Illum previous editions

ILLUM 20 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 39

24 illum | Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Il-Kattoliċi m'għandhom iservu ta' ċippitatu f 'idejn ħadd Lino ELLuL San Ġwann Altru li kien interessanti dak l-artiku ta' Frank Zammit f 'Illum tat-13 ta' Settembru, dwar 'Knisja aktar Ħanina'! Fil-fatt apparti minn dak kollu li spjega tant tajjeb hu, anki dwar il-linji gwida li jwasslu għall-konferma tal-annullament taż-żwieġ; tajjeb li nfakkru li sebgħin sena ilu, f 'dan ir-rigward aħna tgħallimna (mis-Soċjetà Mużewmina) wkoll li jekk dawk li jirċievu s-Sagrament taż-żwieġ ikollhom f 'moħħhom li mill-ewwel lejl, dawn mhux se joperaw l-att sesswali skont il-ligi t'Alla, dan ukoll ikun ifisser li s-sagrament taż-żwieġ jista' jiġi null! Fil-fatt meta min-naħa l-oħra, llum fostna qed nisimgħu konfużjonijiet sħaħ, dwar dak kollu li tgħid il-liġi t'Alla, kif ukoll dwar dak li jgħidu l-liġijiet li qed idaħħlu fostna bosta Gvernijiet fil- pajjiżi kollha demokratiċi; tajjeb li nfakkru wkoll li dawn il-Gvernijiet mhux qed jiggvernaw biss lill-Kattoliċi, iżda appuntu dawn qed jiggvernaw ukoll persuni ta' reliġjonijiet oħra, atei, anti Kattoliċi, kif ukoll miljuni ta' Kattoliċi li ma jafux xi tfisser li tkun Kattoliku! B'dana kollu, kontra dak li jaħsbu l-anti Kattoliċi, il- Knisja Kattolika ma tistax ma titkellimx ċar u tond kontra dak kollu li jmur kontra dak li tgħid il-liġi t'Alla! Għax filkas, kif qatt tista' l-Knisja Kattolika ma titkellimx kontra kull att sesswali ta' kull xorta, (anke jekk isir kontra n-natura, bejn raġel u mara fiż-żwieġ) meta dan jitkellmu dwaru kemm is-sitta, kif ukoll id- disgħa kmandament! Iżda meta min-naħa l-oħra, aħna wasalna fis-seklu 21, il-Kattoliċi m'għandhom li jservu ta' ċippitatu f 'idejn ĦADD u allura għandhom ikunu jafu l-veritajiet kollha kif inhuma u m'għandhomx ikomplu jisimgħu nofs veritajiet, kemm dwar id-divorzju kif ukoll dwar l-annullament! Appuntu għaliex kull persuna Kattolika li m'għandhiex tkun taf ċar u tond li meta din tiżżewweġ biss bi żwieġ ċivili u mhux ukoll biż-żwieġ sagrament, dan ikun ifisser biss li din il-persuna tkun miżżewġa b'rabta ħażina ta' żwieġ li dwarha tkellem Kristu! (Mt,5,31-32;) Mentri min-naħa l-oħra, jekk persuna Kattolika tkun miżżewġa biss bi żwieġ ċivili u mhux ukoll bi żwieġ sagrament, għaliex din il-persuna m'għandhiex tkun taf ukoll li jekk din tieħu d-divorzju, (bla ma nidħol fl- ebda dettal profond fil-morali) dan jista' jfisser ukoll li din tkun inħallet mir-rabta ħażina taż- żwieġ, u li jekk allura din ma tilgħabx mal-kuxjenza tagħha u tirrikonċilja ruħha permezz tal- qrar, din il-persuna tkun tista' tiżżewweġ bi żwieġ sagrament, u tista' tibda titqarben ukoll regolarment! Altru li dak qed ngħid, dan qed ngħidu biss bħala Kattoliku għal min biss huwa Kattoliku! Iżda żgur li dan ma jfissirx li kull min mhux Kattoliku u miżżewweġ b'kull xorta ta' kuntratt taż-żwieġ, (anke jekk żwieġ ċivili) huwa meħlus minn dak li tgħid il-liġi t'Alla! Fil-fatt, jekk f 'dan il-kuntratt ta' żwieġ ċivili (bejn persuni li mhux Kattoliċi) ma jkun hemm xejn li jimpedixxi ż-żwieġ bħala żwieġ invalidu; quddiem Alla, dan iż- żwieġ huwa validu, u ma jista' jħassru ħadd, la d-divorzju, la l-annullament, u l-anqas l-ebda liġi ċivili li jista' jagħmel kull gvern demokratiku! Appuntu kemm dak li spjega tant tajjeb fl-artiku tiegħu Frank Zammit, kif ukoll dak kollu li qed ngħid hawn jien, jistgħu jirrispondu għalih BISS (b'responsabbiltà assoluta tal-kuxjenza tagħhom quddiem is-Sinjur Alla) dawk ħutna li jkunu involuti f 'dawn is-sitwazzjonijiet u l-ebda Papa u l-ebda Isqof Djocesan, ħlief huma BISS! Bir-Rispett kollu lejk u lejn kulħadd. Ġejt ittradut TarxiEn Onorevoli Prim Ministru, Mill-Ħadd li għadda, erġajt bdejt l-attivitajiet politiċi. Xtaqt li ġejt