Illum previous editions

ILLUM 20 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370

Contents of this Issue

Navigation

Page 36 of 39

Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 | illum 37 SportSillum Rebħa kbira għal Keith Galea ġewwa Sqallija Iċ-champIon ta' malta tat-Triathlon Keith Galea għadu kemm ġie lura minn training camp intensiv ta' ġimgħa sħiħa ġewwa Sqallija fejn iffoka fuq it-tliet dixxiplini, jiġifieri dawk tal-ġiri, l-għawm u ċ-ċikliżmu. Dan it-training camp sar grazzi għall-għajnuna tal-olympic Solidarity programme tal-Kumitat olimpiku malti li taw lil Galea scholarship bħala atleta prospettiv għal- Logħob tal-mediterran tal-2017. Parti minn dan it-training camp kienet tellieqa li saret ġewwa Mazara del Vallo fir-reġjun ta' Trapani. Din it-triathlon kienet fuq distanza Olimpika jiġifieri 1.5km għawn, 40km rota u 10km ġiri. Avolja Galea kien qiegħed jagħmel taħriġ intensive, xorta ried jagħmel minn kollox biex ikollu prestazzjoni tajba. Fl-għawma, Galea kien qiegħed fil-grupp prinċipali fejn kellu għawma tajba ħafna. Galea tela' mill- ilma fit-tieni post f 'ħin ta' 19.50, minuta u nofs wara l-atleta Sqalli tal-Cannotieri Napoli, Davide Ventura li ħareg l-ewwel mill-ilma. Fuq ir-rota Galea kien qiegħed fi grupp ta' sitta fejn kien hemm kollaborazzjoni tajba biex kulħadd beda jaħdem biex jippruvaw jilħqu lil Ventura. Wara 10km, il-grupp li kien fih Galea rnexxielu jilħaq lil Ventura u b'hekk kien hemm seba' triatleti fuq quddiem tat-tellieqa. Galea ħaddem moħħu u pprova jistrieħ kemm jista' jkun biex iserraħ saqajh għall- ġirja. Galea għamel 40km f 'ħin ta' 58.50. Wara tranżizzjoni tajba ħafna, Galea beda l-ġirja fl-ewwel post flimkien ma' Ventura imma ċ-champion Malti attakka lil Ventura fl-ewwel kilometru. Ventura ma felaħx iżomm il-pass b'saħħtu tal-atleta Malti u beda jiftaħ distakk tajjeb ma' kull pass. Grazzi għall- ġirja ta' 32.27, Galea rebaħ it-tellieqa f 'ħin ta' 1.52.23 - tliet minuti vantaġġ fuq Davide Ventura. Fit- tielet post spiċċa Marco Parinnello tal-Multisport Catania li daħal erba' minuti wara Galea. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, Galea, qal li jinsab sodisfatt bil-prestazzjoni tiegħu. Peress li saqajh kienu għajjenin minħabba t-taħriġ intensiv, kien naqra xettiku għall-ewwel, imma immedjatament wara li bdiet it-tellieqa beda jħossu tajjeb u ċ-ċansijiet li jmur tajjeb kienu tajbin. Peress li għandu ġirja tajba, pprova jaħli enerġija mill-inqas speċjalment fuq ir-rota u kif beda l-ġirja, attakka mal- ewwel u rnexxielu jirbaħ it-tellieqa b'mod dominanti. Keith Galea li matul dan it-training camp fi Sqallija kien akkumpanjat minn ħuh u l-kowċ tiegħu Dermot Galea xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu Dermot Galea, lill- kowċ tal-għawm tiegħu Catalin Stan, lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Bike Parts Malta, Lucida Laundry, Jaycee Malta, Malta Challenge Marathon, DGtri.com, Mochika Outdoor life, lill- klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, u lill-Kunsill Malti għall-Isport. