Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370
38 illum | Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Bdejt nilgħab il-futbol meta kont tifel żgħir bħalma kienu jagħmlu sħabi tal- età tiegħi fil-parroċċa li jien kont ngħix fiha. Kont nilgħab fuq il-lemin. Ġejt introdott fl-amministrazzjoni tal- futbol bħala President ta' kampjonati inferjuri fl-Italja, iżda mbagħad għamilt il-qabża ta' kwalità meta ġejt elett bħala President tal-FIGC. Kif għenitek l-esperjenza wiesa' li kellek bħala President ta' dawn il-Kampjonati meta ġejt biex tieħu l-irwol ferm prestiġjuż li qed tokkupa bħalissa bħala President tal-FIGC? L-esperjenza tiegħi fil-futbol ħaditni fl-irwoli kollha tat-tmexxija tal-Lega Nazionale Dilettanti li tirrapreżenta l-bażi tal-piramida tal-futbol Taljan li tajjeb ngħidu, li fih insibu xejn inqas minn 14,000 tim affiljat u iktar minn miljun futboler. Il-fatt li kont naf mill- viċin l-esiġenzi tat-tmexxija ta' eluf ta' klabbs fl-Italja u li għandhom is-settur ġovanili bħala l-vokazzjoni u l-aktar ħaġa importanti għalihom, għenitni mmens, l-aktar issa li qed nirrinovaw is-sistema kollha tal-futbol Taljan. Barra minn hekk, m'hemmx dubju li għeni l-fatt li għal 30 sena sħaħ ħdimt fis- settur bankarju. Dan għaliex nemmen li mingħajr is-sostennibilità ekonomika u finanzjarja, klabb ma jistax jagħmel avvanzi u jimxi 'l quddiem. X'emozzjoni ħassejt nhar il-11 ta' Awwissu tal-2014, meta ġejt elett bħala President tal-FIGC? Nista' ngħid li din l-aħbar ma kinitx waħda li ttieħdet b'sorpriża għax il-media Taljana kollha kienet qed tpoġġi lilek bħala l-favorit biex tieħu t-tmun tal-FIGC mingħand l-eks President, Giancarlo Abete. Ma nistax naħbi l-fatt li l-elezzjoni għall-President tal-FIGC kien riżultat li qatt ma bsart li stajt nikseb qabel ir-riżenja mhux mistennija tal- President ta' qabli, Giancarlo Abete. Għalkemm huwa fatt magħruf li kienu qed ipoġġuni bħala favorit li nirbaħ din l-elezzjoni, kull elezzjoni jkollha d-diffikultajiet tagħha, u għalhekk kont kuntent ħafna meta sirt naf li aktar minn 60% ta' dawk eliġibbli għall- vot kienu poġġew il-fiduċja assoluta tagħhom fija u fl-arma tiegħi tal-bidla fil-futbol Taljan. X'tikkummenta fuq il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan, Antonio Conte? Ma taħsibx li t-tim nazzjonali Taljan jista' jagħmel ħafna aħjar, speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-aħħar prestazzjonijiet ta' dan it-tim, kif ukoll l-aħħar riżultati fejn rebaħ biss bit- tqanżieħ? Ir-responsabbiltà fdata f 'idejn Antonio Conte tirrigwardja lit- tim nazzjonali tal-kbar, iżda anki l-koordinazzjoni teknika tal-iskwadri l-oħra nazzjonali kollha fosthom dawk taż-żgħar. Addottajna sistema li għandha twassal biex jikber ferm il-livell tat-timijiet nazzjonali kollha tal-Italja. Qed nitkellmu fuq proċess li għadu jibda iżda li beda tajjeb ħafna, iżda nistqarr miegħek li fadal ħafna xi jsir. Kif qed tħares lejn il-futur tat-tim nazzjonali Taljan? Taħseb li dan it-tim nazzjonali jista' jmur tajjeb u jikseb riżultati pożittivi matul il-Kampjonati Ewropej li jmiss, tal-Euro 2016? Ninsab konvint, li bħala tim nazzjonali Taljan se niksbu riżultati u sodisfazzjonijiet mill-aqwa fiż-żmien li ġej. Għandi fiduċja assoluta fil-kowċ Antonio Conte u fil-filosofija tiegħu ta' sagrifiċċju li żgur li se tkun qed tagħmel id-differenza biex jingħalaq id-distakk li sa issa għadu jinħass bejn it-tim nazzjonali Taljan u l-aqwa timijiet nazzjonali Ewropej. Għaliex taħseb li plejers kbar bħal Zlatan Ibrahimovic, Thiago Silva u Ezequiel Lavezzi u ħafna oħrajn qed iħallu l-Italja biex jibdew avventura ġdida barra mill-Italja? Taħseb li dan għandu x'jaqsam mal-aspett finanzjarju, jiġifieri n-nuqqas ta' flus involuti fl-Italja, u l-fatt li l-Italja qed taffronta problemi finanzjarji konsiderevoli? Uħud mill-aqwa plejers fid-dinja ħallew l-Italja biex jibdew avventura ġdida fil-karriera tagħhom fil-futbol ma' timijiet barranin li fl-aħħar snin kellhom baġits enormi, grazzi għall- investimenti li saru f 'dawn il-klabbs mix-Sheiki Għarab, kif ukoll minn biljunarji Russi. Madankollu, bħalissa qed tinħass bidla importanti f 'dan kollu. Dan hekk kif, ħafna plejers tal-ogħla livell qed jirritornaw jilagħbu fl-Italja. Ma taħsibx li hemm wisq plejers barranin jilagħbu fl-Italja? Il-problema mhijiex biss marbuta man-numru ta' plejers barranin li jilagħbu fl-Italja, li huwa wieħed esaġerat, iżda anki mal-kwalità li huma jippossjedu. Bir-riformi li approvajna fosthom l-obbligu li tim jinkludi tmien plejers li jkunu kibru fit-timijet tal- youths tagħhom, kif ukoll regoli aktar iebsin relatati ma' bilanċi finanzjarji tal-klabbs, ninsab konvint li sa ftit tas- snin oħra, se jkun aktar konvenjenti għall-klabbs li jieħdu ħsieb u jindukraw plejer li jkun tela' mis-settur tal-youths u jkun laħaq il-livell tat-tim tal-kbar, milli jfittxu li jixtru plejer minn barra l-pajjiż. Ma taħsibx li l-livell tal-futbol Taljan naqas matul il-medda tas-snin u li llum, mhux qed jipproduċi plejers tal- livell ta' Dino Zoff, Roberto Baggio u Franco Baresi fost oħrajn? SportSillum Fil-qalba tal-isfidi tal-futbol Cristian Antony Muscat Carlo Tavecchio - isem li żgur li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-qasam tal-futbol mondjali, hekk kif jokkupa l-kariga ta' President tal- Federazzjoni li tmexxi l-futbol Taljan - il-Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC). "Ir-relazzjonijiet tal-FIGC mal-MFA dejjem kienu tajbin ħafna. Ilna nikkolaboraw ma' xulxin għal diversi snin" Ritratt: www.italy24.ilsole24ore.com