Illum previous editions

ILLUM 27 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

illum | Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 GRUPP ta' immigranti li ġew salvati mill-Forzi Armati ta' Malta (FAM) fis-sigħat bikrin tal-bieraħ filgħodu rrifjutaw li jiġu trasferiti lejn Malta sabiex minflok, ikomplu l-vjaġġ tagħhom lejn l-Italja. Il-Forzi Armati ta' Malta qalet li d-dgħajsa li kienu fiha l-immigranti kienet qed tagħmel l-ilma waqt il-vjaġġ tagħha fl-ibħra fil-Lvant ta' Malta u li minħabba li d-dgħajsa tal- Armata kienet għadha 'l bogħod, vapur merkantili rreġistrat fil-Panama li nzerta fil-madwar, ġie ordnat sabiex jipprovdi l-ewwel asisstenza medika. Il-grupp ta' 83 immigranti ttelgħu abbord il-vapur sakemm ma waslet id- dgħajsa tat-tip P52 tal- Forzi Armati ta' Malta. Ħames immigranti ġew trasferiti u ddaħħlu f 'Xatt it-Tiben għall-ħabta tas- 6:30 ta' filgħodu, filwaqt li t-78 immigrant l-ieħor irrifjutaw l-ikel u x-xorb offrut mill-FAM u baqgħu abbord il-vapur sabiex ikomplu l-vjaġġ tagħhom lejn l-Italja. L-ILLUM hija nformata li wara diskussjonijiet tul il-ġurnata kollha bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk Taljani, l-Italja aċċettat li tieħu t-78 immigrant li ġew salvati. Il-wasla ta' dawn il-ħames immigranti żied t-total ta' immigranti li waslu Malta din is-sena permezz tal- baħar għal 108. Fil-fatt, din hija t-tieni wasla ta' immigranti f 'Malta fl-2015, wara li f 'Jannar il-Forzi Armati ta' Malta salvat 87 immigrant minn dingi ftit mili 'l barra mill- ibħra fit-Tramuntana ta' Malta. Apparti dawn is-87 immigrant, inġiebu Malta 13-il immigrant ieħor permezz ta' ħelikopter għall-attenzjoni medika, filwaqt li twieldu f 'Malta tliet trabi oħra minn ommijiet immigranti. Minkejja l-influss enormi ta' immigranti f 'dawn l-aħħar xhur, il-Libja ma kinitx rotta popolari għat- traffikanti kawża ta' iktar sigurtà u kontroll mill- Mare Nostrum u l-armata Taljana. Madankollu, din ir-rotta baqgħet waħda mill-aktar perikoluża hekk kif mietu mijiet ta' persuni. Fil-fatt fi Frar, mat-300 immigrant kienu mietu wara li d-dgħajsa li kienu fiha għerqet fil-Baħar Mediterran. Ħames immigranti nġiebu Malta wara li kienu salvati fl-ibħra fl-Lvant ta' Malta Ritratt: Brigadier Justin Gatt/AFM Ritratt tal-ġimgħa AirBnb: Il-Gvern fi stadju ta' reviżjoni tal-liġijiet u tisħiħ tal-kontrolli fil-qasam turistiku 'Ma rridux niġu Malta...Irridu mmorru l-Italja' ILMINISTRU tat- Turiżmu Edward Zammit Lewis qal lill-ILLUM illi fid-dawl tar-realtajiet ġodda li qed joħloq il- kunċett AirBnb il-gvern jinsab fi stadju biex jirrevedi il-leġiżlazzjoni relevanti. Filwaqt li qal li dan qed isir "biex ikunu indirizzati it-tendenzi tas-swieq" saħaq ukoll illi r-rżors uman fi ħdan id-Direttorat tal-Infurzar "qed jiġi supplimentat biex jissaħħaħ l-aspett ta' kontroll fl-operazzjoni turistika". Intant din il-gazzetta wettqet eżerċizzju li fih eżaminat ftit id- differenza fil-prezzijiet bejn appartament mill- AirBnb u akkomodazzjoni f 'lukanda f 'San Ġiljan, San Pawl il-Baħar u Marsalforn f 'Għawdex u Londra u Ruma madwar l-Ewropa. ARA paġna 7 Wieħed mid-diversi ajruplani li taw spettaklu mill-isbaħ ilbieraħ waqt li kienet qed tittella' l-'Air Show'. Dan l-ispettaklu se jkompli jżejjen is-smewwiet Maltin matul il-ġurnata ta' llum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 ta' Settembru 2015