Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898
Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 | illum 33 SPORTSillum ISSEWWIEQ fenomenu Spanjol Marc Marquez fuq Honda, rebaħ il-pole position ta' MotorLand Aragon fi Spanja, għalkemm kraxxja lejn l-aħħar ta' din il-pole, hekk kif prova jtejjeb il-ħin tiegħu aktar milli fil-fatt kien. Huwa rreġistra ħin ta' 1:46.635 biex kiseb il-pole, u fit-tentattiv li jikseb ħin aħjar minn dan, huwa dar ħażin fl-ewwel dawra taċ-ċirkwit, biex effettivament, spiċċa biex waqa' fit-tieni dawra, għalkemm seta' jqum u jimxi mingħajr ebda diffikultà, u fortunatament għalih mingħajr ma sofra l-ebda injury. Dan il-ħin li kiseb Marc Marqez f 'din il-pole position spiċċa biex kien wieħed imbattibbli, hekk kif is-sewwieq Spanjol Jorge Lorenzo, seta' biss jikseb it-tieni l-aħjar ħin, għalkemm spiċċa biss ftit frazzjonijiet ta' sekonda wara sieħbu fuq Honda. Tajjeb ngħidu li dan iċ-ċirkwit dejjem kien wieħed mill-aktar favoriti għal dan id-duo ta' sewwieqa Spanjoli ta' Honda, u lbieraħ ma kinitx eċċezzjoni. Dan jawgura tajjeb għalihom għal Moto GP li se jkun qed isir illum f 'dan l-istess ċirkwit fi Spanja. Is-sewwieq Taljan Andrea Iannone, għalkemm kien qed isofri minn injury fi spalltu, illum se jkun qed jibda mit-tielet post tal- gradwatorja, waqt li fir- raba' post se jkun qed jibda s-sewwieq fuq mutur Tech 3, Pol Espargaro. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is- sewwieqa rispettivi tal- Moto GP fiċ-ċirkwit ta' MotoLand Aragon fi Spanja, flimkien mal-ħin li huma rnexxielhom jirreġistraw fil- pole position li saret ilbieraħ fuq l-istess ċirkwit: Rosberg jikseb il-pole tal-Ġappun u Kvyat jeħlisha ħa f minn inċident ikrah ISSEWWIEQ Ġermaniż ta' Mercedes Nico Rosberg, irnexxielu jikseb il-pole position fiċ-ċirkwit ta' Suzuka fil-Ġappun fejn għeleb l-isfida ta' sieħbu fuq l-istess karozza iżda rivali kbir tiegħu, Lewis Hamilton, li qed igawdi vantaġġ ta' xejn inqas minn 41 punt fuq Nico Rosberg, u li llum se jkun qed jibda mit-tieni post tal- gradwatorja. Is-sewwieq ta' Williams, Valtteri Bottas se jkun qed jibda mit-tielet post, waqt li s-sewwieq Ġermaniż ta' Ferrari u rebbieħ ta' erba' Kampjonati konsekuttivi tal- F1 ma' Red Bull, Sebastian Vettel, iddiżappunta kemmxejn hekk kif illum se jkun qed jibda biss mir-raba' post tal-gradwatorja. Iżda l-aħbar li għamlet il-headlines f 'din il-pole position fil-Ġappun, m'hemmx dubju li kienet dik li s-sewwieq ta' Red Bull, Daniil Kvyat, ħelisha ħafif minn inċident ikrah li seta' kellu konsegwenzi ferm koroh. Intant, dawn huma l-pożizzjonijiet li minnhom se jkunu qed jibew illum is-sewwieqa rispettivi tal- Formula 1 fiċ-ċirkwit ta' Suzuka fil-Ġappun: Sewwieq Tim Ħin 1. N. Rosberg Mercedes 01:32.584 2. L. Hamilton Mercedes 01:32.660 3. V. Bottas Williams 01:33.024 4. S. Vettel Ferrari 01:33.245 5. F. Massa Williams 01:33.337 6. K. Raikkonen Ferrari 01:33.347 7. D. Ricciardo Red Bull 01:33.497 8. R. Grosjean Lotus 01:33.967 9. S. Perez Force India no time 10. D. Kvyat Red Bull no time 11. N. Hulkenberg Force India 01:34.390 12. C. Sainz Jr. Toro Rosso 01:34.453 13. P. Maldonado Lotus 01:34.497 14. F. Alonso McLaren 01:34.785 15. M. Verstappen Toro Rosso no time 16. J. Button McLaren 01:35.664 17. M. Ericsson Sauber 01:35.673 18. F. Nasr Sauber 01:35.760 19. W. Stevens Manor 01:38.783 20. A. Rossi Manor 01:47.114 Is-sewwieq ta' Mercedes Nico Rosberg -azzjoni Il-karozza Red Bull ta' Danili Kvyat tittella' minn krejn wara inċident ikrah li h kien involut l-istess sewwieq Russu u li seta' kellu konsegwenzi ferm koroh Marc Marquez iwaqqaf rekord ġdid u jikseb il-pole ta' Aragon fi Spanja Marc Marquez fuq mutur Honda ċ-ċirkwit ta' MotoLand f 'Aragon, Spanja Poż. Sewwieq Tim Ħin 1. M. Marquez Repsol Honda 01:46.635 2. J. Lorenzo Yamaha 01:46.743 3. A. Iannone Ducati 01:47.178 4. P. Espargaro Tech 3 01:47.334 5. D. Pedrosa Repsol Honda 01:47.357 6. V. Rossi Yamaha 01:47.492 7. A. Espargaro Suzuki 01:47.573 8. C. Crutchlow LCR 01:47.574 9. D. Petrucci Pramac 01:47.775 10. B. Smith Tech 3 01:47.830 11. Y. Hernandez Pramac 01:48.556 12. M. Vinales Suzuki 01:48.648