Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898
14 illum | Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 L -avukat Grazio Mercieca hu Malti iżda ilu jgħix Għawdex mill-1985, minn meta żżewweġ. Fil-fatt twieled u tgħammed Bormla u trabba Ħaż-Żabbar, illum missier Deborah, Caroline u Anton u nannu ta' Leah u din tal-aħħar qalhieli b'ċerta kburija. Għal dawn l-aħħar 10 snin, Grezzju, kif jafu kulħadd, ġabar is-sentenzi kollha tal-imħallef Philip Sciberras u lesta l-ewwel volum mit-tlieta li għad iridu joħorġu għal bejgħ bl-isem ta' Massimarji tal-imħallef Philip Sciberras 'Proċeduri Ċivili' Ktieb li ma jgħoddx għal kulħadd, iżda hu għodda għall-avukati u għall-istudenti li jinsabu fil-ħames sena tal- istudji tagħhom li jwassalhom għall-avukati. "Dan il-ktieb hu għodda għall-avukati u studenti tal-liġi," beda biex jgħidli l-avukat Mercieca. Hu speċi ta' dizzjunarju dwar il-liġi u s-sentenzi. Anke jekk f 'Malta m'hawnx duttrina tal-preċedent, jiġifieri sentenza ma torbotx l-oħra, jibqa' fatt li dak li mħallef jiddeċiedi, xorta jġorr influwenza fuq imħallfin ta' warajh. Tant li ħafna mill- avukati jikkwotaw sentenzi tal- passat," qal l-avukat Mercieca. Fil-fatt, matul iż-żminijiet ġieli nkitbu xi kotba dwar sentenzi iżda l-aħħar ġabra kienet tal- imħallef Cremona 70 sena ilu, "Qatt ma nkiteb ktieb li jiġbor is-sentenzi b'mod sistematiku." Grazio Mercieca qalilna li Philip Sciberras hu l-aktar avukat li għandu għarfien tal- ġurisprudenza (sentenzi), "Meta wieħed jara s-senetnzi tiegħu, għandu enċiklopedija." Dan il-ktieb li fih madwar elf paġna u li għalih intużat karta rqiqa apposta biex ma jkunx oħxon wisq, hu speċi ta' dizzjunarju fejn is-sentenzi huma miġbura skont l-alfabett, u hu analitiku fejn fl-aħħar tal-ktieb hemm 5 indiċi. Il-ktieb hu mitbugħ mill-Università ta' Malta u se jintuża għall- istudenti meta jaslu għat-teorija legali fl-aħħar sena tagħhom tal-kors tal-liġi. Mistoqsi kif tħajjar jidħol għal din il-biċċa xogħol, l-avukat Mercieca qal li kien jiġbor dawn is-sentenzi bħala sottomissjonijiet u kien l-imħallef Sciberras li meta ltaqa' miegħu qallu biex jiġborhom fi ktieb. It-tieni volum mistenni jitlesta s-sena li ġejja. Għall-din l-intervista kien hemm preżenti d-disinjatur tal- qoxra Stefan Attard ta' 32 sena li qalilna li hu ried joħloq qoxra li ma tagħmilx għajb lill-portrait tal-imħallef Sciberras tal-pittur Għawdxi, Manuel Farrugia, "Anzi ridt nikkumplimenta l-pittura u fl-istess ħin, għalkemm is-suġġett hu tqil ridt noħroġ disinn li meta persuna jarah f 'librerija, jħajru jmur jarah u jiftħu." illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Għodda ġdida għall-avukati Minn Għawdex joħroġ l-ewwel volum ta' Massimarju tal-Imħallef Philip Sciberras Fil-pittura joħroġ il-karattru ta' kull personalità Iltqajna wkoll mal- pittur u skultur żagħżugħ Għawdxi ta' 26 sena Manuel Farrugia li għalkemm ta' età ferm żagħżugħa, diġà hu famuż immens fejn jidħlu l-portraits u l-arti barokka b'diversi xogħlijiet tiegħu jinsabu fil-knejjes Maltin u Għawdxin u għamel il-portraits tal-arċisqof Cremona li tinsab fil- Katidral tal-Imdina, tal-arċisqof Scicluna, tal-imħallef Sciberras u għadu kif lesta l-portraits tat-tliet ministri li kien hemm f 'Għawdex u li se jitwaħħlu fil-Ministeru ta' Għawdex. Interessanti l-fatt li meta Manuel jiddeċiedi jew iqabbduh jagħmel portrait, l-ewwel jiltaqa' mas- suġġett u joqgħod jitkellem miegħu biex jistudjah, fejn minn għajnejh u l-body language joħroġ il-karattru. Imbagħad jeħodlu ritratt li fih joħroġ il-karattru tiegħu. Għalhekk staqsejtu jgħidli x'karattru ried joħroġ mit- tliet ministri għal Għawdex u mill-Imħallef Sciberras li l-portrait tiegħu filwaqt li se jingħata lill-istess eks imħallef, intuża għall-qoxra tal-ktieb. "Iltqajt mal-imħallef l-Imsida u wara għidtlu jippużali quddiem il-kotba li tant iħobb, iżda meta ġejt biex inpinġih iddeċidejt li nneħħi l-kotba mill-isfond għax jien ridt pittura u mhux ritratt fotografiku. Lill-imħallef ħriġtlu dak il-karattru ta' nofs tbissima għax iħobb jiċċajta b'linji fini u satiriċi u fl-istess ħin ta' ħassieb kbir." Dwar il-ministri, Manuel qalli dan: "Anton Refalo naf li hu persuna li jħobb ħafna, anzi akkanit għal Għawdex u fil-ħarsa ħriġt il-karattru ta' kemm hu akkanit għall-gżira Għawdxija u li hu persuna li jisimgħek." "Anton Tabone hu bniedem smart, twajjeb u jisma' ħafna u anke jekk illum hu barra mill-politika, għadu determinat li jara lil Għawdex aħjar." "Giovanna Debono tidher li hi mara eleganti b'ħarsa enigmatika b'poża li nxebbaħħha mal-istil tal- Mona Lisa." Dwar il-karriera tiegħu, Manuel qalilna li hu studja fl-iskola tal-arti f 'Malta u ħadem mal-artisti Pawlu Carbonaro u ma' Austin Camilleri. Iħoss ukoll li l-arti ħierġa mit-tieni Medju Evu. Ammetta li hu anke jekk minn meta kien tifel kien dejjem ipinġi u jagħmel annimali bil- plastisin qatt ma basar li se jispiċċa jgħix bl-arti u jaqla x'jiekol bl-arti. Iżda xorta għandu ħolma li malli jiżżewweġ lill-għarusa tiegħu li hi avukat, Renata qed jaħseb biex ikompli l-istudju tiegħu fl-Italja. Il-qoxra tal-ktieb Dr Grazio Mercieca Manuel Farrugia quddiem il-portraits tiegħu