Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370
illum | Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 Ftehim kollettiv ta' ħames snin għall-ħaddiema tal-ST Se jibdew jitreġġgħu lura miżuri t'awsterità u terġa tiddaħħal is-sistema ta' increments ALBERT GAUCI CUNNINGHAM XEJN inqas minn 1,600 ħaddiem se jkunu qed jieħdu xi ftit tan-nifs hekk kif il-General Workers Union (GWU) u l-maniġment tal-ST Microelectronics nhar il- Ħamis li għadda, waslu għal żblokk fuq ftehim kollettiv, li fuq it-talba tal-Viċi President tal- istess kumpanija Georges Auguste se jkopri l-ħames snin li ġejjin. It-tul ta' żmien li se jkopri dan il-ftehim kien meqjus bħala ferm pożittiv mis- Segretarju tat-Taqsima Teknoloġija, Eletronika u Komunikazzjoni tal- GWU David Darmanin għax qal li huwa sinjal li l-kumpanija temmen fl-impjant ta' Malta u fil-potenzjal tal-ħaddiem Malti. Mill-informazzjoni li għandha din il-gazzetta jidher li fost it-tibdiliet fil- ftehim li kien maqbul bejn il-GWU u l-maniġment hemm uħud li se jibdew jreġġgħu lura l-miżuri ta' awsterità li ffaċċjaw l-impjegati f 'dawn l-aħħar ħames snin. Fost dawn, l-ILLUM huwa infurmat li se terġa' tiddaħħal is- sistema ta' increments, jiġifieri żidiet li l-impjegat jieħu kull tant żmien li jkun ilu jaħdem fil-post tax-xogħol. Dan il-ftehim, jekk approvat mill-impjegati, jibda jġib fi tmiemu ħames snin ta' awsterità imposti sforz problemi ta' telf kbir li kienet qed tagħmel il- kumpanija. Fil-fatt, l-aħħar ftehim kollettiv ġie fi tmiemu fl-2010, minn meta l-ħaddiema kellhom jaċċettaw tnaqqis fl- allowances u sistemi ġodda ta' sick leave. Jidher li minkejja t-telf, f 'preżentazzjoni lill-GWU, Auguste irrikonoxxa s-sagrifiċċji u s-sens imprenditorjali tal- impjegati tal-ST. Aktar minn hekk, kemm is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb f 'intervista li qed tidher f 'paġni 16 u 17 kif ukoll sorsi ta' din il-gazzetta mill-kumpanija stess għamluha ċara li ma jirriżultalhom bl-ebda mod li l-ST se tkun qed tagħlaq il-bibien jew tirriloka xi parti mill-operazzjoni tagħha lil hinn minn xtutna, tal-anqas mhux fil- futur qrib. Ritratt tal-ġimgħa Ritratt: Ray Attard Ix-xejk ta' 'Bla Kondixin' idur mat- toroq tal-Belt jiftaħar u ji anfra bin-nisa tiegħu lwaqt li jagħti l-ewwel togħma tad-divertita ta' satira politika