Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370
Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 | illum 35 SportSillum Meta Michael Mifsud skorja l-40 gowl tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti Hekk kif id-dinja tal- futbol bħalissa tinsab jum wara jum issemmi b'ċertu prominenza t-tragward storiku u uniku li rnexxielu jilħaq Wayne Rooney, hekk kif qabeż lil Sir Bobby Charlton u sar l-aqwa skorer ta' kull żmien għall-Ingilterra b'50 gowl, forsi ftit jafu li l-captain tat-tim nazzjonali li llum jgħodd l-34 sena, Michael Mifsud irnexxielu jilħaq it- tragward tal-40 gowl bil- flokk tat-tim nazzjonali Malti. Dan wara li nhar il- Ħadd 6 ta' Settembru ġab l-iskor indaqs għal draw momentarju ta' 1-1 fil- 55 minuta, bil-konfront jintemm bl-iskor finali ta' 2-2. Dan wera bl-aktar mod ċar, li għalkemm Michael Mifsud jinsab lejn tmiem il-karriera internazzjonali tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti, huwa xorta waħda għadu kapaċi joffri wirjiet mill-aqwa u jsib ix-xibka meta jrid. Barra minn hekk, dan it-tragward milħuq minn Michael Mifsud, huwa wieħed ta' min ifaħħru hekk kif huwa rnexxielu jiskorja l-ammont ta' 40 gowl f '111-il logħba, speċjalment meta wieħed jiftakar li Malta qatt ma rnexxielha tikkwalifika għal tournament maġġuri Ewropew, waqt li t-tim nazzjonali Malti ftit li xejn jiskorja aktar minn gowl wieħed f 'kull logħba, dejjem jekk jirnexxielu jsib ix-xibka! Michael Mifsud jinsab ukoll viċin li jilħaq tragward ieħor fil- karriera mill-aqwa tiegħu fil-futbol. Dan hekk kif huwa jinsab 11-il logħba biss 'il bogħod milli jilħaq lill- aktar plejer li qatt lagħab bil-flokk tat-tim nazzjonali Mati, li huwa David Carabott li lagħab 122 logħba għat-tim nazzjonali Malti. Il-vjaġġ twil ta' Michael Mifsud bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti beda lura fi Frar tas-sena 2000 meta Michael Mifsud lagħab għall-ewwel darba għal Malta, li dak iż-żmien kienu taħt il-gwida tal- kowċ Josip Ilic, f 'logħba ta' ħbiberija kontra l-Albanija. L-ewwel gowl ta' Mifsud għal pajjiżna wasal eżattament fl- 2002, waqt logħba ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, li saret fl-istess sena kontra l-Iżlanda meta huwa skorja l-gowl li tefa' f 'vantaġġ momentarju ta' 1-0 lill-Maltin, bl-Iżlanda jdawru l-iskor favurihom aktar tard fil-logħba, biex finalment spiċċaw biex rebħu l-logħba. F'dak iż-żmien, Michael Mifsud kien qed ikollu staġum mill-aqwa ma' Sliema Wanderers f 'pajjiżna u ma damx ma ġibed l-għajn ta' diversi klabbs Ewropej, u fil- fatt erba' snin wara li ddebutta fil-Kampjonat BOV Premier mal- istess Wanderers, huwa beda avventura ġdida fil-Ġermanja ma' FC Kaiserslautern kemm mat-Tim B tal-istess klabb kif ukoll mal-iskwadra li kienet timmilita fl- ogħla diviżjoni tal-futbol fil-Ġermanja, jiġifieri l-Bundesliga. Matul dan iż-żmien, huwa baqa' jimpressjona bis-sħiħ bil- flokk tat-tim nazzjonali Malti, hekk kif kompla jsib ix-xibka b'mod regolari u f 'sentejn, bejn logħbiet ta' ħbiherija, tournaments internazzjonali, kif ukoll Logħob ta' Kwalifikazzjoni tal-UEFA, huwa skorja xejn inqas minn disa' gowls. Fost dawn ma nistgħux ma nsemmux il-gowl li ta r-rebħa lil Malta kontra l-Ażerbajġan, propju meta Mifsud kien qed jiċċelebra għeluq il-21 sena minn twelidu. Niġu għall-istaġun 2007/08 li probabilment kien l-aqwa wieħed għal Michael Mifsud, fejn huwa lagħab għal Coventry City fiċ-Championship fl-Ingilterra fejn huwa jibqa' msemmi għad- doppjetta storika li skorja kontra l-ġganti Ingliżi ta' Manchester United fil-Carling Cup, biex kontra kull mistenni Coventry City eliminaw lir-Red Devils minn din il-kompetizzjoni. F'dan il-perjodu, t-tim nazzjonali kien qed ikollu wirjiet mill-aqwa, u kien qed joffri sfida denja lil kull tim avversarju li kien qed jaffronta. Michael Mifsud kien strumentali għal Malta matul il-Logħob ta' Kwalifikazzjini tal- Euro 2008 fejn pajjiżna rnexxielu jikseb rekord ta' 5 punti mill-konfronti li kien involut fihom, fejn sfida wkoll lill-Moldova biex jevita l-aħħar post, bil-konfront dirett bejn il-Moldova u Malta jintemm f 'rebħa ta' 3-2 għall-Moldova. F'dawn il- logħob ta' kwalifikazzjoni, Michael Mifsud irnexxielu jsib ix-xibka 3 darbiet waqt li kien ukoll parti mir-rebħa storika ta' 2-1 kontra l-Ungerija ġewwa darna, biż-żewġ gowls jaslu minn doppjetta ta' Andrè Schembri, liema rebħa kienet l-ewwel waħda f 'logħba kompetittiva ġewwa darna sa mill-1982. Fis-26 ta' Marzu tal-2008, it-talent ta' Michael Mifsud kien impoġġi iktar fid- deher f 'logħba ta' ħbiberija li Malta rebħu bl-iskor inkredibbli ta' 7-1, b'Mifsud iniżżel ismu fuq il-lista tal-iskorers għal xejn inqas minn ħames darbiet. Tajjeb ngħidu li din kienet l-akbar rebħa ta' Malta fl-istorja, fejn m'hemmx l-iċken dubju li għalkemm għal din il-logħba attendew mhux aktar minn 200 partitarju Malti, l-istess logħba se tibqa' mniżżla b'ittri tad- deheb fl-istorja tal-futbol Malti. Michael Mifsud reġa' kien il-protagonista assolut f 'rebħa storika oħra għal Malta din id-darba barra minn pajjiżna, eżattament nhar is-7 ta' Ġunju tal- 2013, ġewwa l-Armenja, fejn Malta kisbet rebħa minima ta' 1-0, bil-gowl uniku għall-Maltin fil- logħba jasal mis-solitu Mifsud biex Malta kisbet l-ewwel tliet punti tagħha f 'logħba ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, li saret fl-2014 fil-Brazil u li finalment intrebħet mill- Ġermanja. Min jaf x'għad ikun il-futur ta' Michael Mifsud bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti? Ikun xi jkun, m'hemmx dubju li huwa se jibqa' rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa plejers li qatt ra pajjiżna f 'kull żmien! Michael Mifsud jiċċelebra bil-kbir wara li skorja l-40 gowl għal Malta, kontra l-Ażerbajġan Ritratt - Domenic Aquilina