Illum previous editions

ILLUM 27 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 | illum 13 jiltaqgħu fuq mappa ta' Malta ta' kultura. Għalhekk, f 'din il-cultural map ġew inklużi postijiet li mhix in-norma li naħsbu fihom meta nsemmu din il-firxa ta' kultura, bħal per eżempju toroq li fihom tgħaddi l-purċissjoni tar-raħal. Għax jekk din il-purċissjoni ma tiġix meqjusa bħala parti integrali mill-kultura lokali, x'għandu jitqies? B'hekk, meta ġew inklużi dawn il- postijiet kollha f 'din il-mappa interattiva, kien hemm total ta' 4,322 punti fuq il-mappa. Il-postijiet li ġew imdaħħla fis-sistema sa issa, huma mifruxa, u kollha differenti kemm fid-daqs, użu u skop tagħhom, u jekk humiex postijiet privati jew pubbliċi. Fil-fatt ivarjaw minn swali tal-parroċċa, għal każini, toroq u anke parkeġġi, bħala użu ta' spazju miftuħ. Eżempju ċar ta' dan huma t-tant kunċerti li jsiru f 'parkeġġi bħal-Luxol jew fi spazji miftuħa bħall-Fosos ta' Furjana. Min-nies għan-nies L-4,322 map feature li ddaħħlu, mhumiex biżżejjed sabiex ikopru kull post possibbli u għalhekk teħtieġ ukoll il-parteċipazzjoni tal- pubbliku. Din l-inizjattiva taf il-bidu tagħha lil Valletta 2018, però issa fil-fażi li jmiss, il-pubbliku huwa mistieden biex jinkludi wkoll il-postijiet li jemmen li għandhom ikunu preżenti f 'din il-mappa flimkien ma' dawk diġà inklużi mit-tim ta' riċerka ta' V18. Hekk, waħda mill- intenzjonijiet primarji hi li tiddaħħal il-mentalità u l-ħsieb fin-nies biex meta huma qed jaraw post, jew jafu b'xi lokazzjoni partikolari, li jemmnu li fiha jista' jkun hemm il-possibbiltà dan it- tifrix ta' kultura, jinkluduha fil-mappa. Dan filwaqt li tidħol l-idea li bniedem jitgħallem iħares lejn kull post fil-gżejjer Maltin bħala post potenzjal fejn tista' sseħħ xi ħaġa kulturali. Il- proċess huwa wieħed faċli immens fejn minn fuq is-sit www.culturemapmalta.com, bniedem jinkludi post ġdid għal din il-mappa interattiva. Hemmhekk, ikun jista' jinkludi l-post fejn jinsab, stampa u anke informazzjoni dwar il-post li tista' tkun informazzjoni dwar l-istorja tal-post, x'isir u x'jittella' fil- post, fost l-oħrajn. Apprezzament għal- informazzjoni Il-benefikarji ewlenin u l-aktar evidenti huma dawk in-nies, għaqdiet u gruppi li huma attivi fix-xena kulturali u li sikwit ifittxu postijiet li fihom ikunu jistgħu jtellgħu serati, avvenimenti jew inizjattivi. B'hekk, ir-repertorju tagħhom ma jibqax dejjem l-istess erba' postijiet li dejjem jagħżlu. Dawn l-inidividwi u entitajiet jistgħu jvarjaw minn kumpaniji teatrali, sa artisti u kantanti, sa anke għaqdiet tal-iscouts. Hija inizjattiva importanti wkoll partikolarment sabiex fis-sens bażiku tagħha, ddaħħal l-idea fin-nies biex japprezzaw l-informazzjoni li għandhom u jgħinu sabiex din l-informazzjoni pubblika tkompli tiżdied u tkun aktar. Il-kunċett ta' 'mapping' f 'Malta, tista' tgħid li qatt ma daħal u sar popolari però barra mill-pajjiż, din hija xi ħaġa ferm komuni u f 'xi każi, serviet bħala għodda importanti għas-salvataġġ f 'żoni tad-dinja fejn intlaqtu b'xi diżastru naturali. F'dawn il-każi, voluntiera jingħataw GPS u jibdew jagħmlu l-mapping tagħhom fejn idaħħlu informazzjoni fis-sistema dwar dak li hemm preżentement f 'dik iż-żona partikolari. B'dan il-mod, il-voluntiera jwasslu l-informazzjoni neċessarja sabiex tkun tista' tintbagħat għajnuna skont il-bżonn. Mhux biss sal-2018 Din l-inizjattiva għandha tkun l-ewwel pass għal informazzjoni miġbura f 'post wieħed, dwar l-aspetti tanġibbli tal-kultura. Minħabba f 'hekk, għalkemm organizzata u mwielda mill-Fondazzjoni Valletta 2018, din m'għandhiex tieqaf fl-2018, imma tkompli tkun ħajja u tkun interattiva ma' dawk kollha li jużawha u jikkontribwixxu fiha. Dan is-sit fejn tinstab il- mappa interattiva, huwa biss parti minn dan il-proġett ta' Immappjar Kulturali. Fil-fatt, se ssir konferenza bl- isem ta' 'Cultural Mapping: Debating Spaces & Places', bejn it-22 u t-23 ta' Ottubru f 'Dar il-Mediterran fejn fost diversi kelliema minn pajjiżi barranin li se jitkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom u l-proġetti ta' 'mapping' li wettqu u ħadu sehem fihom, se jkun hemm Prof. Maria Attard li se tkun qed titkellem dwar il-proġett lokali ta' 'Cultural Mapping'. Din il-konferenza mistennija tiddiskuti ma' bosta rikerkaturi u akkademiċi l-kwistjonijiet li spiss jaffaċjaw dawk li jaħdmu f 'dan il-qasam. Minbarra dan, it-tim ta' riċerka fi ħdan il-fondazzjoni jrid ukoll ikompli bl-assessjar tal-ispazji preżenti, b'mod partikolari tat-teatri fejn ikun hemm analiżi tal-faċilitajiet u l-kundizzjonijiet preżenti f 'dawn l-istess spazji teatrali biex din ukoll tkompli sservi ta' għodda għal dawk involuti fix-xena kulturali. Dwar il-proġett, u dak li qed jipprova joħloq u jinstiga, Prof. Attard temmet tgħid kif hi ma tistax tifhem kif il-poplu ma jirrealizzax li meta jkun qed jattakka l-ambjent ta' madwarna, jkun qed jattakka wkoll il-kultura tagħna. L-4,322 post ta' trażmissjoni kulturali fuq il-mappa inklużi diġà fis-sit interattiv "F'din il-cultural map ġew inklużi postijiet li mhix in-norma li naħsbu fihom meta nsemmu din il-firxa ta' kultura, bħal toroq li fihom tgħaddi l-purċissjoni tar- raħal" Huwa faċli ferm li ddaħħal informazzjoni u tipparteċipa fis-sit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 ta' Settembru 2015