Illum previous editions

ILLUM 20 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 39

10 illum | Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 Mill-Qorti Matthew aguis magius@mediatoday.com.mt Maqfula għal disa' snin flimkien ma' barmil u żewġt iklieb Mara b'diżabilità intellettwali qattgħet l-aħħar disa' snin ta' ħajjitha maqfula f 'kamra tas-sodda taħdem il-pupi tal-Playmobil flimkien ma' żewġt iklieb u barmil għal 17-il siegħa kuljum. Din l-istorja ta' abbuż xokkanti ħarġet fil-beraħ fil-Qorti waqt każ kontra carer. Quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, l-imputata, Anna Maria Jimenez, Maltija ta' 33 sena minn Birżebbuġa, ġiet mixlija li qaflet lill-vittma għal disa' snin sħaħ, li hedditha, u li ħebbet għaliha. L-Ispettur Joseph Busuttil, għan-nom tal-Prosekuzzjoni, spjega lill-Qorti li l-każ ġie żvelat wara li persuna li tgħix fl-istess appartament mal- imputata u l-vittma, avviċinat lill-Aġenzija Appoġġ u qaltilhom b'li kien qed jiġri. Intqal kif l-imputata kienet taqfel lill-vittma f 'kamra żgħira ħafna mill-10 ta' filgħaxija sat-tlieta ta' waranofsinhar tal- għada. Il-vittma kienet tinqafel fil-kamra flimkien ma' barmil għall-bżonnijiet naturali tagħha u żewġt iklieb. Aktar minn hekk, Jimenez kienet tagħti biċċiet tal-pupi tal-Playmobil lill-vittma ħalli din tal-aħħar tgħaqqadhom sabiex ikunu jistgħu jinbiegħu mill-imputata stess. Il-Qorti semgħet kif kienet tiġi lura mix-xogħol, l-imputata, li hi carer fl-Isptar Mater Dei, kienet tiftaħ il-bieb tal-kamra fejn kienet tkun imsakkra l-vittma u dak il-ħin kienet ittiha x'tiekol u tnaddaf il-kamra. Il-Maġistrat Scerri Herrera semgħet kif wara li Jimenez għenet lill-vittma ssib xogħol, hija kienet tpoġġi lill-koinkwilina tagħha taħt pressjoni sabiex tħallas iżjed kera u theddida li jekk ma tħallasx, kienet tirranġa biex hi tiġi mkeċċija mix-xogħol. Saħansitra, hija talbitha d-dettalji tal-credit card, l-PIN u li kif ukoll, allegatement kienet issarraf iċ-ċekkijiet tal- għajnuna soċjali tal-vittma u żżomm il-flus hi. L-imputata kissret ukoll is-SIM card tal-mowbajl tal- vittma sabiex din tal-aħħar tiġi iżolata mill-ħbieb u l-familjari tagħha. Intant, il-Qorti semgħet kif l-għarus ta' Jimenez, pulizija li fil-passat kien akkużat b'sensiela ta' reati vjolenti, kien investigat ukoll u li għalkemm ma nstabet l-ebda prova ta' mġiba ħażina min-naħa tiegħu, l-informazzjoni misjuba xorta waħda ġiet mogħtija lis- sezzjoni tal-pulizija tar-riżorsi umani. Il-Qorti ċaħdet it-talba għal- libertà proviżorja minħabba li l-vittma hija mara vulnerabbli u għaldaqstant, l-akkużata baqgħet miżmuma taħt arrest. Sena ħabs għal prostituta fuq akkużi ta' serq u frodi Prostituta notorja mal- pulizija ntbagħtet sena ħabs waqt li r-raġel li kien iħaddimha, li jinzerta li hu l-għarus tagħha wkoll, tpoġġa taħt probation għal sentejn wara li ammettew akkużi ta' serq u frodi. Kyle Mifsud, delivery man ta' 23 sena minn Bormla, u Donna Camilleri, ta' 28 sena minn Birzebbugia, ammettew li