Illum previous editions

ILLUM 27 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 39

Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 | illum 3 %"-8"25 100 miljun fqir fl-Unjoni Ewropea sal-2020 Fid-djalogu tagħha quddiem l-assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda, il-President ta' Malta Marie louise Coleiro Preca appellat lill-istati membri sabiex irażżnu l-industrija tal-armi biex jindirizzaw il-problema tal- faqar bis-serjetà. Fid-diskors tagħha, il- President ta' Malta appellat lill-pajjiżi tan-Nazzjonijiet Uniti biex jieħdu azzjoni urġenti kontra l-faqar fid-dinja, hekk kif skont hi, l-faqar "mhux kwistjoni ta' individwu, familja, jew għażla ta' komunità, iżda problema kawża ta' inġustizzji politiċi, soċjali, u ekonomiċi." Hija sostiet li fl-Unjoni Ewropea, l-ammont ta' nies maqbuda fil-faqar se tilħaq il-mitt miljun sas-sena 2020. B'dan il-mod, il-President spjegat kif il-faqar qiegħed kullimkien, u li hekk kif il-figuri tal-faqar fl-Unjoni Ewropea huma xokkanti, wieħed allura jitħasseb sew fuq il-figuri ta' faqar li qed jaħkmu kontinenti bħall-Afrika u kontinenti oħra. Coleiro Preca spjegat kif ir- riżorsi tad-dinja huma biżżejjed biex jitimgħu u jipprovdu kenn u għajxien lil 12-il biljun persuna u li għaldaqstant hemm xi ħaġa ħażina li f 'dinja b'popolazzjoni ta' seba' biljun ruħ għad hawn daqshekk nies ibatu minn faqar u ġuħ. Il-President appellat lill-istati sabiex jagħtu importanza ikbar għal miżuri ta' edukazzjoni, u politiki inklussivi u li jintegraw dawk li qed jiġu esklużi mis- soċjetaijiet. Saħqet li hemm bżonn ta' investiment ikbar f 'edukazzjoni li tindirizza l-bżonnijiet ta' kulħadd, politiki għal żvilupp b'saħħtu tal-komunità u kura tas-saħħa diċenti għal kulħadd. Il-President appellat lill-pajjiżi tan-Nazzjonijiet Uniti, l-iktar dawk li jagħmlu parti minn blokok ta' poter, biex ibiddlu l-politiki ekonomiċi u agrarji tagħhom li tant qed jagħmlu ħsara għall-iżvilupp fl-Afrika u kontinenti oħra. Tvara l-kampanja HE for SHE il-PresideNt ta' Malta, Marie-louise Coleiro Preca dalgħodu varat l-kampanja He for she f 'laqgħa mad- deputat direttur eżekuttiv tal-un Women lakshmi Puri. F'Malta din il- kampanja se tiġi varata mill- Fondazzjoni tal-President għall-ġid tas-soċjetà waqt in-Notte Bianca fit-2 ta' ottubru li ġej. Il-kampanja He for She, hija inizjattiva tal-Ġnus Magħquda mmirata li tindirizza l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel, il-minoranzi tal-ġeneru u l-isterjotipi tal- ġeneru. Għal din il-kampanja, il-Ġnus Magħquda għażlet għaxar Kapijiet ta' Stat minn madwar id-dinja, fosthom lill-President ta' Malta, bħala l-Kapijiet ta' Stat li se jmexxu 'l quddiem it-temi ta' din il-kampanja. Mill-għaxar Kapijiet ta' Stat, il-President Coleiro Preca hija l-unika Kap ta' Stat mara magħżula għall-kampanja flimkien ma' Kapijiet ta' Stat oħrajn, fosthom il-President tal- Finlandja, il-Prim Ministru tal-Iżlanda, il-Prim Ministru tal-Ġappun u l-Prim Ministru tal-Iżvezja. Il-kampanja He for She għażlet ukoll għaxar kapijiet akkademiċi minn universitajiet minn madwar id-dinja, u għaxar kapijiet eżekuttivi ta' kumpaniji. Waqt il-laqgħa fi New York, id-Deputat Direttur eżekuttiv tal-Un Women Lakshmi Puri qalet li meta se tiġi Malta għall-Commonwealth f 'Novembru li ġej trid tiltaqa' mal-President Coleiro Preca u mal-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà biex flimkien jiddiskutu l-andament tal- kampanja He for She f 'Malta. Il-President Coleiro Preca mad-Deputat Direttur eżekuttiv tal-UN Wom- en Lakshmi Puri Il-President Coleiro Preca quddiem l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 ta' Settembru 2015