Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898
Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 | illum 35 SPORTSillum Il-UEFA tikkunsidra li ddaħħal kompetizzjoni Ewropea oħra ILMEXXEJJA tal-futbol Ewropew, li ftit tal-jiem ilu ltaqgħu f 'Malta għal- laqgħa ferm importanti imsejħa 'Top Executive Programme - TEP', iddiskutew il-possibiltà li tiġi kkreata t-tielet kompetizzjoni għall-klabbs fuq livell Ewropew. B'hekk, barra l-UEFA Champions League u l-UEFA Europa League tkun qed tiġi introdotta kompetizzjoni oħra. Madankollu, dan kollu għadu biss fuq bażi ta' studju, u xejn m'għadu konkluż. Dan ġie diskuss mill-54 membru tal-UEFA fosthom dawk Maltin, waqt laqgħa li saret nhar l-Erbgħa f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan. Huma esploraw il- benefiċċju ta' kompetizzjoni ġdida għal timijiet li jonqsu milli javvanzaw mir-fażijiet ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League jew mit-tieni round tal-UEFA Europa League. Huma kkunsidraw ukoll il-fatt jekk il-kompetizzjoni tistax tkun riżervata għal timijiet ġejjin minn pajjiżi iżgħar bħal ma hi Malta li qatt ma pparteċipaw fl- istadju tal-gruppi ta' dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet imsemmija. Id-diskussjonijiet rigward dan għadhom jinsabu f 'fażi bikrija, u tibdiliet fl-istrutturi tal-kompetizzjonijiet Ewropej organizzati mill- UEFA mhux se jkunu introdotti sa minn tal-inqas is-sena 2018. Dan hekk kif propju f 'din is-sena jiskadi l-kuntratt li hemm bejn il- UEFA u diversi stazzjonijiet tat-televiżjoni f 'dak li għandu x'jaqsam ma' drittijiet televiżivi, li lkoll nafu x'introjtu enormi jħallu għall-UEFA. Intant, waqt intervent li għamel waqt l-istess laqgħa, il-kap tal- assoċjazzjoni tal-futbol Skoċċiża, Stewart Regan, qal li l-intenzjoni ta' kompetizzjoni ġdida għandha tkun dik li jibqa' jintlagħab il-futbol Ewropew anki matul il- ħarifa, kif ukoll lejn il-bidu ta' sena kalendarja ġdida. Huwa kompla jgħid li d-diskussjoni tirrigwardja jekk din għandhiex tkun it-tielet kompetizzjoni dedikata esklussivament għall-pajjiżi iżgħar li jkunu jistgħu jiksbu post fil-UEFA Europa League jew fil- UEFA Champions League, jew jekk għandhiex titqies bħala kompetizzjoni li tiġi meqjusa bħala 'xibka ta' sigurtà', minn dawk it-timijiet li sa Awwissu jkunu sfaw eliminati minn kompetizzjoni Ewropea, iżda li mbagħad ikunu jistgħu jikkompetu f 'din l-hekk imsejħa 'tielet kompetizzjoni', li qed tiġi kkunsidrata mill-UEFA. Kompetizzjoni bħal din tista' tattira l-interess ta' klabbs iżgħar aktar milli klabbs ġejjin minn kampjonati kbar bħall- Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra fosthom West Ham United u Southampton, li matul dan l-istaġun naqsu milli jilħqu l-istadju tal-gruppi tal-UEFA Europa League. Waqt l-istess laqgħa tkellem ukoll id-Direttur Eżekuttiv tal-federazzoni tal-futbol tal-Ukrajna, Volodymyr Geninson, li tenna li jaqbel ma' dan il-kunċett tat-'tielet kompetizzjoni', hekk kif din għandha tagħti aktar opportunità lill-klabbs li qatt ma jagħmluha għall- istadji finali taż-żewġ kompetizzjonijiet maġġuri organizzati mill-UEFA, biex jipparteċipaw fl-Ewropa. Huwa kompla li bħala Federazzjoni qed jagħtu s-sapport massimu tagħhom lil din l-idea, hekk kif skont hu, din tkun qed taqbel mal-istrateġija tal-president tal-UEFA, Michel Platini, li jagħti lill- pajjiżi iżgħar aktar aċċess għall-Kompetizzjonijet Ewropej. Volodymyr Geninson kompla li din il-kompetizzjoni tkun qed tagħti l-possibiltà