serqu basket minn karozza pparkjata f'Marsaskala f'Mejju. Intqal kif fil-basket, il- koppja sabet credit card, u li sussegwentement, dawn użawha biex jonfqu €659 f'mowbajls u diversi ġojjellerija. Huma kienu akkużati wkoll li kienu reċedivi. Quddiem il-Maġistrat Do- reen Clarke, l-imputati am- mettew l-akkużi miġjuba kontrihom. Camilleri, li bħalissa qed tiskonta sentenza ta' tliet snin ħabs wara li f'Ottubru tal-2014 kienet instabet ħatja li serqet kartiera ta' ġuvni li kien waqqafha biex ikollu relazzjoni sesswali magħha, kienet ikkundan- nata sena ħabs. Intant, Mifsud, li hu l-għarus ta' Camilleri, tpoġġa taħt ordni ta' proba- tion għal sentejn. Ftit jiem wara li l-portal illum.com.mt żvela li l-kirurgu u d-Deputat Nazzjonalista albert Fenech ġie mwaqqaf milli jopera fl-isptar Mater Dei wara l-kuntratt tiegħu ma ġiex imġedded, l-assoċjazzjoni Medika ta' Malta (MaM) qalet li l-każ mexa skont il-ftehim kollettiv iffirmat bejnha u l-Gvern Malti, u l-amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ġenerali fl-2013. F'intervent fuq One News, Martin Balzan, is-Segretarju Ġenerali tal-MAM, madankollu saħaq li l-ftehim kollettiv ma twaqqafx l-Isptar Mater Dei milli jingaġġa tobba li jilħqu l-età tal-irtirar. "Il-kuntratt tax-xogħol ta' konsulent li jkun laħaq l-età ta' irtirar jiġi mġedded biss wara li l-Gvern ikun ħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet u l-pożizzjoni ma timteliex. F'dan il-każ, kien hemm deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku għax kien hemm xi ħadd li ntagħżel u din l-istess persuna ngħatat ix-xogħol," Balzan qal. F'reazzjoni, l-Gvern fakkar kif minkejja li laħaq l-età tal-irtirar tiegħu s-sena l-oħra, Albert Fenech kellu l-kuntratt tax- xogħol tiegħu mġedded. Aktar minn hekk, il-Gvern saħaq li dan, flimkien mal-konferma li l-Gvern mexa skont il-ftehim kollettiv, wera li kollox sar regolari. "Nikkonferma li dak li seħħ, sar skont ftehim kollettiv, imma l-Gvern jekk irid idaħħal iżjed jew iħoss il-bżonn, jista' jdaħħal iżjed persuni jekk jibqa' ma jinstab ħadd, imma m'hemm l-ebda regola li ġġiegħel il- Gvern milli jagħmel hekk." Mistoqsi jekk din il-proċedura kinitx applikata wkoll fil- konfront ta' speċjalisti oħrajn li maż-żmien laħqu l-età tal- irtirar, Balzan qal li l-proċedura dejjem ġiet applikata u li saħansitra, meta ma ġietx applikata, l-MAM tkellmet. Id-deċiżjoni fil-konfront ta' Albert Fenech xejn ma niżlet tajjeb u mal-illum.com.mt, il- Professur tal-Kardjoloġija saħaq li d-deċiżjoni li jiġi mwaqqaf milli jopera fl-Isptar Mater Dei kienet minħabba pika personali u deċiżjonijiet politiċi. Huwa sostna wkoll li l-fatt li laħaq l-età tal-irtirar ma jfissirx li ma jistax jibqa jopera, għax skont hu, d-Dipartiment tal-Kardjoloġija f 'Malta huwa eċezzjoni għal din ir-regola minħabba li għadu relattivament ġdid. il-kirurgu u d-Deputat Nazzjonalista albert Fenech Il-każ ta' Albert Fenech mexa skont il-ftehim kollettiv – MAM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2015