Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898
4 illum | Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 Jew tħaddem bil-kuntratt jew xejn Il-UĦM tiżvela proposti kontra l-prekarjat għall-baġit li jmiss Albert GAuci cunninGhAm Bħala waħda mill- proposti li l-Union ħaddiema Magħqudin (UħM) ressqet għall- kunsiderazzjoni tal- Gvern għall-Baġit li se jitħabbar ix-xahar id-dieħel hemm dik li tispeċifika li għandu jsir illegali li xi ħadd iħaddem impjegat miegħu mingħajr ma jsir kuntratt tax-xogħol. aktar minn hekk, il-UħM qed tipproponi li fuq il-kuntratt ikun hemm riflessi l-kundizzjonijiet bażiċi stabbiliti mil-liġi, bħal kemm huwa l-ħlas li għandu jieħu impjegat għal-leave tal-mard kif ukoll kemm hija l-anqas rata li biha impjegat f 'Malta jista' jitħallas. "Din il-proposta hija waħda li permezz tagħha il-UĦM qed turi li trid tiġġieled il-prekarjat. Hawn ħafna, mhux waħdiet, imma ħafna ħaddiema li mhumiex impjegati b'kuntratt. Sakemm ikun il-bnazzi u m'hemmx problemi, kollox sew. Imma mbagħad meta tinqala' kwistjoni u ħaddiem iħoss li drittijietu qed ikunu mittiefsa, mingħajr kuntratt m'għandux każ." Hekk sostna s-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella f 'kummenti li għadda lill-ġurnal l-ILLUM li spjega wkoll kif il-UĦM trid li tintuża t-teknoloġija u l-liġi biex ikun miġġieled il-prekarjat. Imma kif eżattament tista' taħdem din il-proposta? Vella jgħid li l-UĦM qed tipproponi lill-Gvern sistema li permezz tagħha "inpoġġu forom diversi ta' kuntratti li bihom ikunu impjegati ħaddiema Maltin u li huma konformi mal-liġi fuq is-sit tad-Dipartiment għar- Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER). Dan ifisser li jekk jiena rrid nimpjegak jeħtieġ nuża wieħed mid-diversi kuntratti mpoġġijja fuq is-sit, dejjem skont il-mod li nkun se nimpjegak bih, li jfisser", kompla jgħid Vella, "li apparti li min jimpjega qed jintrabat li jħaddem skont il- liġi, qed jirreġistra wkoll lill- impjegat permezz tal-użu ta' dan il-kuntratt tax-xogħol. B'hekk inkunu qed ngħalqu l-vit fuq il-prekarjat." 'B'pagi diċenti bolla ogħla ssir investiment' Intant fil-proposti tagħha għall-baġit, il-UĦM qed tipproponi wkoll li tkun introdotta il-pensjoni tat-tieni pilastru (second pillar pension). L-ILLUM fakkar li din tfisser żieda fil-bolla u li allura ħafna mill-membri tiegħu stess mhux se jieħdu wisq pjaċir biha. "Dment li noffru pagi diċenti, li inti tħallas iktar bolla isir investiment fik innifsek" sostna Vella. Dan il-ġurnal fakkru iżda li realment ħadd ma jidhirlu li l-paga tiegħu hija diċenti biżżejjed u staqsieh min se jiddeċiedi x'inhi paga "diċenti" jew le. "Ara, ħadd ma jieħu pjaċir li jrid iħallas iktar, anke jien ingerger kieku togħlieli l-bolla, imma sfortunatament illum qed ngħixu fi żmien fejn il-kultura tat-tfaddil ma teżistix, il-ġenerazzjoni żagħżugħa, tonfoq kull ma taqla jekk mhux aktar." Vella kompla jiġġustifika l-proposta tal-UĦM, li diġà ffaċċjat oppożizzjoni mill- Gvern u l-GWU, billi fakkar kif Malta hija l-uniku pajjiż li għadu ma daħħalx din it-tip ta' pensjoni. "Jeħtieġ intervent dirett mill-Gvern fuqha din, bħalma l-Gvern jintaxxa lin-nies, għalkemm ħadd ma jħobb iħallas taxxa, jeħtieġ li l-Gvern jinkoraġixxi aktar tfaddil għall-futur". Huwa temm jgħid li bil- fatt li mijiet ta' ħaddiema Maltin illum qed jaħdmu fi Brussell, fejn għandhom it-tieni pilastru tal-pensjoni u għalhekk iħallsu aktar bolla, se tkun qed tinħoloq sitwazzjoni aktar inġusta fil-futur bejn pensjonanti li ħadmu Malta u oħrajn li ħadmu Brussell. "Dment li noffru pagi diċenti, li tħallas iktar bolla isir investiment fik in- nifsek" Indħil politiku biex rebħet il-GWU - Josef Vella Meta kien qed ikellem lil dan il-ġurnal dwar il-fatt li l-GWU rebħet ir-rikonoxximent fil- Freeport, is-Segretarju Ġenerali tal-UħM Josef Vella għamilha ċara li filwaqt li l-ħaddiema ħassew li l-union li jmexxi ma kinitx qed tisma' lill- impjegati biżżejjed, huwa żied jgħid li "kien hemm indħil politiku". Meta l-IllUM staqsa min kien indaħal politikament, Vella qal li kienu "nies qrib il- Partit laburista li kienu qed imexxu biex il-GWU tieħu r-recognition fil- Freeport". B'risposta għall-akkuża tas-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb, li f 'intervista li dehret il- Ħadd li għadda fuq din il- gazzetta qal li l-PN jaġevola lill-UĦM, Vella wieġeb li "l-fatt li l-GWU hija qrib il-Partit Laburista hija xi ħaġa innegabbli u storika, il-UĦM twieledet bħala risposta għall-GWU u allura bilfors li ġejja min-naħa l-oħra. Iva, ideoloġikament il-UĦM hija iktar qrib il-PN. Din hija parti mill- istorja wkoll, huwa fatt li l-UĦM hija aktar qrib il- lemin". "Nixtieq lill-PN jaġevola, mqar bin-nofs dak li l-PL aġevola lill-GWU," sostna Vella. Għalkemm irrimarka li hu ma jafx jekk hemmx Membri Parlamentari Laburisti li jgħidu lill- ħaddiema biex jidħlu fil- GWU, sostna li "jekk niġu f 'dan jien naf każ ta' persuna membru li rċieva telefonati mingħand xi ħadd mill-PL li qallu biex jitlaq mill-union għax il-UĦM mhix daru". Vella sostna li dan tant huwa minnu li kien kostrett itella' l-każ quddiem il-Prim Ministru Joseph Muscat, li min-naħa tiegħu wera li ma kienx kuntent b'inċidenti simili u għamel kuntatt mal- ħaddiem b'mod immedjat biex jurih l-appoġġ. "Jiġifieri stejjer bħal dawn ġraw miż- żewġ naħat. Li nista' ngħid huwa li jekk inħarsu lejn dawn l-aħħar erba' snin, il-UĦM għamlet iktar sforz biex issib triq tan-nofs, kien hemm min kien hemm fil- Gvern," sostna Vella. "Jekk se nkomplu b'dan il- mod u bit-tonalità ta' gwerra li kien hemm fl-intervista se nibqgħu 'l bogħod mit-Trade Union Council. Jien nippretendi mhux tonalità ta' gwerra iżda ta' kompetizzjoni fejn il- ħaddiem isarraf id-dritt tal- għazla. Allaħares ikun hawn monopolju trejdunjonistiku! Josef Vella jindirizza l-ħaddiema tal-Freeport