Illum previous editions

ILLUM 20 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 | illum 31 SportSillum SportSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Qormi .........................3 St Andrews .................0 Qormi kisbu l-ewwel 3 punti tal-istaġun meta kkonvinċew bil-kbir u għelbu lil St Andews bl- iskor konvinċenti ta' 3-0. Qormi kienu l-aħjar tim fil-grawnd għalkemm ma rridu nneħħu xejn mill- mertu ta' St Andrews li ppruvaw joffru reżistenza lit-tim immexxi minn Jesmond Zerafa. il-Blacks and Yellows fetħu l-iskor fit-23 minuta meta Alessio Cassar għeleb lil Diego rossetto permezz ta' xutt sabiħ minn barra l-kaxxa. U sitt minuti biss wara, il-Qormin irduppjaw l-iskor meta Ryan Micallef għadda tajjeb lejn Alex Nilsson li permezz ta' xutt angulat sabiħ minn ġol-kaxxa tefa' ġewwa biex kompla jitfa' lill-Qormin f 'delirju ta' ferħ. Fit-62 minuta l-attakkant prolifiku Żvediż Alex Nilsson, twaqqa' fil-kaxxa u b'hekk ir-referi ordna penalti. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess attakkant Żvediż li ma żbaljax. Il-Qormin komplew jikkontrollaw il-logħba u qatt ma taw ċans lit-tim neo-promoss ta' St Andrews biex jidħol fil-logħba. M'hemmx dubju li din il- logħba se tkun qed tgħolli ferm il-moral tal-Blacks and Yellows wara l-ftuħ tal-Kampjonat li kien ferm diżappuntanti għalihom. Qormi - Vella, Cassar, Sidibe, Ojula, Berntsson, Agius (Azzopardi 78'), Chetcuti (Gauci 65'), Monti, Micallef (Vella 72'), Nilsson St Andrews - Rossetto, Cumbo, Williams, Johnson, Andreis, Cosmai, Guillaumier (Desira Buttigieg 64'), Camilleri (Walker 77'), Farrugia, Nwoko, Vella Petroni (De Nguidjol 46') Referi - Malcolm Spiteri ALEX NILSSON Kien l-aqwa plejer fil-grawnd Kien fundamentali għal Qormi biex jiksbu dawn it-3 punti prezzjużi Ħalla l-Iżvezja biex jibda avventura ġdida f'Malta, fejn kulma jmur qed jimpressjona bis-sħiħ Qormi jiksbu l-ewwel 3 punti tal-istaġun Azzjoni għar-rebħ tal-ballun fil-konfront bejn St Andrews u Qormi Ritratt - Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2015