Illum previous editions

ILLUM 27 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 39

10 illum | Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 Mill-Qorti Matthew aguis magius@mediatoday.com.mt MCAST reserves the right to accept or refuse in part or in whole, any or all tenders submitted. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Invitation to tender Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Project part-financed by the European Union European Social Fund (ESF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future MCAST T. 27/2015 TENDER FOR THE SUPPLY AND DELIVERY OF SOFTWARE TO THE MALTA COLLEGE OF ARTS, SCIENCE AND TECHNOLOGY Tender documents may be requested by email (on the email address below) or collected from the Purchasing Department at the MCAST Administration Building (at the address below), from Monday to Friday, from 08:30hrs to 16.30hrs. Tenders should be placed in the pre-addressed envelope and deposited in the appropriate tender box at the MCAST Administration Building, at the address below, by no later than Monday 5th October 2015 at 11:00hrs. The Principal of the Malta College of Arts, Science and Technology notifies that offers from interested parties will be received for: EUROPEAN SOCIAL FUND 3.102 80% tal-qarrejja ma jemmnux Ix-shadow minister tal-enerġija Marthese Portelli tgħid li l-Gvern "m'għamel xejn biex jorħsu l-kontijiet tad-dawl" u li r-roħs kien grazzi għall- proġetti tal-PN Daniel Mizzi dmizzi@mediatoday.com.mt Il-maġġoranza assoluta tal-qarrejja li pparteċipaw f 'stħarriġ fuq is-sit illum. com.mt ma tantx dehru konvinti bil-proposta tal- mexxej tal-Pn sabiex ikun hemm roħs fil-kontijiet tad- dawl u sostnew li minkejja li vera kien hemm roħs fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt, l-oppożizzjoni m'għandix kredibbilità biex titlob traħħis. Fil-fatt, 81% tal-qarrejja li pparteċipaw f 'dan l-istħarriġ, ippuntaw subgħajhom lejn in-nuqqasijiet ta' amministrazzjonijiet Nazzjonalisti preċedenti u nsistew li r-roħs fil- kontijiet tad-dawl kellu jiġi implimentat meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern. Dan il-ġurnal għamel dan l-istħarriġ fl-isfond tal- appelli tal-Mexxej tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, tal-General Retailers and Traders' Union (il-GRTU), u mill-Kamra tal-Kummerċ, li l-Gvern għandu jraħħas il-kontijiet tad-dawl lil hinn mill-25% li diġà daħħlet fis- seħħ. L-appell għar-roħs fil- kontijiet tad-dawl ġie mtenni wkoll mix-shadow minister għall-Enerġija, Marthese Portelli, li mal-ILLUM saħqet li l-Prim Ministru Joseph Muscat qarraq bil-poplu u li l-Gvern "m'għamel xejn biex jorħsu l-kontijiet tad-dawl." "Qabel l-elezzjoni, Joseph Muscat qal li biex iraħħas it-tariffi se jkollu jibni power station ġdida f 'sentejn, u li jekk din ma tinbeniex, huwa jirriżenja. Apparti li dan ma seħħx, issa qed toħroġ il-verità għax biex jorħsu l-kontijiet tad-dawl m'hemmx bżonn power station ġdida iżda dan jista' jseħħ grazzi għall-power station tal-BWSC li bdiet taħdem f 'Diċembru 2012, l-interconnector ma' Sqallija, u r-roħs drastiku fil- prezz internazzjonali taż-żejt," Portelli qalet. Eżerċizzju li għamlet din il-gazzetta li r-riżultati tiegħu qed jidhru fit-tabella fuq paġna 11, juri kif fil-fatt, skont l-aġenzji EIA (Energy Information Administration) u n-Nasdaq, il-medja tal-prezz internazzjonali taż-żejt raħas għal $56.25 matul l-ewwel tmien xhur tas-sena, filwaqt li f 'Settembru, il-prezz niżel għall-medja ta' $47.86 kull barmil. Madankollu, bl-istess mod, il-prezz internazzjonali taż-żejt raħas ukoll taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Fil-fatt, proprju bejn Novembru tal-2008 u Mejju tal-2008 il-prezz