Illum previous editions

ILLUM 20 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 39

36 illum Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 SportSillum Ħamrun Spartans bl-aspirazzjoni ewlenija li jiksbu l-promozzjoni għall-Premier Kollox qed jindika li Ħamrun Spartans se jkunu forza assoluta fil- Kampjonat BoV tal-Ewwel Diviżjoni. Dan mingħajr ma wieħed jinsa l-fatt li huma se jkollhom sfida denja minn timijiet bħal Gzira United u Senglea Athletic, fost timijiet oħra li jafu joffru sfida denja lit- tim li kien forza ewlenija fil-futbol Malti kemm fis-snin 80 kif ukoll kmieni fis-snin 90. Waqt konferenza stampa li saret ftit tal-jiem ilu fis- sala biswit il-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun, tkellem fost oħrajn il-kowċ mimli esperjenza tal-Ispartans Steve D'Amato li meta mistoqsi minn dan il-ġurnal fuq x'inhuma l-aspirazzjonijiet tal-klabb, speċjalment meta wieħed iqis il-fatt tal-akkwisti ta' ċertu isem u potenzjal li huma għamlu, huwa kien pront u wieġeb li jridu jżommu saqajhom mal-art għalkemm jinsab konxju mill-fatt tal-potenzjal li t-tim tiegħu jipposjedi. Huwa kompla jgħid li jrid jara lil Ħamrun Spartans fil-post fejn tassew jixraqilhom, jiġifieri fil-quċċata tal-futbol Malti. Dan hekk kif huwa tenna li ma jistax ikun li tim bl-isem ta' Ħamrun Spartans jilgħab f 'kampjonat inferjuri mid- Diviżjoni Premier. Huwa faħħar bis-sħiħ is-sapport liema bħalu li għandu kemm mill-kumitat amministrattiv tal-Ispartans kif ukoll mill-istaff tekniku tiegħu, waqt li indika li t-tim immexxi minnu ilu għal bosta ġimgħat jipprepara bis-sħiħ għall-kampjonat li se jkun qed jibda minn hawn u ftit jiem oħra. Tkellem ukoll il-Viċi-President ta' Ħamrun Spartans, Gaetano Debattista, li afferma li qed iqis li fil- kamp tal-Ispartans reġa' qam l-entużjażmu tas-snin 80 meta l-Ħamruniżi kienu jiddominaw ix-xena tal-futbol lokali. Dan, skontu jawgura ferm tajjeb biex Ħamrun Spartans jerġgħu jirritornaw fl-ogħla diviżjoni tal-futbol lokali, waqt li ħeġġeġ lill-partitarji numerużi ta' dan it-tim bi storja glorjuża biex jerġgħu jimlew l-istands tal-istadia diversi li fihom jintlagħab il-futbol lokali. Huwa kompla li fid-diversi akkwisti li għamlu, huma qagħdu attenti u akkwistaw plejers skont il-ħtiġijiet finanzjarji li huma jippossjedu bi pjan immedjat għall-futur. Intant, huwa saħaq li l-president, Daniel Sullivan ma setax jattendi għal din il-konferenza stampa, minħabba impenji oħra ta' xogħol, iżda tenna li wassal l-awgurju sinċier tiegħu lill- partitarji Ħamruniżi kollha u nkoraġġihom biex ikunu wara dan it-tim mill-bidu sal-aħħar tal-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas huwa ħeġġeġ lill-Ħamruniżi kollha biex jikkonkorru bis-sħiħ u jissaportjaw lill- benjamini tagħhom, hekk kif huwa saħaq li huma se jkunu tabilħaqq it-12-il plejer fil- grawnd. Tkellem ukoll it-team manager ta' Ħamrun Spartans, Joseph Bugeja li ffoka fuq l-unità li qed tinħass fil-kamp tal-Ispartans bħalissa u rrimarka li xejn inqas minn 10 plejers li huma prodotti ta' Ħamrun Spartans qed jimmilitaw fl-iskwadra tal- kbar bħalissa. Huwa kompla li għalkemm huwa fatt magħruf li l-Ispartans matul dan l-istaġun għamlu akkwisti ta' ċertu isem, qatt ma wieħed jista' jinsa l-elementi li ġejjin mir-raħal tal-Ħamrun innifsu u li huma prodotti tan- nursery tal-istess klabb. Huwa għalaq li jemmen li Ħamrun Spartans sa ftit tas-snin oħra se jerġgħu jirritornaw fejn tabilħaqq jixraqilhom, jiġifieri f 'dak l-istadju fejn huma jkunu jistgħu jissieltu għall-unuri li joffri l-futbol Malti. Fost l-akkwisti ġodda u tassew rimarkabbli li għamlu għal matul dan l-istaġun, Ħamrun Spartans, hemm il-goalkeepers David Cassar u Frederick Tabone, id- difensuri Mark Anthony Borg, Philip Chircop u Martin Hrubsa, il-player ta' nofs il- grawnd Matthias Mucciardi u l-attakkanti Haruna Zambuk Garba u Trevor Cilia. Barra minn hekk it-tim immexxi mill-kowċ Steve d'Amato akkwista wkoll lill-plejer veteran Orosco Anonam, li se jkun qed jgħin lill-kowċ Steve D'Amato bħala Assistant Coach, li se jkun ukoll kowċ tal-Under 19s. L-Ispartans ġeddew il- kuntratt ukoll ta' Saturday Nanapere u Luke Grech bi tliet snin u Glenn