Illum previous editions

ILLUM 20 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

34 illum Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 SportSillum "Irridu noħorġu mill-comfort zone" - Norman Darmanin Demajo Waqt konferenza stampa li saret ftit tal-jiem ilu fis-sala biswit iċ-Ċentru tekniku tal-MFa f 'ta' qali, ġie mniedi l-UEFa PRO Course għall-kowċis Maltin li diġà għandhom il-liċenzja a tal-UEFa. tajjeb ngħidu li din hija l-ewwel darba li dan il-kors qed isir f 'Malta. Għalih qed jattendu numru ta' kowċis stabbiliti fosthom Branko Nisevic, Josef Mansueto, Gilbert agius, Mark Marlow, Mark Miller, Winston Muscat u Jacques Scerri fost oħrajn. Għal dan il-kors kien mistieden mill-Iżvizzera Dani Rysers, rappreżentant tal-UEFa Jira Panel. F'kelmtejn ferm interessanti li huwa għadda lill-media, huwa saħaq li għalkemm Malta hija gżira żgħira, jemmen bis-sħiħ fil-potenzjal ta' pajjiżna, speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam ma' ħiliet fil-futbol milgħub u anki dawk marbutin ma' kowċing. Huwa kompla li pajjiżu, l-Iżvizzera tul il-medda tas- snin għamel passi ta' ġgant 'il quddiem u jemmen li pajjiżna, għalkemm huwa ferm iżgħar fid-daqs jista' wkoll jagħmel avvanzi konsiderevoli f 'dak li għandu x'jaqsam ma' futbol. Huwa inkoraġġixxa lill- kowċis Maltin preżenti biex jagħtu importanza lis-settur tal-grassroots għax huwa tabilħaqq minn dan l-istadju li l-ħiliet u l-kwaltajiet fil-futbol ta' plejers tfal u żgħażagħ jibdew joħorġu fid-deher. U ġaladarba qed insemmu dan is-settur, wieħed ma jistax jinsa li l-MFA sa mill-bidu tal-presidenza ta' Norman Darmanin Demajo dejjem saħqet fuq dan is-settur u minn ħames snin ilu 'l hawn, pajjiżna ra avvanz enormi f 'dan is-settur partikolari. Kompla jitkellem fuq dan, il-president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo li saħaq li sa mill-ewwel ġurnata tiegħu fit-tmun tal-MFA bħala president, huwa flimkien ma' sħabu tal-amministrazzjoni tal- istess assoċjazzjoni li tmexxi l-futbol ġewwa Malta dejjem taw importanza massiva lill- klabbs u lill-infrasttruttura tagħhom. Huwa semma' li l-MFA saħansitra kienet iddedikat is-somma ta' xejn inqas minn 25 miljun Ewro għal dan is-settur u llum il-ġurnata bizzejjed wieħed jagħti ħarsa lejn pajjiżna meta jkun fuq ajruplan biex malajr jinduna li pajjiżna huwa mimli b'diversi pitches miksija bit- turf imxerrdin madwar Malta kollha. Huwa semma' l-eżempju klassiku tal-Iżlanda li għamlet passi ta' ġgant 'il quddiem u saħansitra tinsab xejn inqas minn 10 punti vantaġġ fuq l-Olanda fil-grupp li qed timmilita fih għall- Kwalifikazzjoni għall-Euro 2016, jiġifieri Grupp A. Dan meta madwar 20 snin ilu, fir-Rothmans Tournament, pajjiżna kien joħroġ rebbieħ kontra l-istess pajjiż. Hekk kif Norman Darmanin Demajo tenna li għandu relazzjoni mill-qrib ferm mal-presdient tal-Federazzjoni tal-Futbol fl-Iżlanda Geir Thorsteinsson, huwa afferma li dejjem isaqsi lil din il-persuna x'kien is-sigriet li wassal għal dan is-suċċess konsiderevoli. Norman Darmanin Demajo qal li l-Iżlandiż iwieġbu li s-sigriet tas-suċċes tat-tim nazzjonali ta' pajjiżu, huwa dak li hemm bejn 75 u 100, jilagħbu barra