Illum previous editions

ILLUM 20 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 39

Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 | illum 11 CHOGM Malta 2015 for more information visit chogm2015.mt Etajiet: 11-16 10am - 4pm Ħeffa fl-użu tal-lingwa Ingliża hija kruċjali biex jipparteċipaw fic-Cerimonja tal-Ftuh taċ-CHOGM Malta 2015 Il-provi se jsiru fl-MCC, l-Belt Valletta nhar it-3 u l-4 t'Ottubru 2015 Sejħa ghal-tfal Illum il-poplu Grieg jivvota għat-tielet darba ....Tsipras se jkollu jmur kontra l-prinċipji xellugin tiegħu ALBERT GAUCI CUNNINGHAM GĦATTIELET darba din is-sena il-poplu Grieg qed jintalab biex jerġa' jivvota llum f 'elezzjoni ġenerali li sal-bieraħ kien jidher li se terġa' tintrebaħ mill-Partit Xellugi tas-Syriza mmexxi minn Alexis Tsipras. Għalkemm jista' jerġa' jsib ruħu fil-Gvern Tsipras la għandu l-entużjażmu tan- nies li kellu qabel u lanqas il-maġġoranza li rebaħ biha f 'Jannar li għadda. Jekk l-elezzjoni ġenerali tal- lum tagħti rebħa mill-ġdid lix-xellug, fil-verità din ma tkun xejn għajr rebħa pirrika, għax mhu se tkun rebħa xejn. Imma għalfejn? Għax jekk Tsipras jirbaħ ikollu jibda jimplimenta pakkett ta' miżuri, uħud minnhom awsteri, li jinkludi wkoll numru ta' privatizzazzjonijiet ta' entitajiet pubbliċi. Lura f 'Jannar, meta Tsipras kien elett għall-ewwel darba, kien irnexxielu jikkonvinċi biżżejjed nies biex jirbaħ il-Gvern li hu kapaċi jżomm lill-Greċja fermament fiż- żona ewro u fl-istess ħin, iżomm id-dejn kolossali tal-pajjiż taħt kontroll. Sfortunatament iżda bejn il-poeżija tal-ikkampanjar u l-proża tal-iggvernar hemm baħar jaqsam, u Tsipras sab li l-bilanċ li xtaq ma kienx se jkun daqstant faċli. L-aħħar ħaġa f 'moħħ bosta membri tal-partit radikalment xellugi kien li l-Greċja taċċetta l-miżuri tat-Troika biex ma titkeċċiex miż-żona ewro. Id-deċiżjoni ta' Tsipras li jitfa' d-deċiżjoni dwar il-bailout f 'idejn il-poplu Grieg setgħet niżlet tajjeb ma' bosta għax deher li kien qed jagħti vuċi lill-poplu. Iżda sfortunatament ir-riżultat qawwi kontra l-miżuri li l-bankiera riedu jimponu swiet biss biss tirrijinforza d-determinazzjoni tat-Troika li tara li jew il-Greċja tħallas, jew inkella tfalli. Mal-Euronews, Tsipras qal li l-problema tat-tmexxija tal- Unjoni Ewropea hija li tinsab ddominata minn "politika ħarxa u dommatika neo- liberali". Huwa stqarr ukoll li jekk se jagħmel riforma din għandha tkun tal-istat u mhux billi jbigħ assi pubbliċi. Bla dubju dan huwa kollu kliem sabiħ li qed jinżel tajjeb ma' poplu li prattikament waqa' fil-faqar u li kellu jiffaċċja djun, problemi, nuqqas ta' flus u saħansitra nuqqas ta' affarijiet bażiċi bħal ikel f 'dawn l-aħħar snin. Imma jekk għada Tsipras jerġa' jkun Prim Ministru, kemm minn dan il-kliem jista verament jissarraf f 'fatti? Fil-fatt, anke jekk kontra l-prinċipji tiegħu, Tsipras jista' jkun li jkollu jbigħ 14-il ajruport reġjonali, portijiet u anke marini biex ikun jista jtella' b'€50 biljun u jħallas id-djun. Minkejja kollox iżda, anke jekk il-Griegi m'għadhomx daqshekk ħerqana għal Tsipras, jidher li lesti jtuh ċans ieħor biex jaraw kif jista' jmexxi l-pajjiż f 'leġiżlatura sħiħa. Li definittivament huwa ċert hu li jekk jirbaħ Tsipras, tant hemm xi jsir u tant hemm sfidi li jrid jiffaċċja li r-rebħa tista' tkun waħda li tintesa' malajr. Fil-verità, politikament, Tsipras ikun jaqbillu ma jirbaħ xejn f 'dan il-mument. Tsipras jista' jkun li jkollu jbigħ 14-il ajruport reġjonali, portijiet u ankè marini

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2015