Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898
Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 | illum 37 SportSillum "Pembroke Athleta mal-ewwel sar il-familja tiegħi" - Austin Martz Il-plejer ta' pembroke Athleta, Austin Martz, rebaħ l-unur tal-BOV plejer tax-Xahar għal Awwissu. pembroke Athleta kellhom bidu tal-ħolm f 'dan l-istaġun b'rebħa ta' 2-1 fuq Qormi fl-ewwel logħba u komplew b'rebħa drammatika ta' 4-3 fuq St Andrews biex telgħu fil-quċċata tal-klassifika BOV premier. Fil-logħba kontra St Andrews, il-winger Amerikan beda b'saħħtu ħafna. Wara żewġ minuti, rċieva pass mingħand Bardsley u daħal fuq il-lemin fejn għeleb lill- goalkeeper ta' St Andrews, Daniel Rossetti, permezz ta' xutt fil-baxx. Fid-19-il minuta, Martz approfitta bis-sħiħ minn indeċiżjoni fid-difiża ta' St Andrews, biex irreġistra doppjetta personali f 'din il-logħba. Norman Bonello, maniġer tal-fergħa tal-BOV tal- Ibraġġ, ippreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Awwissu 2015 lil Austin Martz, liema plejer għażel lill-iskola San Miguel biex tibbenefika mid- donazzjoni marbuta ma' dan l-unur. Intant, dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' dan il-plejer immedjatament wara li tħabbar li huwa kien rebaħ dan l-unur, fejn tana dawn il-kummenti, rigward x'fisser għalih dan l-unur personali: "Kien unur u barka kbira għalija l-fatt li rbaħt l-unur prestiġjuż tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Awwissu. Nirringrazzja 'l Alla għall- fatt li ma stajtx nibda b'mod aħjar il-karriera professjonali tiegħi fil- futbol. Madankollu, l-aktar ħaġa importanti mhuwiex jien innifsi, iżda li t-tim tiegħi ta' Pembroke Athleta beda b'żewġ rebħiet fil- Kampjonat BOV Premier li fih kien qed jiddebutta matul dan l-istaġun. Mingħajr sħabi l-plejers u l-isforzi kollha tagħhom, dan l-unur kien ikun wieħed impossibli biex nirbħu. Sa minn meta irfist fuq Malta madwar xahar u ftit ġimgħat ilu, il-komunità ta' Pembroke laqagħtni u addottatni bħala t-tifel tagħha. Il-president Alex Calleja, it-team manager Jason Vella, il-kowċ Winston Muscat, sħabi l-plejers u l-partitarji kollha ta' Pembroke Athleta kollha ġegħluni nħossni ġewwa dari u ssaportjat b'mod enormi. Nittama li nibqa' nilgħab tajjeb ma' dan it-tim u jien naċċerta lil kulħadd, speċjalment lill-partitarji ta' Pembroke Athleta, li jien dejjem se npoġġi l-ewwel lit-tim tiegħi. Nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li huma mal- ewwel saru l-familja tiegħi. Jalla l-affarijiet ikomplu sejrin b'dan il-mod, kemm għalija kif ukoll għat-tim ta' Pembroke Athleta," temm jgħid Austin Martz. Austin Martz, jippoża bit-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Awwissu. Ritratt : Bank of Valletta L-MWA torganizza l-Kompetizzjoni Annwali għall-klabbs NhAr il-Ħadd 20 ta Settembru, l-Għaqda Maltija tal-Weightlifting (MWA), organizzat il- kompetizzjoni annwali għall-klabbs fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Il-Cottonera High Performance Centre, li huwa l-bażi għall-isport tal-weightlifting f 'Malta rnexxielu jiżgura l-ewwel post għal darb'oħra. Dan fisser li r-rebbieħa ta' dan l-avveniment kienu Cottonera HPC fl-ewwel post b'1363 punt, segwiti minn The Pit, CrossFit 356 u t-tim tal-Università Degree Plus. Kienet kompetizzjoni sabiħa għall-ispettaturi imma wkoll waħda għall- futur tal-isport fuq il- gżejjer Maltin. L-atleti kollha rreġistraw l-aħjar riżultati personali kif ukoll tliet rekords nazzjonali ġodda. Dawn ir-riżultati pożittivi mill-atleti huma l-frott tal-kamp ta' taħriġ intensiv li ġir organizzat f 'Malta u tmexxa minn Tamas Fehér f 'Malta ftit tal-ġimgħat ilu bl- għajnuna tal-Federazzjoni Internazzjonali tal- Weightlifting. L-ewwel kompetizzjoni tal-ġurnata kienet għall- Kategorija tal-Kadetti fejn l-atleti li ħadu sehem taw prestazzjoni tajba permezz tat-tentattivi tagħhom u teknika tajba li wrew waqt dan il-logħob. It-tieni kompetizzjoni għall-atleti nisa kienet iddominata minn The Pit, fejn iż-żewġ atleti ġodda fix-xena tal-weightlifting lokali, Kirsten Borg u Yazmin Zammit Stevens, taw prestazzjoni tajba u kisbu riżultati sodisfaċenti. Fit-tielet u l-aħħar kompetizzjoni rajna fl- azzjoni wħud mill-aqwa weightlifters preżenti lokalment flimkien ma' atleti oħra li għandhom potenzjal tajjeb. F'din il-kompetizzjoni, l-atleti kollha li ħadu sehem tejbu ħafna r-riżultati preċedenti tagħhom. Sean Cutajar irnexxielu jikseb 162 punt, waqt li Andy Grech kiseb 214-il punt. F'din il-kompetizzjoni, rajna wkoll riżultati ferm tajbin minn atleti bħal Martin Pisani b'irfigħ totali ta' 239 kilo, Matthew Camilleri b'217-il kilo u Anton Micallef b'189 kilo. Għal dawn l-atleti, fost l-oħrajn din il- kompetizzjoni serviet bħala preparazzjoni finali għall-kompetizzjonijiet internazzjonali li se jsiru matul ix-xahar id-dieħel fis-Serbja u l-Iżvizzera, rispettivament. Kieran Mifsud, li għadu kemm irritorna mil- Logħob tal-Commonwealth Youth ġewwa Samoa fejn hemm kiseb ir-raba' post u stabilixxa sitt rekords nazzjonali fil-kategorija tal-94kg, kompla bil- prestazzjonijiet tajba tiegħu u baqa' jtejjeb il-livell billi stabbilixxa żewġ rekords nazzjonali oħra kemm fil- youths, kif ukoll fil-juniors. L-aħħar atleta li kien fix- xena f 'din il-kompetizzjoni kien Rodmar Pulis, li ta prestazzjoni mill-aqwa. Din il-prestazzjoni ta' livell għoli kienet frott ta' taħriġ intensiv l ppermettiet lill- istess Pulis jistabilixxi total impressjonanti ta' 245kg. Matul ix-xahar li ġej, kemm Rodmar Pulis kif ukoll Kieran Mifsud se jkunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-Kampjonat Ewropew tal-Juniors tal- Weightlifting, li se jsir fil- Litwanja. Ritratt : Malta Weightlifting Association (MWA) Cottonera HPC jirċievu t-trofew wara li rebħu l-Kompetizzjoni Annwali għall-Klabbs