Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898
Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 | illum 17 iva…imma le għat-theddid' bħal dawn, l-inkwiet tistennih u l-problema tas-sigurtà f 'Paceville qatt ma ġiet indirizzata sewwa u għaldaqstant huwa importanti li apparti li jkun hemm aktar uffiċjali jagħmlu r-ronda, huma jkunu lebsin ilbies addattat," huwa tenna. Madankollu, huwa jsostni li s-soluzzjoni għall-ġlied u s-sitwazzjoni mwiegħra f 'Paceville mhix sempliċiment żieda fil-pulizija. Kuntrarjament, huwa jispjega kif trid tiġi implimentata strateġija ħolistika hekk kif il-pulizija li għandhom ċertu abbilità jistgħu jiġu stazzjonati f 'Paceville. Instadditlek il-kanna? Ċempel lill- pulizija Mal-ILLUM, l-Ispettur Camilleri jistqarr kif uġigħ ta' ras oħra hija li l-pulizija, speċjalment dawk tal- għassa, huma miżgħuda b'xogħol żejjed li ma jaqax taħt il-kompitù tagħhom hekk kif f 'bosta każijiet, ċertu persuni jirrikorru għas-servizzi tal-pulizija. Camilleri jsemmi kif mhux l-ewwel darba li persuna tappella għall- għajnuna tal-pulizija għax tkun instadditilha xi kanna, jew għax tkun isakkret barra mid-dar, jew sabiex tinqralhom ittra. Minkejja li każijiet bħal dawn iqanqlu daqsxejn ta' tbissima u forsi sentiment ta' stagħġib, Camilleri jsostni kif dawn huma sitwazzjonijiet li l-pulizija taffaċċja kuljum. "Ir-realtà hi li ammont kbir ta' xogħol mhux dominju tal-pulizija, inkluż dak ta' natura ċivili. Kull darba li persuna tagħmel rapport fuq manteniment, nuqqas ta' aċċess ta' tfal u kwalunkwe każ ċivili ieħor, il-pulizija xorta trid tinvestiga u titla' tixhed xorta waħda," huwa qal. Bl-istess mod, il-President tal- POU spjega kif f 'każijiet bħal dawn, inkluż f 'każijiet ta' libelli kriminali, il-pulizija jiġu użati biss sabiex jiġu frankati l-ispejjeż tal-avukati. F'każijiet oħrajn, speċjalment dawk li jinvolvu argumenti tal-familja, il- pulizija jkun mistenni jaqdi l-irwol ta' counselor, filwaqt li f 'każijiet oħrajn, isaqsuh għall-parir legali. 'Il-barranin jidħku bina' Intant, Camilleri aċċenna li Malta huwa wieħed mill-ftit pajjiżi fejn il-pulizija tmexxi l-prosekuzzjoni quddiem il-Qorti. L-Ispettur spjega li lil hinn mix-xogħol voluminuż li għandu pulizija, huwa mhux preparat biżżejjed biex joħroġ b'argumenti legali bħal mhu kapaċi avukat wara snin ta' studju. "Il-pulizija f 'Malta jrid jinvestiga, joħroġ l-akkużi, imexxi l-prosekuzzjoni. Meta ngħidu dan lil barranin, jidħqu bina, kull meta mmorru barra minn Malta u ngħidulhom jibqgħu mistagħġba. Xogħol il-pulizija għandu jkun biss li jagħmel l-investigazzjoni, jgħaddiha lill-prosekutur avukat, u imbagħad jitla' jixhed fil-Qorti," huwa spjega. Bl-istess mod, huwa jispjega li d-differenza bejn il-pulizija Maltija u dik barranija tidher ukoll fit-taħriġ li jingħataw hekk kif filwaqt li barra minn Malta, pulizija jiġi offrut taħriġ kontinwu sabiex jibqa' aġġornat kontinwament, f 'Malta din ma sseħħx u li ġeneralment, l-uffiċjali tal-pulizija nniffsu jrid jieħu din l-inizzjattiva. 'Aħna m'aħniex għadu, imma mhux se nieqfu' Mistoqsi fuq ir-relazzjoni bejn il-Police Officers Union u l-Korp tal- Pulizija, Camilleri jtenni kif fil-bidu, il-Korp "ħa xokk kulturali" u li sa issa, għadha ma daħlitx il-mentalità li l-union hija waħda mill-partijiet soċjali f 'dan il-qasam, u mhux għadu. "Sfortunament, il-union qed tiġi assoċjata politikament, imma dan mhux vera. Il-Union qiegħda hemm għall-pulizija kollha, irrispetivament mil-kulur politiku. Il-Union qed taqla' fuq rasha għax qed tmur għand il-mezzi tax-xandir bil-filmati, iżda minkejja dan, m'aħniex se nieqfu u se nkomplu nuru lill-poplu Malti," Camilleri jsostni. Aktar minn hekk, Camilleri jtenni li hu ħa jibqa' riżolut u li mhux ħa jħalli inċidenti bħal dawn jaqtawlu qalbu. "Il-pulizija huwa parti mis-soċjetà u huwa parti integrali għax grazzi għalih, Malta huwa wieħed mill- aktar pajjiż sikuri, iżda madankollu l-pulizija Maltin xorta jibqgħu jħossuhom imbeżżgħin." "Lill-poplu qed niftħulu għajnejh. Minn mindu twaqqafna, l-pulizija u l-pubbliku inġenerali qed iċemplulna kontinwament, il-poplu għandu fiduċja fina," l-Ispettur kompla jgħid. Il-President tal-Police Officers Union (POU), l-Ispettur Sandro Camilleri Ritratt: Chris Mangion "Il-pulizija mbeżżgħin, u mhux dawk f 'Paceville biss, iżda b'mod inġenerali"