Illum previous editions

ILLUM 20 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 39

JOHN BUSUT TIL DAN l-aħħar l-ILLUM ħareġ storja ta' anzjan Ingliż ta' 68 sena li miet malli tela' mid-dawra tiegħu taħt il-baħar. Dan ifisser li min imur jgħodos biċ-ċilindri qed jissogra ħajtu? X'inhi r-raġuni tal-imwiet li ta' kultant nisimgħu bihom fost l-għaddasa biċ-ċilindri? Ifisser li m'hemmx kontroll? Jew l-iskejjel tad- diving ma jinteressahomx min jogħdos jew le? L-aqwa li jdaħħlu l-flus? Nafu li hemm liġijiet li jirregolaw dawn l-iskejjel tal-bugħaddasa, iżda dawn il-liġijiet qed jiġu mħarsa? Dawn huma l-mistoqsijiet li tisma meta fuq l-aħbarijiet toħroġ l-aħbar ta' xi mewt ta' bugħaddas. Skont statistiċi u figuri juru li l-għadds hu l-aktar popolari f 'Għawdex, fejn hemm 10 'dive shops' li kważi lkoll għandhom bejn 20 u 25 sena ta' esperjenza f 'dan ix-xogħol, fejn kollha jimxu mal-proċeduri internazzjonali bħal PADI, BSAC, NAUI u DAN Europe u kollha b'instructors b'esperjenza, fil-maġġoranza tagħhom, barranin. Dawn barra li kumpaniji tad-diving Maltin ukoll jitilgħu għal ġurnata jieħdu lin-nies tagħhom jgħoddsu f 'xi sit f 'Għawdex. Il- gżira Għawdxija hi aktar popolari minn dik Maltija mal-għaddasa għall-fatt li meta wieħed imur jgħodos f 'Għawdex, jista' jagħmel dan is-sena kollha, fejn jekk il-baħar ikun qawwi fuq naħa, jista' faċilment imur fuq il-kosta opposta fi ftit minuti. Għalkemm l-aktar imfittxija hi l-'blue hole' fid- Dwejra u r-wrecks li hemm. Statistika eżatta ma teżistix, iżda l-Malta Tourism Authority fl-ajruport ta' Malta jistaqsu lit-turisti divers fejn sejrin jew fejn marru, u mill-istatistika miġbura juri li madwar 30,000 jew 40,000 imorru Għawdex kull sena li jfissru 20% tat-turiżmu Għawdxi, u jagħmlu aktar minn żewġt iljieli fil-gżira. Dan juri li d-diving hu importanti ħafna għall-qasam turistiku Għawdxi. Iżda dan ifisser li jgħaddi kollox biex ma mmorrux inkissru dan il-qasam? U Għawdex hu preparat medikament għal dan it-turiżmu? L-ILLUM tkellem ma' Dr Mario Saliba l-ispeċjalista responsabbli mill-Hyperbaric Unit ta' Għawdex li hu speċjalizzat fil-Baro Mediċina u ilu f 'dan il-qasam sa mill- 1991. It-tabib Saliba qalilna li l-fatt li hemm hyperbaric unit f 'Għawdex jgħin għas-serħan tal- moħħ tal-għaddasa, "għax anke biex jagħmlulhom l-assigurazzjoni, il- kumpaniji jkunu jridu jaraw li hemm hyperbaric unit." It-Tabib Saliba qalilna wkoll li barra l-għaddasa li jgħoddsu taħt il-ħarsien tad-dive shops, hemm oħrajn li jmoru jgħoddsu weħidhom, u li jammontaw għal madwar 5,000 fis-sena. Mistoqsi dwar il-kawża tal-imwiet tal-għaddasa, Dr Mario Saliba qalilna li d-'diving shops' qed jagħmlu xogħolhom sew u m'għandhomx tort jekk l-għaddas jiffirma li hu b'saħħtu u ma jkunx. "Huma ma jistgħux ikunu jafu x'kundizzjoni jbati biha l-għaddas. Hu fl-interess tal-individwu li jibża' għal ħajtu. Il-problema hi li fir- regolazizzjoni m'hemmx checks and balances. "Jien nirrakomanda li għaddasa li jkollhom 'il fuq minn 50 sena, jkollhom ċertifikat mediku mit-tabib tagħhom personali li jkun jafhom." Dan ifisser li l-għadds hu sport perikoluż? "Lanqas xejn. L-istatistika turi li f 'dawn l-aħħar 10 snin, kellna l-aktar, tliet fatalitajiet fis-sena. Is-sena l-oħra 12 illum | Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 "Jien nirrakomanda li għaddasa li jkollhom 'il fuq minn 50 sena jkollhom ċertifikat mediku mit- tabib tagħhom personali li jkun jafhom" • F'Għawdex jgħoddsu madwar 40,000 fi s-sena u jmutu 3 fi s-sena 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of ICT Professional Services – T043/15 Data ta' ħruġ: 11 ta' Settembru 2015 / Data ta' għeluq: 9 t' Ottubru 2015 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jattendu għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana FRN 1610. F'dawn il-workshops, operaturi ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Problemi relatati mal-qalb huma Dr Mario Saliba waqt ix-xogħol tiegħu fil-hyperbaric unit Il-Cominoland wreck Ritratti: Pete Bullen

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2015