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas huwa xtaq jirringrazzja lill- Kumitat Olimpiku Malti ta' din l-opportuntà. Il-ferħ ta' Keith Galea wara r-rebħa kbira li kiseb fi Sqallija Tiġrija Autocross f 'Għawdex b'risq il-Fondazzjoni Arka maTuL dan tmiem il- ġimgħa, l-aSmK tinsab fis-Sannat, Għawdex, bil-Karozzi tal-autocross. Din l-attività sponsorjata minn 'aSmK' u 'pasta poiatti' hija t-tieni waħda li l-aSmK qed tagħmel ġewwa l-gżira Għawdxija. Dan il-programm qed jittella' prinċipalment biex jinġabru fondi b'risq il-Fondazzjoni Arka li tagħmel ħafna xogħol mar-residenti tagħha f 'Għawdex u biex aktar l-ASMK tesponi l-motorsport tal-Autocross fost l-ispettaturi Għawdxin speċjalment dawk li jsibu diffikultà jinżlu f 'Ta' Qali, Malta. Il-korsa temporanja qed tkun mibnija minn xi membri tal-ASMK fuq għalqa kbira qabel din tiġi ppreparata għall-wiċċ u prodott ġdid fl-istaġun li ġej. Din il-lokalità fiha spazju bizzejjed għal din l-attività bil-karozzi Autocross. Dan kollu huwa possibli bil-koperazzjoni sħiħa u grazzi kbira għas- sidien tal-għelieqi, il-familji Cassar u Curmi. Il-Ministru għal Għawdex, Dr Anton Refalo, qed jissapportja din l-attività flimkien mal-Kunsilli Lokali tas-Sannat u tax- Xewkija, il-Gozo Sports Board u d-Dipartiment tax-xogħlijiet f 'Għawdex. L-ASMK xtaqet tirringrazzja wkoll lill-Korp tal-Pulizija f 'Għawdex, lill-familja ta' Joe Apap u ħafna kollaboraturi oħra Għawdxin li kollha qed jagħtu s-sehem tagħhom biex din l-attività tkun possibli u tkun suċċess. Ilbieraħ wara nofsinhar saru l-ewwel provi mis- sewwieqa Maltin u Għawdxin fuq il-korsa li tinsab fi Triq is-Sannat waqt li t-tiġrijiet tal-lum jibdew fl-10am. Dawn mistennija jibqgħu sejrin sa wara nofsinhar. Il-kompetituri u l-ispettaturi involuti qed jagħtu donazzjoni li se jmorru b'risq il- Fondazzjoni Arka, li tinsab f 'Għawdex. Il-premjazzjoni lir-rebbieħa ssir fuq il-post fi tmiem il-programm minn persuni distinti. Intant, nhar l-Erbgħa, il- Ħamis u l-Ġimgha 9, 10 u 11 ta' Settembru, l-ASMK, organizzat il-11-il edizzjoni tal-Moto Raduno li tibda f 'Malta u tispiċċa fil-belt ta' Ragusa, fi Sqallija. Għal din l-edizzjoni attendew 20 mutur ta' ċilindrata kbira u 39 persuna. Dawn kienu taħt id- direzzjoni tal-President tal-ASMK, Frans Deguara, flimkien mal-membri tal-Moto Guzzi Malta Club, u żaru diversi postijiet ta' interess turistiku kemm f 'Malta kif ukoll f 'Għawdex. Ma naqasx ukoll li jduqu ikel u xorb tipiku Malti matul it-tliet ijiem ta' din iż-żjara f 'Malta. "Għamilna ħbieb ġodda," kienu l-kummenti ta' bosta li żaru pajjiżna. L-ASMK tittama li wħud minn dawn il-persuni jerġgħu jżuru pajjiżna fil-futur kif fil-fatt qed jiġri b'effett ta' dawn il-Moto Raduni bejn l-ASMK Malta u Ragusa Touring Club. Wieħed jista' jsib aktar informazzjoni fis-sit elettroniku tal-ASMK, www.asmk.org.mt, jew fuq il-paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel ukoll kuntatt bl-email fuq info@asmk. org.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2015