Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898
38 illum | Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Sa minn meta kont tifel żgħir minn dejjem kont inħobb il-futbol u wara li ta' età żgħira dħalt fin-nursery tal-Mosta, sena wara l-oħra bqajt intejjeb il-ħiliet tiegħi f 'din il-logħba li tant inħobb. X'kienu l-esperjenzi li kellek sa issa mat-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena? Mat-tim nazzjonali ta' taħt id- 19-il sena sa issa kelli esperjenza mill-aqwa fosthom f 'tournament li ħadt sehem fih f 'Catania fi Sqallija ftit taż-żmien ilu fejn kelli ċ-ċans li nilgħab kemm kontra plejers li jimmilitaw fit-tim tal-Primavera ta' Catania kif ukoll plejers mill- iskwdra tal-kbar tal-istess tim. Min huma l-idoli tiegħek fil- kamp tal-futbol, kemm fuq livell internazzjonali kif ukoll fuq dak lokali? Fuq livell internazzjonali l-idolu tiegħu huwa Ryan Giggs, l-iktar minħabba l-fatt li jien partitarju kbir ta' Manchester United. Min-naħa l-oħra f 'Malta, l-idolu tiegħi huwa Michael Mifsud, għalkemm huwa jilgħab f 'pożizzjoni differenti minni. Dan minħabba r-rapidità assoluta li dawn iż-żewġ plejers jippossjedu. Lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet int kellek esperjenza mat-tim mil-Lega Pro ta' Lecce. Din l-esperjenza ftit li xejn ingħatat prominenza fil-media sportiva f 'pajjiżna, iżda kienet waħda tassew ta' min jirrimarkaha b'ċertu importanza. Tina iktar dettalji. L-esperjenza tiegħi mat-tim ta' Lecce kienet waħda brillanti. Għal bidu ttrenjajt mal-Primavera ta' Lecce li jiġu l-Minors. Ħassejtni veru tajjeb magħhom għax bħala livell ta' teknika kont aħjar minnhom. Fit-tieni ġurnata ttrenjajt magħhom ukoll, waqt li fit-tielet ġurnata ttrenjajt mat-tim tal-kbar ta' Lecce. Kienet sessjoni ta' taħriġ sabiħa għax mhux biss il-livell li kellhom kien tajjeb ħafna iżda wkoll ittrenjajt ma' plejers kbar fosthom Moscardelli li kien jilgħab fis- Serie A. Sfortunatament Fabrizio Miccoli, illum plejer ta' Birkirkara FC, ma kienx hemm. Filgħaxija kellna partita bejnietna tal- Primavera u ħassejtni li kont veru tajjeb. Oriġinarjament, ma' dan it-tim kelli ndum iktar minn erbat ijiem, eżattament għaxart ijiem, madankollu d-Direttur Tekniku tal-MFA, Robert Gatt kien talabni ninżel lura Malta minħabba impenji li kellna bħala tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena. Kif sejjer matul dan l-istaġun taħt il-gwida tal-kowċ Ivan Zammit? Ivan Zammit mill-ewwel wera l-fiduċja tiegħu fija u fil-fatt qalli li jekk inkompli nuri l-aqwa tiegħi kemm waqt it-taħriġ kif ukoll fil-logħob tiegħi ma' Mosta, jista' tabilħaqq jikkunsidra li jibda jutilizzani mal-ewwel 11 ta' Mosta. Dan hekk kif huwa mhux se jkun qed iħares lejn l-isem tal-plejer iżda lejn min ikun qed juri l-aħjar potenzjal u wirjiet bil-flokk ta' Mosta. Int qed tipprepara biex tibda l-istudji tiegħek fl-Università ta' Malta. Kif tlaħħaq mal-istudju tiegħek u mal-ħajja tiegħek bħala futboler? Inlaħħaq għax għandi time- management tajjeb. X'inhuma l-fehmiet tiegħek fuq il- kowċ b'esperjenza fil-futbol lokali, Steve D'Amato? Steve D'Amato kien tani ċ-ċans li nilgħab ma' Mosta meta kien għad kelli biss 15-il sena u kont għadni plejer tal-Minors. Huwa dejjem emmen fil-kapaċitajiet tiegħi speċjalment fil-veloċità tiegħi. Huwa dejjem baqa' jinkoraġġini biex inkompli miexi 'l quddiem fil- karriera tiegħi tal-futbol. Barra minn hekk, f 'dak iż-żmien kelli ċ-ċans li nitgħallem minn bosta plejers ġganti fil-futbol Malti, u li kienu jilagħbu ma' Mosta, fosthom Justin Haber, Luke Dimech u Daniel Bogdanovic. X'tikkummenta fuq il-kowċ Danilo Doncic li dam għal ftit żmien fit- tmun ta' Mosta bħala kowċ? Danilo Doncic ukoll baqa' jemmen fil-ħiliet tiegħi u kien inkludieni fil-logħba kontra Valletta fejn kont skorjajt gowl permezz ta' flying header li kien l-ewwel gowl tiegħi fil-Kampjonat BOV Premier, li wasal fit-82 minuta tal-logħba meta kont dħalt bħala sostitut fit-62 minuta. Dan meta kien għad kelli biss 16-il sena u ftit xhur. Permezz ta' dan il-gowl, jien sirt it-tieni l-iżgħar plejer ta' kull żmien li rnexxieli nsib ix-xibka fil-futbol Malti, bl-iżgħar plejer ikun l-attakkant internazzjonali ta' Hibernians, Jean Paul Farrugia. Ftit tal-ġimgħat ilu skorjajt gowl mill-isbah kontra Floriana li wassal għad-draw momentarju għall-Mosta. Iddeskrivi x'emozzjoni ħassejt wara li skorjajt dan il-gowl tal-istampi u x'fisser għalik dan il-gowl. Ironikament kontra Floriana bħall- gowl kontra Valletta ta' sentejn ilu, SportSillum Il-ġojjel ta' Mosta FC u tan-nazzjonal Cristian Antony Muscat James Brincat - wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f'dawn l-aħħar snin. Ir-rapidità, l-aġilità u t-teknika tiegħu huma uħud mill-karatteristiċi uniċi li jippossjedi u li jiddistingwuh minn plejers oħra. "Ironikament kontra Floriana bħall-gowl kontra Valletta ta' sentejn ilu, irnexxieli nsib ix-xibka propju fit-82 minuta.."