mill-pajjiż f 'Kampjonati professjonali. Dan hekk kif hemm ammont kbir ta' scouts li jmorru f 'dan il-pajjiż u sa minn età żgħira jiġbru diversi tfal u żgħażagħ ta' ċertu ħila fil-futbol u jinkoraġġuhom iħallu l-pajjiz biex jibdew avventura ta' futbol professjonali barra mill-Iżlanda li għandha popolazzjoni ta' 300,000 ruħ. Sfortunatament, sostna l-president ferm ħabrieki tal-MFA, mux l-istess nistgħu ngħidu għal pajjiżna fejn għalkemm fl-aħħar snin rajna bosta żgħażagħ jingħataw iċ-ċans li jmorru jilagħbu f 'kampjonati oħra barra minn xtutna, dawn ħafna drabi jiġu lura lejn pajjiżna wara biss ftit xhur minħabba li jsibuha diffiċli ferm biex jgħixu ħajja ta' futboler professjonali barra minn xtutna. Fost il-fatturi li semma' Norman Darmanin Demajo għaliex dan mhux isir, semma' li ż-żgħażagħ tagħna huma ferm komdi f 'dik li huwa ddeskriva bħala 'comfort zone', fejn isibuha ferm diffiċli li jitilqu ċ-ċirku strett tal-familja u ħbieb tagħhom kif ukoll il-klima sħuna u l-ħajja komda li ngħixu bħala poplu f 'Malta. B'hekk il-president tal-MFA appella lill-kowċis preżenti waqt il-laqgħa tal-bieraħ biex jinkoraġġixxu bis-sħiħ lit-tfal li huma jikkowċjaw biex joħorġu minn din il-'comfort zone' u jfittxu avventuri ġodda 'l barra minn pajjiżna, għax tabilħaqq hekk biss jista' l-futbol Malti jagħmel avvanzi konsiderevoli 'l quddiem. Ritratt - Domenic Aquilina Għall-ewwel darba wara iktar minn sena, Ferrari fil-pole-position Għall-EWWEl darba sa minn Ġunju tas-sena li għaddiet, se nkunu qed naraw pole position mingħajr Mercedes fl-ewwel post, meta l-fenomenu sewwieq Ġermaniż, Sebastian Vettel, kiseb l-aħjar ħin fiċ-ċirkiwt ta' Marina Bay ġewwa Singapore. Propju Sebastian Vettel kien l-eroj assolut waqt din il-pole position meta għeleb lir-rivali Daniele Ricciardo b'aktar minn nofs sekonda, b'Mercedes illum, ikunu qed jibdew mit-tielet filliera tal- gradwatorja. Intant, is-sewwieq kontroversjali Finlandiż Kimi Raikkonen, se jkun qed jibda mit-tielet post, waqt li s-sewwieq Brittaniku u champion tad-dinja, Lewis Hamilton, se jkun qed jiddiżappunta bil-kbir meta llum se jkun qed jibda biss mill-ħames post tal- gradwatorja. Intant, dawn huma l-ewwel 10 postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is-sewwieqa rispettivi tal-Formula 1, illum f 'Singapore: Sewwieq Tim Ħin 1. S. Vettel Ferrari 01:43.885 2. D. Ricciardo Red Bull 01:44.428 3. K. Raikkonen Ferrari 01:44.667 4. D. Kvyat Red Bull 01:44.745 5. L. Hamilton Mercedes 01:45.300 6. N. Rosberg Mercedes 01:45.415 7. V. Bottas Williams 01:45.676 8. M. Verstappen Toro Rosso 01:45.798 9. F. Massa Williams 01:46.077 10. R. Grosjean Lotus 01:46.413 11. N. Hulkenberg Force India 01:46.305 12. F. Alonso McLaren 01:46.328 13. S. Perez Force India 01:46.385 14. C. Sainz Jr. Toro Rosso 01:46.894 15. J. Button McLaren 01:47.019 16. F. Nasr Sauber 01:46.965 17. M. Ericsson Sauber 01:47.088 18. P. Maldonado Lotus 01:47.323 19. W. Stevens Manor 01:51.021 20. A. Rossi Manor 01:51.523 Vettel (ċentru), Ricciardo (lemin) u Raikonnen (xellug) jiċċelebraw il-kwalifikazzjoni tal-pole position ġewwa Singapore

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2015