Illum previous editions

ILLUM 20 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

32 illum Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 SportSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Pembroke A ............... 1 Birkirkara .................. 4 Birkirkara rritornaw bil-kbir, meta għelbu lit-team neo-promoss ta' Pembroke athleta, bl- iscore kbir ta' 4-1. Huma ddominaw il-partita tul id-90 minuta li huma u qatt ma taw ċans lil Pembroke athleta li jidħlu fil-logħba. Kienu l-Istripes li għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari sa mill-bidu, u fil-11-il minuta, minn kross tal- attakkant prolifiku Taljan, Fabrizio Miccoli, Mauricio Matias, Latini Mazzetti, ikkontrolla tajjeb, qabel permezz ta' xutt fil-baxx tefa' ġewwa. U ħames minuti biss wara, l-Istripes irduppjaw l-iskor meta l-attakkant mis- Slovenja, Vito Plut, għadda tajjeb lejn Ellinton Antono Costa Morais, li xxuttja tajjeb iżda ra lill-eks goalkeeper ta' Qormi, Matthew Farrugia, jilqa' tajjeb iżda ma żammx, bil-ballun, jispiċċa f 'saqajn l-istess Vito Plut, li mir- rebound u b'saqajh il- leminija, tefa' ġewwa. Pembroke Athleta naqsu l-marġini tal-iskor fil- 45 minuta, eżattament qabel it-tisfira ta' tmiem l-ewwel taqsima, permezz ta' xutt angolat mil-isbaħ tal-BOV Player tax-Xahar għal Awwissu, il-winger Amerikan ta' 22 sena, fil- formazzjoni tal-coach bravu, Winston Muscat, Austin Martz. Birkirkara komplew fuq l-offensiva fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fis-47 minuta xutt mill-viċin ta' Fabrizio Miccoli, ġie kklerjat tajjeb f 'corner mid-difiża ferm strutturata u organizzata ta' Pembroke Athleta. Mill- istess corner għola tajjeb Ellinton Antonio Costa Morais, iżda r-referee Philip Farrugia ra fawl min-naħa tal-Istripes u ordna freekick favur it-tim immexxi minn Winston Muscat. Iżda t-tim immexxi minn Giovanni Tedesco, skorja t-tielet goal fil-logħba meta fil-50 minuta, f 'tentattiv permezz ta' freekick dirett minn Fabrizio Miccoli, ġie milqugħ minn Matthew Farrugia, li iżda ma żammx, bil-ballun jispiċċa f 'saqajn il- player internazzjonali ta' 22 sena, Zach Muscat, li mill- viċin spara ġewwa. U l-Istripes komplew jimpressjonaw u jiskorjaw meta fis-66 minuta, Fabrizio Miccoli, għadda tajjeb lejn Ellinton Antonio Costa Morais, li għadda tajjeb fin-nofs lejn Vito Plut, li permezz ta' xutt fil-baxx tefa' wara Matthew Farrugia, biex b'hekk irreġistra doppjetta personali. Pembroke A. - Farrugia, Levnaic, Cini (Attard 79'), Cutajar, Bugeja, Barbetti, 7 - Villalobos (Arab 73'), O'Brien, Laudisi (Sammut 84'), Martz, Gibson Birkirkara - Haber, Herrera (Agius 61'), Vukanac, Latini Mazzetti, Costa Morais, Miccoli, Camenzuli (Zerafa 76'), Plut, Muscat, Marcelina (Sciberras 73'), Fenech Referi - Philip Farrugia FABRIZIO MICCOLI Ġie vvutat bħala l-BOV Player tal- Logħba mil-ġurnalisti preżenti Kien fundamentali għal din ir-rebħa Karkariża, għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka Huwa leġġenda tal-futbol Taljan Birkirkara jirritornaw bil-kbir Emerson Marcelina jipprova jirbaħ il-ballun mingħand player ta' Pembroke Athleta Ritratt - Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2015