Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898
24 illum | Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Ġejt Ittradut u l-Arroganza J. Mifsud fgura Waqt li kont qed naqra il-gazzetta 'Illum' tal- Ħadd 20 ta' Settembru, laqtitni ittra miktuba minn persuna min Ħal-tarxien bit-titlu , 'Ġejt Ittradut.' Din il-persuna tidher li hi urtata għax minkejja li kienet tattendi għall- attivitajiet li kien jorganizza l-Partit Laburista, kienet ukoll tgħin biex tarma t-tinda għal dawn l-attivitajiet, skont hi qalet li ġiet ittraduta għax dak li kienet qed tippretendi li tieħu, ma ġiex mogħti lilha. Jiena ma nafx din il- persuna x'kienet qed tippretendi li tieħu. Tgħid riedet xi ħaġa li ma kellhiex dritt għaliha u għax ma ħaditx dak li xtaqet qed tħoss li ġiet ittraduta? Min kif spiċċat l-ittra tagħha jidher li din il- persuna kienet fil-Forzi Armati għax għamlet appell biex dawk li jħossu li ġew ittraduti bħalha, ipattuha lil dan il-moviment. Tkun ħaġa tajba jekk din il-persuna tgħidilna x'qed tippretendi u x'kien l-ilment li dwaru ħasset li ġiet ttraduta. Għax kif wieħed jista jiġġudika jekk dak li qed tallega din il-persuna huwiex veru jew le? Jiena wkoll kont fil-Forzi Armati u naf b'diversi persuni li kienu japprofittaw ruħhom min xi sitwazzjoni li jkunu sabu ruħhom fiha minħabba li jkunu abbuzaw waqt dmirijiethom u minkejja dan, flok tkeċċew, inżammu fl-impieg. Kien hemm fosthom li flok approfittaw ruħhom u rranġaw dak li kienu għamlu ħazin, approfittaw mis- sitwazzjoni u skartaw minn dmirijiethom u issa qed jippretendu li jingħataw kumpens għan-nuqqasijiet tagħhom. Nispera li din il-persuna mhix xi waħda min dawn. Nittama wkoll li jekk din il-persuna għandha ftit tal- kuraġġ, tilqa' l-isfida tiegħi u tgħid x'kien il-każ li qed tallega li ġiet ittraduta fuqu, biex dawk kollha li jafuha jkunu jistgħu jiġġudikaw jekk din il-persuna ġietx ittraduta hi, bħalma qed tgħid, jew hux qed tipprova tittradixxi hija biex takkwista dak li m'għandix dritt għalih. Persuni ta' din il-kwalità jkunu jidhru li mhux veru huma Laburisti, imma persuni opportunisti li għax ma ħadux dak li riedu, ċaħħdu kull prinċipju li kienu jgħidu li jemmnu fih. Dawn it-tip ta' persuni aktar jixirqilhom it-titlu ta' pinnuri, għax iduru ma kull riħ. Min kif spiċċat l-ittra tagħha, jidher ċar daqs il-kristall, li l-unika skop li għandha hu li tqarraq bil- qarrejja ta' din il-gazzetta. "It-Talkies" jagħlaq 88 Sena Vince WilliaMs Paola KIen filgħaxija ta' nhar il-Ħamis 6 ta' Ottubru 1927 li ġie muri l-ewwel film mitkellem 'the Jazz Singer' fit-teatru "Warner's" ta' new York, fl-Istati Uniti tal-amerika. Għalhekk, din is-sena t-talkies jagħlaq 88 sena. Dan ġie wara diversi snin ta' esperimenti kemm fl-Amerika kif ukoll f 'pajjiżi fl-Ewropa biex l-atturi fil-films silenzjużi jinstemgħu jitkellmu minn fuq il-liżar taċ-ċinema. Il-Warner Brothers Vitaphone Corporation flimkien mal-Western Electric skoprew sistema ta' ħoss fejn l-atturi setgħu jinstemgħu jitkellmu. Din is-sistema kien jisima 'Vitaphone'. L-attur ewlieni fl-ewwel film mitkellem kien il-kantant