Illum previous editions

ILLUM 27 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 39

Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 | illum 11 jemmnux lill-PN dwar il-kontijiet reazzjoni tagħhom dwar il- kredibbiltà tal-Oppożizzjoni meta jitkellem dwar roħs fil-kontijiet tad-dwal esprimew ir-rabja tagħhom għan-nuqqas ta' azzjoni taħt amministrazzjonijiet preċedenti Nazzjonalisti. Spikkaw ukoll il-kummenti tal-qarrejja, fosthom dawk ta' Ronald Zammit u Maria Bugeja li saħqu li l-appell ta' Simon Busuttil ma jreġix, għax taħt amministrazzjoni Nazzjonalista "l-Enemalta kienet f 'xifer ta' falliment, u li issa l-PN qed jilgħabha tal-beatu." Aktar minn hekk, huma qalu li qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013, il-Partit Nazzjonalista kien qal li l-pjan tal-Gvern li jraħħas it-tariffi kien ħolma, u pjan ta' 'Alice in Wonderland', u li issa, wara t-traħħis ta' 25% fil- kontijiet tad-dawl, il-bużżieqa infaqgħet f 'wiċċhom. Gejtu Schembri sostna li b'konsegwenza ta' dan l-argument, il-Partit Nazzjonalista baqalu ħafna biex jirkupra d-distakk ta' 36,000 vot. Maria Bugeja u Marie Vella qalu wkoll li taħt il-Partit Nazzjonalista, il-poplu kien imdorri jħabbat wiċċu ma' kontijiet tad-dawl għoljin u li saħansitra kien hemm persuni li biegħu dehebhom sabiex ikopru mal- ispejjeż. Madankollu, filwaqt li l-maġġoranza tal-qarrejja kienu voċiferi fl-oppożizzjoni tagħhom kontra l-appell tal-Partit Nazzjonalista, 11% tal-persuni li pparteċipaw fl-istħarriġ kienu iktar diplomatiċi. Fil-fatt huma qalu li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista vera ma raħħasx il-kontijiet tad-dawl tul il-leġiżlaturi tiegħu, dan m'għandux iwaqqaf il-Gvern milli jraħħas il-kontijiet aktar. Minbarra dan, 0.8% tal- qarrejja wieġbu li ma kienx jinteressahom u ma kienx jimpurtahom mill-kontijiet tal-enerġija. Min-naħa l-oħra, 7% ta' dawk li vvutaw qablu mal- proposta ta' Simon Busuttil u qalu li din m'affetwatx il-kredibbilità tal-partit għax huwa kien dejjem konsistenti fuq is-suġġett. Dan sostnitu wkoll Marthese Portelli li mal- ILLUM qalet li r-roħs ta' 25% fil-kontijiet tad-dawl seħħ meta l-prezz internazzjonali taż-żejt kien it-tripplu ta' dak li hu llum u li aktar minn hekk, dan seħħ grazzi għall-proġetti ta' Gvernijiet Nazzjonalisti. Hija rribattiet ir-rimarki li l-argument tal- PN mhux kredibbli, u minflok sostniet li l-Gvern mhux kredibbli. "Jekk hemm partit li m'għandux kredibbilità fl-enerġija huwa l-Partit Laburista li wiegħed li jibni power station f 'sentejn u m'għamilhiex, u m'għamel xejn biex jorħsu l-kontijiet tad-dawl. Kien l-investiment li għamel il-Partit Nazzjonalista li wassal għar- roħs fil-kontijiet. Il-Partit Nazzjonalista qed jinsisti wkoll li l-Gvern iraħħas, illum qabel għada, il-prezzijiet tal- petrol u d-diesel li huma fost l-ogħla fl-Ewropa," Portelli qalet. Intant, mistoqsija jekk il-Partit Nazzjonalista jasalx jammetti li fil-fatt l-Enemalta hix tirreġistra riżultati iktar pożittivi, x-shadow minister tal-Enerġija qalet li "jekk il-Gvern jemmen li l-Enemalta qabdet it-triq it-tajba, tajjeb li wieħed jitkellem mal-ħaddiema ta' din il-Korporazzjoni," sabiex jindirizza l-inċertezza ta' dawn il-ħaddiema. Medja ta' prezzijiet taż-żejt taħt Gvern Nazzjonalista tul l-aħħar leġiżlatura Xahar Prezz / $ Marzu – Diċembru 2008 $97.50 2009 $61.74 2010 $79.61 2011 $111.26 2012 $111.63 Jannar – Frar 2013 $114.51 Prezzijiet taż-żejt taħt Gvern Laburista minn Marzu tal-2013 sal-lum Xahar Prezz / $ Marzu – Diċembru 2013 $107.47 2014 $99.02 Jannar – Awwissu 2015 $56.25 Mistoqsija: Kemm huwa kredibbli l-PN meta jitkellem dwar roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 ta' Settembru 2015