Illum previous editions

ILLUM 20 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370

Contents of this Issue

Navigation

Page 38 of 39

Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 | illum 39 SportSillum tal-futbol Taljan M'hemmx dubju li l-perjodu li fih qed ngħixu bħalissa bħala futbol Taljan qed iħoss in-nuqqas ta' plejers singolari ta' ċertu kwalità, iżda l-ġudizzju fuq il-futbol Taljan m'għandux ikun daqshekk negattiv, daqs il-ġudizzju negattiv li xi wħud qed idaħħlu fl-imħuħ tan-nies. Dan għax tabilħaqq mhuwiex hekk. Huwa evidenti li fl-istess tim nazzjonali qed tinħass problema fl-attakk. Dan hekk kif bħalissa ma jeżistix dak l-attakkant partikolari li jista' jsolvi l-logħba meta u x'ħin irid hu u jiskorja ammont konsiderevoli ta' gowls, bħalma kienu Roberto Baggio, Paolo Rossi, Luca Toni u Totò Schillaci fost oħrajn. Taqbel ma' din l-opinjoni? L-iskola Taljana ta' attakkanti marret fi kriżi forsi anki minħabba raġunijiet ta' marketing. Dan hekk kif fl-aħħar snin, il-klabbs Taljani aktar ippreferew jinvestu fi plejers barranin b'moħħhom ikun aktar fuq il-kunċett kummerċjali. Madankolu, rridu nagħtu ċans lill-plejers żgħażagħ Taljani jikbru. Nassigurak li kwalità f 'futbolers Taljani fosthom fl-attakkanti, fadal ħafna. Meta wieħed jikkunsidra l-fatt li bħala età għandek xejn inqas minn 72 sena, minn fejn issib il-qawwa biex tmexxi assoċjazzjoni daqshekk kbira u importanti bħalma hija l-FIGC? Naħdem għal 12-il siegħa sħaħ matul il- ġurnata b'passjoni kbira. Jien eks alpinista u meta jkolli bżonn li niċċarġja l-batteriji u nikseb saħħti lura, immur nimxi fuq il-muntanji! X'tikkummenta fuq il-kankru tal-betting li kulma jmur qed jeqred il-futbol mondajli? Huwa neċessarju li wieħed iqis il-fatt li fil-livelli kollha tal-futbol, il- betting l-aktar fil-kampjonati minuri u inferjuri, sar business kbir, anki għall-organizzazzjonijiet kriminali. B'hekk huwa neċessarju wkoll li ssir investigazzjoni mill-forzi tal-ordni konċernati u li għandhom l-istrumenti adekwati u meħtieġa biex isolvu dawn il-problemi. X'qed tagħmel il-FIGC biex tiġġieled il-problema kbira tal-korruzjoni, li bħal madwar id-dinja kollha, jidher li teżisti anki fil-futbol Taljan? Irridu nitilqu mill-fatt li l-futbol huwa vittma tal-kriminalità li qed tarrikkixxi ruħha b'mod illeċitu permezz tal-betting. Bħala Federazzjoni Taljana li tmexxi l-futbol fl-Italja, saħħejna s-sanzjonijiet għat-tesserati fi ħdan il-FIGC li jirranġaw ir-riżultati tal-logħbiet. Qed naħdmu fuq Kummissjoni li tistudja dawn ir-riskji involuti fil-futbol Taljan u qed nitolbu b'saħħa liema bħalha biex partiti mil- logħbiet tal-kampjonati tad-dilettanti ma jkunux aktar ikkwotati f 'dak li għandu x'jaqsam ma' betting. Dan għaliex hemm ftit kontroll u assessjar ta' dawn il-logħbiet tad-dilettanti. Ninsab infurmat li għandek relazzjoni ferm tajba mal-President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, kif ukoll mas-Segretarju Ġenerali tal-istess assoċjazzjoni li tmexxi l-futbol Malti, Bjorn Vassallo. X'tikkummenta fuq dan? Ir-relazzjonijiet tal-FIGC mal-MFA dejjem kienu tajbin ħafna. Fil-fatt, ilna nikkolaboraw ma' xulxin għal diversi snin b'mod reċiproku u mill-aktar intensiv. Personalment, għandi ħafna ħbieb li huma nvoluti fil-futbol Malti, u dejjem ikun ta' pjaċir għalija li nżur Malta. Kont kuntent bil-wirja u bir-riżultat tal-aħħar logħba li l-Italja lagħbet kontra Malta fi f 'Firenze, fejn l-Italja rebħet biss permezz ta' gowl wieħed biss, u fejn il-gowl wasal permezz ta' handsball tal- attakkant Graziano Pellè? Għall-Italja, dejjem kienet diffiċli li tilgħab kontra Malta. Fil-fatt anki fil- logħba li ntlagħbet f 'Malta, f 'Ottubru li għadda, aħna rbaħna biss b'mod marġinali, iżda effetivament lgħabna aħjar mill-Maltin. Rigward l-azzjoni li minnha wasal il-gowl ta' Graziano Pellè, waqt l-azzjoni nnifisha, ħadd ma nduna b'xejn fl-Istadium Artemio Franchi. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala President tal-FIGC kif ukoll lejn il-futur tal-FIGC nnifisha, tat-tim nazzjonali Taljan kif ukol ta' Antonio Conte bħala kowċ tat-tim nazzjonali Taljan? Min-natura tiegħi, jien persuna pożittiva ħafna u nemmen ħafna fil-filosofija tax- xogħol, bħalma jagħmel il-kowċ tat-tim nazzjonali tagħna, Antonio Conte. Twieled f 'Ponte Lombardo, fil-provinċja ta' Como, u għandu 72 sena Laħaq President tal-FIGC fil-11 t'Awwissu tal-2014, b'aktar minn 60% tal-voti Kien fl-irwoli kollha tat-tmexxija tal-Lega Nazionale Dilettanti li tirrapreżenta xejn inqas minn 14,000 tim affiljat u iktar minn miljun futboler. Għal 30 sena sħaħ ħadem fis-settur bankarju. Huwa eks alpinista u meta jkollu bżonn li jiċċarġja l-batteriji, imur jimxi fuq il- muntanji. Carlo Tavecchio "Personalment, għandi ħafna ħbieb li huma involuti fil-futbol Malti, u dejjem ikun ta' pjaċir għalija li nżur Malta" "Min-natura tiegħi, jien persuna pożittiva ħafna u nemmen ħafna fil-filosofija tax-xogħol, bħalma jagħmel il-kowċ tat-tim nazzjonali tagħna, Antonio Conte" Ritratt: Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2015