leġġendarju ta' Broadway Al Jolson, li permezz tal-kliem spontanju li esklama waqt il-ġbid tax-xena, fejn kanta l-kanzunetta 'Toot, Toot, Tootsie Goodbye' li kanta bid-dinamiżmu u enerġija tas- soltu tiegħ, diffen għal dejjem il-film mutu u welled il-film talkies. Minkejja dan, il-film 'The Jazz Singer' ma kienx kollu mitkellem għax il-qalba minn films silenzjużi għal dawk talkies kellha diversi problemi u diffikultajiet. L-industrija tal-films tqis 'The Jazz Singer' bħala l-ewwel film mitkellem għax fih, għall-ewwel darba nstema' djalogar min attur ġej mill- liżar taċ-ċinema. Għalhekk bix-xieraq li s-6 ta' Ottubru jkun meqjus bħala 'Jum it-Talkies'. Biex dan l-avveniment storiku u importanti fl- industrija taċ-ċinema jkun imfakkar, il-fergħa lokali tas-Socjetà Internazzjonali Al Jolson sat-12 ta' Ottubru 2015 qed itella' wirja interessanti dwar l-ewwel film mitkellem. Din il-wirja tinsab fl- entratura tal-kumpless taċ- ċinema li jinsab fi Triq Ħaż- Żabbar, il-Fgura, fejn tkun għall-wiri l-ġurnata kollha u fejn id-dħul hu bla ħlas. Poster tal-ewwel film mitkellem Nhar il-Ħamis 6 ta' Ottubru 1927 waqt l-ewwel wirja tal-film 'The Jazz Singer' l-ewwel film mitkellem Inġabru €202,855 fil-Maratona Missjoni 2015 dun ĠWann farruĠia fundatur u direttur fondazzJoni u Il-FOndazzJOnI U Xandir Soċjo-Reliġjuż, bi pjaċir tixtieq tħabbar li s-somma miġbura marbuta mal-Maratona Settembru 2015 kienet ta' €202,855, kif dehret ukoll f 'għeluq il-maratona fit-13 ta' Settembru. Il-poplu Malti, għal darba oħra, kien ġeneruż minkejja l-ħafna maratoni li qegħdin isiru għall-kawżi differenti. Jidher biċ-ċar li l-Maltin u l-Għawxin fehmu l-proġetti fil-missjoni tal-Fondazzjoni U u rrispondew tajjeb ħafna sabiex dawn jitwettqu. Għalhekk qegħdin nerġaw infakkru għalxiex ġbarna. Aħna ġbarna sabiex jinxtara mammogram fi sptar fil- Ghana, sabiex jinxtraw Life Saver Jerry Cans għal diversi familji fil-kuntatt tas-sorijiet tal-Karità fil-Kamerun, Ċad u l-Afrika Ċentrali, sabiex jinxtraw generators fi tliet skejjel u żewġ kliniċi li jieħdu ħsieb is-sorijiet tal-Karità fil-Pakistan u sabiex jinxtraw numru ta' idejn artifiċjali għal persuni affetwati bil- lebbra. Fix-xhur li ġejjin, il- Fondazzjoni U se tkompli tipprovdi aktar tagħrif dwar fejn qegħdin jitqassmu l-flus miġbura mill- maratoni. Aktar dettalji jkunu pubblikati b'mod regolari fil-paġna tagħna fuq Facebook (facebook.com/ fondazzjoniu). Fl-aħħar u mhux l-anqas, il-Fondazzjoni U tixtieq tirringrazzja lil kull kumpanija li offriet sponsor fil-fuljett tal-missjoni, lil kull kumpanija li offriet premijiet għal waqt il-maratona, lil kull kumpanija li offriet donazzjonijiet, lill-voluntiera kollha u lil kull min għen biex il-maratona Settembru 2015 issir realtà. B'mod speċjali nirringrazzjaw lil kull min bagħat donazzjoni bil- posta u ħa sehem fil-lotterija missjoni, lil kull min ċempel jew bagħat SMS jew tana donazzjoni online marbuta mal-maratona u lil kull min tana l-pledges favur wieħed mill-erba' proġetti li kellna. Bħal dejjem, aħna nitolbu għal kull min għena b'xi mod jew ieħor. Grazzi mill-qalb!