Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370
Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 | illum 17 il-prekarjat u heddewni b'ħajti" aħbarijiet fejn qal li dan il-bini hu kontra l-kuntratt u jridu jinvestigaw u joħduhulna u jagħmlu blokk flats flok il-bini tal-GWU. Iżda nassigurah li mhu se jirnexxielu qatt joħdilna dan il-bini." €750,000 fi skema ta' rtirar għall- ħaddiema tal-Union Print Mistoqsi għaliex il-GWU għandhom negozji oħra li jirrendulhom il-flus weġibni li l-GWU għandu bżonn li jkollu negozju li jrendilu introjtu, "ħalli ssostniha biex tgħin lill-ħaddiema. Aħna għandha 48 ħaddiem fil- GWU u 70 oħra fil-media tagħna u 36 impjegat fl-Untours u rridu naraw kif inħallsuhom. Anke l-ispejjeż u l-miżati internazzjonali biex inżommu postna fl-Ewropa, splodew." Kif semmieli l-media, ma stajtx ma nsemmilux l-problema li kellhom dan l-aħħar meta għalqu l-parti kummerċjali tagħhom fejn kienu jistampaw il-ġurnali tal-GWU u l-'jobbing'. Staqsejtu kif meta l-media tal-Partit Nazzjonalista kellha l-problemi, il-ġurnali tagħhom ikkritikawhom meta kien jaf li huma għaddejjin mill-istess sitwazzjoni. Mistoqsija li donnu kien qed jistenniha, "L-ewwel ħaġa aħna qatt m'attakkajna l-media tal-PN minħabba l-problemi finanzjarji, jekk semmejnieha, kienet f 'okkażżjoni waħda. U ma tistax tħallat il-mod kif imxejna aħna mal-ħaddiema tagħna u kif mexa l-PN. "Il-PN keċċa lill-ħaddiema tiegħu u ħallihom għal xhur sħaħ bi tliet xhur paga lura. Aħna ħriġna skema volontarja għal irtirar kmieni u jieħdu somma talli jitilqu. Tant li l-ħaddiema li telqu, kollha kemm huma applikaw għal din l-iskema. U qed infittxulhom impjieg ieħor. Din l-iskema swietilna mal-kwart ta' miljun ewro." U l-oħrajn li baqa' se jserrħilhom rashom? "M'għandhomx għalfejn jibżgħu għax se nsostnu l-kumpanija, iżda b'daqshekk ma jfissirx li ma jagħtux sehemhom." "Int salvajtli ħajti" Tlabtu jsemmili l-akbar sodisfazzjon tiegħu f 'dawn is-16- il sena li ilu segretarju ġenerali, "Kellna strike l-Air Malta u ġew żewġt irġiel b'tarbija f 'idejhom li riedu joħduha l-Ingilterra għall- kura immedjata. Dak il-ħin ħadt deċiżjoni li nwaqqaf l-istrajk u bgħatt lil dan it-tfajjel l-Ingilterra. Tnax il-sena wara ġie żagħżugħ fuqi u qalli, 'Int salvajtli ħajti'. Kien it- tifel li dakinhar bgħattu l-Ingilterra għall-kura. Mument li meta niftakar fih nemozzjona ruħi." Fl-aħħar staqsejtu kif qed iħossu ġimagħtejn qabel jirtira, "Dan l-aħħar kont qed nistenna bil-ħerqa li jaslu dawn il-jumejn biex nirtira. Iżda għadni kif ġejt minn Brussell u kif dħalt hawn, għidt bejni u bejn ruħi, 'il-ġurnata tinsab wara l-bieb' u qabadni ftit dispjaċir. L-irtirar tiegħi ma jfissirx li mhux se nibqa' nsostni lill-GWU speċjalment lis-segretarju ġenerali l-ġdid Josef Bugeja li issa ilu sena jaħdem miegħi biex ikollna tranżizzjoni perfetta." Sellimtlu u qabel tlaqt offrieli ċikkulatina tal-Cadbury fejn awgurajtlu rtirar ta' mistrieħ għalkemm xorta nemmen li għad narawh fix-xena politika meta fil-bidu kien bdieli bil-kelma, "se nirtira mix-xogħol, iżda ma neskludi xejn." "Jekk aħna naraw li ma jibqax partit tal-ħaddiem, inkunu l-ewwel li niġbdulu l-attenzjoni" Ritratt: Ray Attard