niżel sa $40 kull barmil u anke fis-snin ta' qabel, kien hemm roħs sostanzjali fil-prezz. U għalhekk il-mistoqsija tiġi waħedha, għaliex il-Partit Nazzjonalista ma raħħasx il-kontijiet tad-dawl meta kien fil-Gvern hu? Dan is-sentiment ġie mtenni wkoll min 81% tal-qarrejja li pparteċipaw fl-istħarriġ tal-illum.com. mt, li b'risposta għar- Jhedded li joqtol lill-Prim Ministru u l-familja tiegħu F'deċIżjonI stramba u possibilment l-ewwel tax-xorta tagħha, il-Qorti ordnat li ġuvni jagħmel tliet snin ma jużax il-midja soċjali wara li ammetta li hedded li joqtol lill-Prim ministru joseph muscat u l-familja tiegħu. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale, immultat lill- ġuvni ta' 22 sena minn Ħal Qormi €200 u kkundannatu sitt xhur ħabs sospiżi għal erba' snin. Intqal kif fuq Facebook, l-akkużat, li ismu ma jistax jixxandar għax ibati minn problemi psikjatriċi, kiteb: "Sħabi qed jagħmlu pjan biex joqtlu 'l Joseph Muscat il-faċċol. Nirrah imutulu t-tfal kollha." Il-Qorti semgħet li l-kumment intqal waqt argument dwar il-prezz ta' ikla ta' ġbir ta' fondi organizzata mill-Partit Nazzjonalista u wara li kummentatur ieħor qal li n-Nazzjonalisti huma "ħallelin." L-Ispetturi Joseph Busuttil u Carlos Cordina ddeskrivew il-lingwaġġ taż-żagħżugħ bħala wieħed "inkwetanti" għas-sigurtà tal-pajjiż. Dan ġie mtenni wkoll mill-Maġistrat Francesco Depasquale, li fid-dawl tal-ammissjoni tal-imputat spjega li b'konsegwenza tal-aġir tiegħu, iż-żagħżugħ jista' jiġi mmultat multa ta' €24,000 u jintbagħat il-ħabs. Fl-isfond ta' dan, l-akkużat, permezz tal-avukat tal- għajnuna legali Benjamin Valencia, qal li ma kellu l-ebda intenzjoni li jwettaq dak li kien kiteb u li dak il-ħin kien taħt l-effett tal- pilloli, u li mhux se jerġa' jagħmel xi ħaġa simili. Fid-dawl tal-apoloġija tal-imputat u l-ammissjoni tiegħu li xerred aħbarijiet foloz li setgħu allarmaw il-pubbliku, li uża kliem jew imġiba ta' theddid fil- konfront ta' persuna oħra, u li għamel użu mhux xieraq minn apparat elettroniku, il-Maġistrat ikkundanna lill-akkużat sitt xhur ħabs sospiżi għal erba' snin u multa ta' €200. Il-Qorti ordnat lill-akkużat li ma jużax Facebook jew kwalunwke tip ta' midja soċjali għal tliet snin u li ż-żagħżugħ jintbagħat l-Isptar Monte Carmeli għall-trattament. Fuq talba tal-prosekuzzjoni, il-Qorti ħarġet ordni ta' protezzjoni favur il-Prim Ministru u l-familja tiegħu. Membru tal-MUSEUM mhux ħati li abbuża tifel ta' 10 snin membru tal-muSeum li ssospenda ruħu mill-post tiegħu fl-istess soċjetà u bħala assistant kap ta' skola wara li ġie mixli li abbuża tifel ta' 10 snin, ġie lliberat minn kull akkuża wara li l-Qorti ddikjarat li x-xhieda ma kinitx kredibbli biżżejjed. Anthony Callus, ta' 46 sena, mis-Siġġiewi, kien imressaq il-Qorti taħt arrest nhar it-28 ta' Awwissu tal-2014. Huwa kien ġie akkużat b'attentat vjolenti fuq il-pudur, li offenda l-morali pubbliċi, u li kkorrompa minorenni. Intqal kif fl-24 ta' Awwissu, Callus allegatament refa' lit-tifel mill-baħar għadd ta' drabi u f 'okkażjoni minnhom, huwa qabdu b'tali mod li l-partijiet privati ta' Callus messew mat-tifel. Madankollu, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli qalet li ma tistax temmen il- verżjoni tal-allegat vittma u li x-xhieda tiegħu ma kinitx kredibbli biżżejjed. Aktar minn hekk, il-Qorti qalet li kien impossibli biex seħħ abbuż bil-mod kif ingħad li sar. Filwaqt li illiberat lil Callus minn kull akkuża miġjuba kontrih, il-Maġistrat saħqet li minkejja li huwa importanti li tfal żgħar ikollhom edukazzjoni sesswali, l-awtoritajiet edukattivi jridu jagħmlu lit-tfal konxji ta' fejn jistgħu jwasslu allegazzjonijiet foloz.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 ta' Settembru 2015