il-liġi finalment se tiddaħħal, u oħrajn iħossu li dan mhux ġust fuq is-sidien ta' dawn iż-żwiemel. Fil-fatt, l-idea ta' xi wħud li tkellmu mal- ILLUM hi li b'dawn il-bidliet qed jiġi mnaqqar id-delizzju tagħhom. Bosta wrew it-tħassib tagħhom dwar il- kundizzjonijiet taż-żwiemel u qalu li ammont kbir minnhom xorta waħda jkunu fix-xemx minkejja li hemm it-tined. Għalkemm l-avviż legali jispeċifika li dan ma japplikax fuq il-karozzini, minħabba li dawn huma meqjusa bħala transport pubbliku, dawk li tkellmu magħna, xorta waħda esprimew ruħhom dwar dan. Kienu diversi n-nies, partikolarment residenti Beltin li lmentaw dwar id-diversi problemi li joħolqu ż-żwiemel, fosthom il-ħmieġ u l-irwejjaħ li jħallu. Ara l-voxpop sħiħa fuq illum.com.mt Lawrence Gatt – Gżira Anthony Camilleri - Furjana Rita Cassar – Żabbar Reno Attard – Fgura Mario Muscat – B'Kara Noel u Nathalie Caruana – Valletta Daqshekk żwiemel f 'ħinijiet ta' traffiku AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT "Iż-żiemel imdorri barra u jrid joħroġ. Jekk ikollhom it-turisti u jridu joħorġu jduruhom, mhux filgħodu? Mhux minn hemm iridu jaqilgħu lira? Allura minn fejn għandhom jgħaddu? Se jagħmlulhom xi triq apposta għalihom?" "Jiena naqbel li għandhom iġibuhom kif suppost bil-caravans, biex fil-main roads ma jkollhomx għalfejn jiġru, u ma jbatux bis-sħana u bix-xemx. Kwalunkwe bhima għandu jkollha l-karru tagħha biex tinġarr, biex sidha jkun qed jieħu ħsibha b'mod sew." "Iż-żwiemel perikolużi…għalija aħjar, naqbel magħha. Jiena personalment, nibża' miż-żwiemel, imma anke tara ħafna diżgrazzji, l-karozzi u hekk… voldieri aħjar. Jien naqbel." "Se tgħin ħafna fit-traffiku żgur, għax meta jkunu mexjin u int tkun warajh, mhux se jersaqlek biex tgħaddi, anzi jħaqqaqha miegħek u jgħidlek 'U stenna naqra!', u trid toqgħod tistenna warajh bħal ħmar u jekk tipprova taqbżu, tistenna li taqla' xi ċitazzjoni." "X'jagħmel id-dilettant jekk taqtalu rasu? M'hawnx min imur jispara għal għasfur? Mhux kwistjoni ta' erba' siegħat biss, għax dak li jkun meta jkollu ċ-ċans jagħmilha. Miskin dak li joħroġ iż-żiemel darba f 'ġimgħa meta jkollu ġurnata off, x'se jagħmel? Taqtagħhielu?" "Dawk iż-żwiemel li kollha qegħdin fix-xemx, jiġbdu t-turisti minn filgħodu sa filgħaxija, din moħqrija u eżaġerazzjoni. Traffiku hawn kemm trid, ħu mir-rush hours, biżżejjed hu. Jekk jinqabad żiemel u jisfratta, jagħmel ħerba sħiħa, għax annimal hu x'inhu!" Ritratti: Ray Attard u Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2015