Azzopardi b'sentejn. Intant, Jake Grech u Agatino Sicali ffirmaw kuntratt ġdid ta' tliet snin. Diriġenti, staff tekniku u akkwisti ġodda ta' Ħamrun Spartans waqt il- preżentazzjoni tal-istess skwadra Ritratt - NET Replay Ftit tal-jiem ilu Gzira United ippreżentaw l-iskwadra l-ġdida tagħhom fejn kollox qed jindika li huma, flimkien ma' Ħamrun Spartans u Senglea Athletic se jkunu l-isfidanti ewlenin biex jiksbu l-promozzjoni għall- Kampjonat BoV Premier. Dan hekk kif huma ssaħħew ferm b'diversi akkwisti ta' talent u esperjenza fil-futbol f 'diviżjonijiet ogħla kemm Maltin kif ukoll barranin. Dan hekk kif matul dan is-sajf huma assiguraw is-servizzi ta' Sacha Borg u Brooke Farrugia mingħand Floriana, Jonathan Bondin mingħand Qormi, Beppe Muscat, Luca Martinelli u Clive Psaila mingħand Sliema Wanderers, Alan Abela mingħand Zejtun Corinthians u Christian Caruana mingħand Valletta. Huma akkwistaw ukoll żewġ attakkanti mill-Kamerun - Louis Renè Zome u l-eks attakkant ta' Pietà Hotspurs u Valletta, Raphael Alain Kooh- Sona. Il-Maroons kif inhuma iktar magħrufin Gżira United laqgħu lura lil Kyle Gerada u Simon Shead, li t-tnejn li huma kienu mislufin lill- Mosta u Ħamrun Spartans rispettivament. Il-kowċ Darren Abdilla ġie kkonfermat wara li ħa t-tmexxija tal-klabb f 'nofs l-istaġun li għadda, f 'liema staġun, Gżira United tilfu l-promozzjoni għall- Kampjonat BOV Premier bi żbrixx. Dan wara li huma spiċċaw fit-tielet post tal- Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni u fil-play-off tilfu bl-iskor ta' 2-0 kontra Mosta. l-iskwadra ta' Gzira United għall-istaġun 2015/16 Goalkeepers : Tony Curmi , Kyle Gerada Difensuri : Alan Abela, Luca Martinelli, Jonathan Bondin, Jean-Paul Scerri , Jamie Pace, Sacha Borg, Clive Psaila, Andre White, Sharlon Pace, Lydin Camilleri Plejers ta' Nofs il-Grawnd: Daniel Scerri, Moises Avila Perez, Christian Caruana, Gabriel Aquilina, Brooke Farrugia, Beppe Muscat, Yanis Tonna Attakkanti : Raphael Kooh Sohna, Simon Shead, Matteo Caribotti, Zome Luis Kowċ: Darren Abdilla Assistant Coach: Edward Azzopardi Team Manager : Marlon Galea Kowċ tal-Goalkeepers : Domenic Ellul Physical Trainer: Vincenzo Leone Fiżjo-Terapista: Karl Rizzo Naudi Kit Manager: John Muscat John Events Manager: Don Spagnol Gzira United jaspiraw għall-Premier Senglea Athletic - l-underdogs li mistennija jimpressjonaw fl-Ewwel Diviżjoni Din is-sena, it-tim tal- kbar ta' Senglea Athletic se jkun qed jikkompeti fl-Ewwel Diviżjoni wara li kiseb il-promozzjoni fl-aħħar staġun mit-tieni Diviżjoni. Il-Klabb mill-ewwel ikkonferma l-Coaching staff, jiġifieri lill-Kowċ Edgar Degabriele u lill- Assistant Kowċ Vincent Camilleri. Il-Kumitat kollu ta' Senglea Athletic saħaq li għandu fiduċja sħiħa u assoluta fil-coaching staff tiegħu u jemmen li se jkunu kapaċi jagħtu l-massimu tagħhom f 'din l-esperjenza ġdida tagħhom f 'dan il- kampjonat. Il-klabb għamel numru ta' akkwisti biex ikompli jsaħħaħ l-iskwadra li kellu matul is-sena li għaddiet. Dan hekk kif il-klabb ikkonferma lil dawn il- plejers: Karl Conti, Obaje Aud-Gustine, Hubert Vella, Christian Cassar, Brady Zerafa, Simon Aquilina, Terence Scerri, Charlo Buttigieg, Erin Azzopardi u Jonathan Martinelli. Dan waqt li akkwista b'self jew għal kollox lil Jeffrey Farrugia, Randall Vella, Jurgen Farrugia, Dylan Sammut, Pablo Cesar Doffo, Miguel Ciantar, Francesco Guzman, Keith Tanti, Duncan Pisani u Jeremy Alden u Abubakar Bello Osagie. L-għan ewlieni tal-klabb għal dan l-istaġun huwa dak li jsalva kemm jista' jkun malajr. Dan minkejja l-fatt li dan it-tim qed jissemma' bħala wieħed mill- kontendenti ewlenin għall- istaġun li ġej biex jikseb il- promozzjoni għall-Premier, id-diriġenti ta' dan il-klabb saħqu li huma se jkunu qed iżommu saqajhom mal-art u jieħdu l-kampjonat logħba b'logħba. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Senglea Athletic, xtaqu jirringrazzjaw lill-isponsors prinċipali tagħhom li huma: Palumbo MSY, Bronk Productions, Bavaria u C & F Supermarket. Diriġenti, staff tekniku u akkwisti ġodda ta' Gżira United waqt il- preżentazzjoni tal-iskwadra Ritratt - NET Replay

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2015