Illum previous editions

ILLUM 27 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 39

Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 | illum 29 Sforz kollaborattiv bejn il-Bank of Valletta u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija Il-Bank of Valletta ngħaqad mal-kamra tal-kummerċ Għawdxija biex jorganizza seminar ta' nofstanhar iffukat biex jipprovdi lill-komunità kummerċjali Għawdxija b'ħarsa ġenerali lejn id- dinja tal-finanzjament tal- kummerċ internazzjonali. Is-Seminar sar fil-fergħa tal-Bank fir-Rabat, Għawdex. Fl-indirizz tal-ftuħ tiegħu, is-Sur Alfred Attard, Chief Officer tal-SME Finance, spjega kif il-Bank of Valletta investa fil- kompetenza esperta tan- nies tiegħu f 'dan il-qasam bankarju li jeħtieġ snin ta' esperjenza u għarfien sod tal-strumenti disponibbli, il-parteċipanti differenti involuti fit-tranżazzjonijiet u r-riskji assoċjati mat-twettiq ta' dan in- negozju. "Dan is-Seminar jaqbel perfettament mal-istrateġija tal- Bank li japprofondixxi r-relazzjonijiet mal- klijenti u joffrilhom valur miżjud. In-nies tagħna qed ipoġġu s-snin ta' esperjenza tagħhom u l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom għad- dispożizzjoni tal-klijenti tal-bank bil-għan li jipprovduhom bl-aqwa soluzzjonijiet bankarji possibbli. Sadanittant, dawn l-inizjattivi jippermettulna nikkomunikaw b'mod regolari mal-parteċipanti fin-negozju, inżommuhom aġġornati b'xejriet u leġiżlazzjonijiet rilevanti, filwaqt li ngħinuhom itejbu l-mod kif jagħmlu n-negozju tagħhom," kompla jżid is-Sur Attard. Il-preżentazzjonijiet saru mis-Sur Carmel Borg u mis-Sur Mario Darmanin, żewġ uffiċjali għolja fit- Trade Finance Centre tal- BOV. Flimkien għandhom kważi 50 sena ta' esperjenza fis-settur tal-finanzjament tal-kummerċ, kif ukoll għandhom għarfien sod tal-firxa wiesgħa tas-swieq u tal-miżuri li wieħed għandu jieħu meta jopera f 'dan ix-xenarju. Matul il-preżentazzjonijiet tagħhom, huma daħlu fil-fond fir-riskji involuti, b'mod partikolari dawk relatati mal-kummerċ transkonfinali, u l-miżuri disponibbli biex dawn jiġu mitigati. "Fil-Bank of Valletta, aħna bnejna reputazzjoni li lesti niggwidaw lill- klijenti tagħna f 'kull pass tal-operat kummerċjali tagħhom. Aħna għandna għarfien sħiħ tad-dinja tal- finanzjament tal-kummerċ, u ninvestu l-ħin u r-riżorsi biex ngħinu lill-klijenti tagħna, filwaqt li niżguraw li huma jifhmu l-proċedura kollha," qal is-Sur Borg. Meta kkummenta dwar is-suċċess tas-Seminar, is-Sur Michael Grech, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għall-attendenza u rringrazzja lill-Bank of Valletta għal din l-inizjattiva li ttieħdet. "Hija prijorità tal-Kamra tal-Kummerċ li tgħin lill- komunità kummerċjali f 'Għawdex billi tipprovdi lill-membri tagħna bl- għarfien u bl-għodod disponibbli biex jespandu l-orizzonti tagħhom." B'segwitu għar-reazzjoni inkoraġġanti għal dan is- Seminar, il-Bank of Valletta se jissieħeb mal-Kamra Maltija tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija biex jorganizza avveniment ieħor fil-BOV Centre ta' Santa Venera fid-9 ta' Ottubru. Parteċipanti fis-seminar organizzat mill-BOV u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija Jitħabbar ir-rebbieħ tal-Bravo Big Bonus minn RAUCH WaRa għadd ta' kampanji promozzjonali ta' suċċess matul dawn l-aħħar snin biex tippromwovi x-xarbiet tagħha, il- kumpanija rinomata internazzjonalment RaUCH temmet il-kampanja ta' din is-sena bl-għoti ta' premju ta' €3000 fi flus. Matul ix-xhur tas-sajf, Schembri Import Export Ltd, ir-rappreżentanti ta' RAUCH f 'Malta, u d-distributuri lokali tal-prodotti popolari Happy Day, Bravo, IceT u Yippy, stiednu lill- pubbliku jieħu sehem fil-"Bravo Big Bonus €3000 Cash Prize" permezz ta' SMS, fejn aktar minn 67,000 ruħ żaru il-websajt ta' din il-kompetizzjoni. Ir-rebbieħ tal- premju tat-€3000, Luke Silvio minn Bormla, intagħżel fil-preżenza ta' nutar pubbliku, u wieġeb b'mod korrett għal mistoqsija dwar il- prodotti RAUCH. F'isem RAUCH, Schembri Import Export Ltd tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw fil-promozzjonijiet varji li saru matul dawn l-aħħar xhur, kif ukoll li dawk kollha li ħadu sehem fil-kompetizzjoni "Bravo Big Bonus €3000 Cash Prize". Luke Silvio (lemin), ir-rebbieħ tal-"Bravo Big Bonus €3000 cash prize"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 ta' Settembru 2015