imma issa ddeċidejt li la tarani fiċ- Ċentru Nazzjonali, la narma xi tinda u lanqas warajk biex nisimgħek u wara noqgħod nirranġa l-kamra fejn tkun tkellimt man-nies ta' Rokku. Wara li inti u l-Ministru tal-Intern, ittradejtuni u għaddejtuni passata fuq tal- inġustizji. Ara miegħek sar mod ieħor. Ħadt €35,000 fuq ħames snin għall-karozza li tuża u l-flus żejda li ħallast mingħajr ma dehert xi bord. Grazzi, it-tlieta u tletin xahar ieħor jgħaddu u tiġux tħabbtu l-bieb għall-għajnuna. Xtaqt kieku bgħattlek it-tessera imma tant irrabjajt li qattajt kollox. Tista' tfittex biex jgħinuk lil dawk li belgħu Malta. Ara persuni qrib Kastilja lejliet l-elezzjoni kien qalilna li wara l-elezzjoni, jekk ikollna bżonn xi għajnuna, nfittxuh, imma tant kibritlu rasu li sparixxa. Jiena rrid lil dawk l-eks suldati u pajżana li ġew ittraduti bħali, biex jagħmlu l-istess. Ma bżajniex minn Alfred Sant fl-1998, se nibżgħu issa? Xejn xejn, inpattuha lil dan il-Moviment. Grazzi Żejt iż-Żejtun: Il-festa tas-siġra taż-żebbuġ Żejt iż-Żejtun hija ċelebrazzjoni fi żmien meta jinġabar iż-żebbuġ kemm għas-salmura kif ukoll għall-għasir. Din ser issir fiċ-Ċentru taż-Żejtun, is-Sibt, 26 ta' Settembru, filgħaxija u l-Ħadd filgħodu, s-27 ta' Settembru. Dan l-avveniment li issa daħal fid-disa' sena, jiċċelebra kemm it-tkabbir tas-siġra taż-żebbuġ bil-frotta bnina tagħha kif ukoll l-isem Żejtun innifsu li fil-fatt hija l-kelma użata għal dak li aħna nsejħulu żebbuġ, fl-ilsna semitiċi-għarab u pajjiżi fejn kien hemm il-kultura Għarbija bħal Andulusija fi Spanja. Hekk f 'bosta pajjiżi tul il-kosta tal-Afrika ta' Fuq kif ukoll fil-Lvant Nofsani insibu bosta lokali li għandhom l-isem ta' 'ZAJTUN' jew 'ZITUN'. Dawn huma lokali fejn minn żmien il-Feniċi sal-lum hemm oqsma sħaħ bis-siġar taż-żebbuġ. Ma tantx huma magħrufa għaliex dawn tista' tgħid li jinsabu kollha f 'żoni rurali, għalkemm kemm fil-Kajr l-Eġittu kif ukoll f ' Yerevan fl-Armenja, hemm distretti kbar bl-isem Żejtun. Żejt iż-Żejtun jiftaħ bil-ħrug bid-defilè tal-bdiewa u raħħala iġorru l-qfief biż-żebbuġ akkumpanjat mit-tnabar, daqqaqa, żeffiena u raħħala u jgħaddi minn diversi toroq ewlenin fiċ-ċentru taż-Żejtun. Il-folla tilqa' lill-Granmastru fil-pjazza quddiem il-knisja Arċipretali ta' Santa Katerina V.M. fejn jinqara l-bandu, jitbierku l-qfief biż-żebbuġ u ssir talba mad-daqq tal-moti ferrieħa tal-qniepen. Dan l-avveniment ikompli bi preżentazzjoni dwar il-varjetà tas-siġra taż-żebbug u rakkont awdjoviżiv dwar il-kultivazzjoni bikrija ta' din is-siġra f 'Malta. Wara li jsir l-għasir taż- żebbuġ, ikun servut ikel tipiku mħawwar biż-żebbuġ u ż-żejt. Dan kollu ser iseħħ f 'atmosfera ta' festa b'għana u żfin folkloristiku, snajja' u artiġġjanat Malti u ser ikun hemm ukoll għall-bejgħ siġar taż-żebbuġ u prodotti agrikoli. Matul din l-attività, il-Knisja Parrokjali Santa Katerina V.M., il-mużew il-ġdid tal-parroċċa, l-Oratorju u s-Sala Parrokjali kif ukoll il-każini tal-baned ser ikunu miftuħin għall-pubbliku b'wirjiet interessanti relatati maż-Żejtun. Barra dawn il- postijijiet, wieħed ikun jista' jżur ukoll il-Kripta u bosta inħawi oħra ta' interess fosthom l-Istitut Ġesù Nazzarenu u l-parroċċa l-antika bil-kuritur sigriet li kienet isservi wkoll bħala torri tal-għassa. Ser tittella' wkoll serata bl-aqwa għannejja inkluż Mikiel Cutajar (is-Superstar), programm mużikali mill- Banda Beland, marċ brijuż mill-Banda Żejtun, daqt, kant u żfin folkloristiku u kunċert fuq l-orgni tal-knisja arċipretali. Din il-festa tkompli l-Ħadd filgħodu meta jsir it-tberik tal-annimali kif wkoll wirja ta' bhejjem armati. Is-Sibt ikun provdut parkeġġ fiż-Żejtun stess kif ukoll servizz ta' Park and Ride minn Bulebel ħdejn il-Fondazzjoni Inspire mis-7.00pm sa nofsillejl. Żejt iż-Żejtun wasal fid-disa' sena tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2015