Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898
36 illum Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 SportSillum Wara r-rebħa sabiħa li kiseb fi Sqallija ġewwa Mazara del Vallo, ftit tal-ġimgħat ilu, Keith Galea sar iċ-champion ta' Malta tal-iSprint Distance Triathlon. It-tellieqa kienet tifforma parti wkoll mill-Birkirkara St Joseph Triathlon Series fejn Galea kompla jżid il-vantaġġ tiegħu fil- klassifika ġenerali Huwa ma tantx kellu bidu tajjeb fl-għawma ta' 750m fejn beda b'pass mhux daqstant mgħaġġel ħdejn is-soltu. Kien hemm ħafna kurrenti u dgħajjes fil-bajja ta' Birżebbuġa u Galea ma setax jidħol bil-pass tas- soltu. Madankollu, huwa xorta waħda baqa' fil- grupp prinċipali u fl-aħħar metri żied il-pass biex tela' l-ewwel wieħed mill- għawma fost l-atleti f 'ħin ta' 10.44. Fuq ir-rota, huwa beda jħossu ħafna aħjar u beda jżomm pass tajjeb ħafna. Għamel 20km f 'ħin ta' 31.26 biex daħal fit- transizzjoni ftit sekondi vantaġġ fuq sieħbu Graham Borg. Imma fil- ġirja ta' 5km, Galea wera s-superjorità tiegħu fejn kien fi klassi għalih u beda jkabbar il-vantaġġ ma' kull pass. Huwa għamel l-aħjar ħin fil- 5km ta' 17.58 biex rebaħ it-tellieqa f 'ħin ta' 1.01.09, li hi15-il sekonda biss 'il bogħod mir-rekord tiegħu stess. Intant, Danica Bonello Spiteri ta' St. Patrick's A.C. u l-istess Keith Galea ta' B' Kara St. Joseph S.C. komplew jikkonfermaw kemm huma kapaċi jaddattaw irwieħhom għall-kull tip ta' tellieqa tal-multisport meta rebħu l-għola unuri tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Aquathlon li ġew organizzati mill- Federazzjoni Nazzjonali tat-Triathlon ġewwa Marsaxlokk. Dawn il-kampjonati ttellgħu fuq id-distanza 'Standard' tal-Aquathlon, jiġifieri ġirja ta' 2.5 kilometri, għawma ta' kilometru u ġirja finali ta' 2.5 kilometri. Kien hemm 56 partiċipant li ħadu sehem u b' hekk kien rekord għall-dan it-tip ta' avveniment fl-istaġun tal- multisport f ' pajjiżna. Fil-kategorija tal-irġiel, kien Keith Galea li ħareġ b'saħħtu sa mill-bidu nett tal-ġirja u lesta l-ewwel ġirja f 'ħin ta' 8 minuti u 36 sekonda, bi Steve Chetcuti jtemm warajh flimkien ma' Fabio Spiteri u ż-żagħżugħ Shaun Galea. Iżda kien fl-għawma li Galea bena l-vantaġġ tiegħu u tella' kważi minuta vantaġġ bejnu u bejn Graham Borg. Galea baqa' b'saħħtu tul it-tellieqa kollha u rebaħ b'mod solitarju f 'ħin ta' 33 minuta u 52 sekonda, u b'hekk tejjeb b' 48 sekonda il-ħin tas-sena l-oħra. Borg żamm postu fit-tieni post u tejjeb il-pożizzjoni tiegħu fuq is-sena l-oħra filwaqt li Steve Chetcuti tela' fuq it-tielet tarġa tal-podju. Fil-kategorija femminili, Margaret Seguna daħlet fl-ewwel post fl-ewwel transizzjoni, b' Bonello Spiteri, Michelle Vella Wood u Hannah Pace warajha. Iżda l-qawwa ta' Bonello Spiteri fil-baħar ratha titla' fuq quddiem u kompliet iżżomm postha bħala rebbieħa anke fl-aħħar ġirja bi kważi 2 minuti titjib fuq is-sena l-oħra. Seguna żammet it-tieni post bħas-sena li għaddiet filwaqt li Pace telgħet fit- tielet post. Fil-kategoriji l-oħra, Shaun Galea u Nina Zammit, rebħu t-titlu taż-żgħażagħ ta' taħt it- 23 Sena, filwaqt li Fabio Spiteri rebaħ il-kategorja tal-Over 40. Suzanne Farrugia u Gaetan Catania spiċċaw fl-ewwel post fil-kategorija tal-Over 50. L-avveniment kellu mument emozzjonali meta James Cutajar, li sofra ġrieħi gravi f 'inċident taċ-ċikliżmu ftit tax-xhur ilu, irritorna għat-tiġrijiet u spiċċa it-tellieqa fost iċ-ċapċip u l-ferħ ta' sħabu u tal-atleti l-oħra li laqawħ lura fi ħdan il-familja tat- triathlon. Dan kien it-tieni Kampjonat Nazzjonali organizzat mill-Malta Triathlon Federation dan l-istaġun, li issa jiġi konkluż bil-Grand Finale tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Triathlon fil-Mellieħa fil-11 ta' Ottubru. Il-Malta Triathlon Federation uriet l-apprezzament tagħha lejn il-voluntiera kollha li ħadmu biex setgħet tabilħaqq tiġi organizzata din it-tellieqa, kif ukoll lil Simonds Farsons Cisk plc, fornituri ta' San Michel u Gatorade, Go&Fun Malta, Birkirkara St. Joseph Sports Club, Joseph F. Spiteri & Co (1927) Ltd., il-Kunsilli Lokali ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa, Transport Malta u l-Pulizija ta' Malta għall-għajnuna u l-kooperazzjoni. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, Keith Galea, qal li jinsab sodisfatt ħafna bil- prestazzjoni tiegħu u bir- rebħ ta' dan il-kampjonat li sa dak iż-żmien kien it-tielet wieħed li rebaħ din is sena u d-disa' titlu fil-karriera tiegħu bħala 'multisport events'. Huwa qal li ma tantx ħassu tajjeb fl-għawma imma fir-rota u fil-ġirja huwa ħassu aħjar fejn grazzi għall-ġirja tajba li kellu, rnexxielu jirbaħ dan il-kampjonat Keith Galea xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu ħuħ Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawm tiegħu Catalin Stan, lill- isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, DGtri.com, Lucida Laundry, Challenge Malta Marathon, Mochika Outdoor Life u Starbene 24/7, lill-Kunsill Malti għall-Isport u lill-Kumitat Olimpiku Malti tas-sapport kontinwu li jtuh. Huwa xtaq jirringrazzja wkoll lill-ġenituri tiegħu, lill- familja tal-mara tiegħu u lill-mara tiegħu Elizabeth tal-paċenzja u l-għajnuna li jtuh ta' kuljum. Keith Galea u Danica Bonello Spiteri jkomplu jimpressjonaw bil-kbir Il-preżentazzjoni tat-trofew lil Keith Galea wara r-rebħ tal-kampjonati nazzjonali Danica Bonello Spiteri ppreżentata bit-trofew