Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898
Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 | illum 39 SportSillum tan-nazzjonal ta' taħt id-19-il sena irnexxieli nsib ix-xibka propju fit-82 minuta. Dan jibqa' l-aktar gowl għal qalbi u l-isbaħ wieħed li skorjajt sa issa bil-flokk ta' Mosta. Fil-fatt il-ferħ tiegħi wara dan il-gowl kien wieħed ferm evidenti u li jiżboq kull diżappunt li kelli sa issa fil-karriera tal-futbol. Tul il-medda tas-snin, x'sapport sibt minn familjari u sħabek bl-iktar fosthom naf li hija ommok, Marvin? Sa minn meta kont tifel żgħir fin- nursery ta' Mosta, ommi Marvin, fost oħrajn dejjem issapportjatni bis- sħiħ u nkoraġġietni biex inkompli miexi fil-karriera tal-futbol. Hija qatt ma tfalli logħba waħda ta' Mosta, fejn tiġi tarani u ssegwini ferm mill-qrib. Wara l-gowl mill- isbaħ li skorjajt ftit tal-ġimgħat ilu kontra Floriana, hija qaltli li l-ferħ tagħha kien wieħed tabilħaqq indeskrivibbli! F'Ġunju li għadda int kont nominat għall-unur tal-Best Youth League Player waqt is-serata finali tal-MFA Awards. Dan x'fisser għalik? Kont diġà ferm onorat li nkun fil-lista mal-aħħar 3 biex nirbaħ l-unur prestiġjuż tal-Best Youth League Player, waqt l-aħħar edizzjoni tal-unuri tal-MFA. Kont naf li kienet se tkun diffiċli għalija li nirbaħ dan l-unur minħabba li kemm Jurgen Degabriele li finalment spiċċa biex rebaħ dan l-unur kif ukol Llywelyn Cremona kellhom kampjonat mill- aqwa ma' Hibernians u Valletta rispettivament. X'tikkummenta fuq il-bidu tal- Kampjonat li kellkom sa issa bħala Mosta u kif qed tħares lejn il-futur ta' dan it-tim? Sa issa kellna bidu ferm tajjeb u nkoraġġanti u nemmen li taħt il-gwida mill-aqwa tal-kowċ bravu tagħna Ivan Zammit, għad naslu biex ikollna kampjonat ferm tajjeb, u fl-aħħar tal-istaġun niksbu pożizzjoni tajba fil-klassifika. Nemmen li se jkollna kampjonat ferm aħjar minn dak tal-istaġun li għadda, fejn iddiżappuntajna bis- sħiħ. Kif għenek u għadu qed jgħinek il-kowċ tat-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena kif ukoll ta' taħt il-21 sena, Silvio Vella? Silvio Vella bħall-kowċis Steve D'Amato, Danilo Doncic u Ivan Zammit, dejjem emmen fil-potenzjal u l-kalibru tiegħi u mill-esperjenza wiesa' tiegħu fil-futbol, dejjem tani pariri ferm siewja biex inkompli navvanza fil-karriera tiegħi tal- futbol. Il-ħolma tiegħi hija dik li nibqa' miexi 'l quddiem bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti u xi darba nilbes il-flokk tat-tim nazzjonali Malti tal-kbar. X'sagrifiċċji partikolari tinvolvi l-ħajja ta' futboler? Is-sagrifiċċji li jinvolvi l-futbol issa drajthom u m'għadnix insibha diffiċli li xi drabi ma noħroġx ma' sħabi nhar ta' Ġimgħa jew Sibt filgħaxija għax l-għada jkollna l-logħob. Għaddi messaġġ lil żgħażagħ bħalek li jixtiequ jagħmlu karriera fil- futbol. Ninkoraġġihom biex jieħdu l-futbol bis-serjetà, għax dan verament jista' jgħinek biex tgħix ħajja ferm aħjar u aktar sana. "L-esperjenza tiegħi mat-tim ta' Lecce kienet waħda brillanti." "Is-sagrifiċċji li jinvolvi l-futbol issa drajthom u m'għadnix insibha diffiċli li ma noħroġx ma' sħabi għax l-għada jkollna l-logħob."