Illum previous editions

ILLUM 20 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 39

4 illum | Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 MCAST reserves the right to accept or refuse in part or in whole, any or all tenders submitted. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Invitation to tender Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Project part-financed by the European Union European Social Fund (ESF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future MCAST T. 25/2015 TENDER FOR THE DESIGN, PROOFREADING AND PRINTING OF COURSE RELATED MATERIAL USING ENVIRONMENTALLY SOURCED PAPER Tender documents may be requested by email (on the email address below) or collected from the Purchasing Department at the MCAST Administration Building (at the address below), from Monday to Friday, from 08:30hrs to 16:30hrs. Tenders should be placed in the pre-addressed envelope and deposited in the appropriate tender box at the MCAST Administration Building, at the address below, by no later than Monday 28th September 2015 at 11:00hrs. The Principal of the Malta College of Arts, Science and Technology notifies that offers from interested parties will be received for: EUROPEAN SOCIAL FUND 3.102 75% tal-qarrejja ma jridux iktar immigranti f 'Malta Mitlubin jipparteċipaw f 'sondaġġ fuq is-sit illum. com.mt il-qarrejja ma tantx kienu pożittivi dwar il-possibilità li Malta tieħu aktar immigranti, madwar 133 b'kollox, bħala sinjal ta' solidarjetà, kemm ma' dawk il-persuni li deħlin fl-Ewropa kif ukoll mal- pajjiżi l-oħrajn Ewropej li bħalissa qed jirċievu fi ħdanhom eluf kbar ta' persuni barranin. Minkejja li l-idea tal-qsim tal-piż (burden sharing) kien popolari ma' bosta Maltin u Għawdxin minn dawk li vvutaw f 'dan is-sondaġġ onlajn (li mhux xjentifiku), kienu inqas minn kwart dawk li wrew il-fehma li Malta għandha tospita aktar persuni li bħalissa qed jaħarbu mill-gwerer u l-inkwiet politiku li fih jinsab pajjiżhom. Fil-fatt, wara li l-Unjoni Ewropea permezz ta' kwoti ġodda ddetereminat kemm- il persuna kull pajjiż għandu jaċċetta, l-illum.com.mt staqsa: "Taqbel li bħala sinjal ta' solidarjetà, Malta għandha taċċetta li żżid il- kwota ta' immigranti b'133 persuna?" Għal din il-mistoqsija 74.6% wieġbu fin-negattiv filwaqt li kienu biss 23% li wieġbu 'Iva'. Fost dawk li wieġbu fin-negattiv, huwa ċar li l-akbar problema hija li l-maġġoranza tagħhom jaraw lil Malta bħala "pajjiż żgħir wisq" biex jaċċetta iktar immigranti. Il-bqija ta' dawk li pparteċipaw fis-sondaġġ u li qalu 'Le' jemmnu li pajjiżna m'għandux biżżejjed riżorsi biex ilaħħaq ma' domanda akbar ta' persuni. Min-naħa l-oħra, dawk li vvutaw 'Iva' kienu maqsumin bejn dawk li jemmnu li dawn il-persuni għandhom dritt għal ħajja aħjar u dawk li jemmnu li Malta tiflaħ għal 133 aktar persuna minħabba li l-wasliet ta' immigranti din is-sena kienu bil-wisq inqas mis-snin ta' qabel. Kienu biss 2.3% ta' dawk li vvutaw li ma kellhomx pożizzjoni ċara. naċċettaw insara.... Jidher li l-atitudni li qed jieħdu ċerti pajjiżi madwar l-Ewropa qed tinżel tajjeb ma' xi Maltin. Il-Gvern tal-Islovakkja, li skont il- mekkaniżmu Ewropew ta' qsim tal-piż kien se jmissu 200 persuna mis-Sirja, għamilha ċara li se jkun qed jaċċetta immigranti Kristjani biss. Dan is-sentiment, espress ukoll minn Sindku fi Franza, għalkemm diskrimatorju, issemma minn xi qarrejja. Fost dawn, Mario Bruno qal li "jekk m'hemmx mod ieħor x'nagħmlu, naraw li dawk il-133 jkunu Nsara u bl-istess kultura", ma dan qablet ukoll Pauline Schembri. Minkejja dawn il- kummenti, qarrejja taħt l-isem Nazzarena staqsiet x'kienu jgħidu dawk in- nies li huma kontra li Malta tilqa' aktar immigranti u "li ma jridux iħennu għall- proxxmu" kieku fost dawk il-persuni li qed ifittxu ħajja aħjar kien hemm binhom jew binthom. Refuġjati mis-Sirja jaħarbu l-ġlied u l-inkwiet f 'pajjiżhom, il-Maltin ma tantx jidhru entużjasti biex jilqugħom Jiżdiedu l-eżaminaturi biex jitnaqqas id-dewmien transport Malta nfurmat lil din il-gazzetta li bħalissa għaddej il-proċess biex ikunu impjegati żewġ eżaminaturi ġodda bil-għan li jitnaqqas id-dewmien u ż-żmien ta' stennija għat- testijiet tas-sewqan. L-awtorità qalet dan b'reazzjoni għall-istorja li dehret fuq il-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd 6 ta' Settembru li kienet titratta ilmenti ta' numru ta' skejjel tas-sewqan dwar dewmien kbir sakemm l-istudenti tagħhom jitilgħu għat-test tas-sewqan. Tliet skejjel li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw kif iż-żmien ta' stennija minn meta l-instructor jitfa' l-applikazzjoni għat-test sakemm TM tagħti data ta' meta jsir l-istess test, twal min-norma ta' tliet ġimgħat għal sitta jew anke tmien ġimgħat. Filwaqt li TM ma ċaħditx dan id-dewmien li skont ir-Royal Motoring School, Roadcraft Motoring School u d-Delmar Motoring school, kien eseġerat dan is-sajf, kelliema tal-istess awtorità qalet li matul ix- xahar t'Awwissu Transport Malta għamlet 756 test; madwar 36 test kuljum. TM kompliet tgħid li kull ġimgħa, żewġ eżaminaturi jkunu allokati għat-testijiet tal-muturi u ġurnata oħra għax-xufiera tal-karozzi tal-linja. "Isiru t-testijiet f 'xi Sibtijiet ukoll, iżda ftit skejjel jużaw din il-ġurnata. Ta' min wieħed jgħid ukoll li l-Awtorità spiss toffri lill-iskejjel xi ħinijiet oħrajn għall-eżamijiiet li jkunu ġew disponibbli minħabba raġunijiet varji. Madankollu, spiss ikun hemm skejjel li jirrifjutaw din l-offerta" temmet tgħid l-awtorità. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2015