lil diversi timijiet li ma jtemmux l-impenji Ewropej tagħhom kmieni f 'Awwissu, iżda huma jistgħu jilagħbu wkoll kemm f 'Settembru kif ukoll f 'Ottubru. Huwa tenna li din il- kompetizzjoni tista' tiġi mitmuma sat-tmiem tas- sena kalendarja, minflok tistenna sal-konklużjoni tal- istaġun Ewropew, bħalma jsir fil-kompetizzjonijiet tal- UEFA Champoions League u tal-UEFA Europa League. F'intervent ieħor li għamel Stewart Regan, huwa afferma li wieħed ma jistax jinsa l-ispejjeż finanzjarji li tkun qed tinvolvi kompetizzjoni bħal din, fosthom dawk relatati ma' vjaġġar bejn pajjiż u ieħor. Dan fid-dawl li l-klabbs li jkunu qed jieħdu sehem f 'din l-imsemmija kompetizzjoni jista' jkun li ma jkollhomx baġit finanzjarju kbir daqs timijiet tal-ogħla livell, u barra minn hekk jista' jkun ukoll li din il-kompetizzjoni ma tkunx tirrendi dħul finanzjarju konsiderevoli, speċjalment dak marbut ma' drittijiet televiżivi, speċjalment minħabba l-fatt li din il- kompetizzjoni tkun għadha ma kisbitx il-popolarità tal-UEFA Europa League, u speċjalment tal-UEFA Champions League. Huwa kompla, li jemmen li ħadd mill-klabbs involuti ma jkun irid jieħu sehem f 'din il-kompetizzjoni, sempliċiment biex jgħid li qed jieħu sehem fiha, jekk se tkun qed twassal għal telf finanzjarju konsiderevoli, b'detriment għall-istess klabb. Shaun Galea u Danica Bonello Spiteri jirbħu l-unuri ILKAMPJONAT Nazzjonali tal-X-Triathlon ra l-konferma ta' Danica Bonello Spiteri bid-19-il titlu nazzjonali tagħha f 'karriera ta' 20 sena fl-isport, u l-ewwel titlu Nazzjonali għaż-żagħżugħ ta' 17-il sena, Shaun Galea, li hu meqjus bħala t-talent emerġenti tat-Triathlon f 'Malta. Din il-kompetizzjoni saret ix-Xgħajra fuq ix-xagħri taż-Żonqor, ta' Barkat u n-Nwadar, f ' kundizzjonijiet sħan u temp umdu ħafna. L-organizazzjoni kienet f 'idejn l-Agones Sports Club taħt l-awspiċi tal-Federazjoni Maltija tat-Triathlon. It-tellieqa kienet iddominata minn Danica Bonello Spiteri li mhux biss spiċċat l-ewwel fost in-nisa, imma rebħet it-tiġrija overall. Sa mill-bidu nett, fl-għawma, Danica maret fuq quddiem u kisbet l-aktar għawma veloċi. Matul il-kumplament tat- tellieqa, kompliet issaħħaħ il-prestazzjoni tagħha anki jekk kellha marġini sostanzjali fuq l-eqreb rivali tagħha, u rnexxiela ttemm f 'ħin ta' siegħa, 33 minuta u 3 sekondi. Elisabeth Jane Grima spiċċat fit-tieni post filwaqt li Lara Buttigieg kienet it-tielet tfajla fuq il-podju. It- tellieqa tal-irġiel kienet aktar drammatika. Shaun Galea ħareġ mill-ilma wara Danica u ssielet matul is-segment tar-rota biex ifendi l-attakki ta' Justin Gauci, peress li dan tal-aħħar kellu l-aqwa ħin fuq ir-rota f '53 minuta u 34 sekondi. Fl-aħħar mumenti tal- korsa ċiklistika, Galea kellu jiffaċċja problemi mekkaniċi u b'hekk Gauci daħal fit- tieni transizzjoni fit-tieni post. Madanakollu, il-ġirja b'saħħitha ta' Galea tatu lura l-quċċata hekk kif kiseb l-ewwel titlu Nazzjonali tat- Triathlon, f ' ħin ta' siegħa 34 minuta u 4 sekondi. Justin Gauci spiċċa fit-tieni post u Steve Chetcuti akkwista t-tielet post fuq il-podju. Fl-ewwel reazzjonijiet tagħha wara it- tellieqa, Danica kienet tidher sodisafata għat-titlu miksub u ferħet lil Shaun għall-ewwel titlu miksub minnu. Min-naħa l-oħra, Shaun stqarr li kien qed iħossu umli bir-riżultat, u kellu kliem ta' tifħir għall-atleti l-oħra speċjalment għall- Danica. It-tnejn semmew li l-preparamenti mentali u tal- makkinarju għall-dan it-tip ta' tlielaq kienet importanti aktar mit-triathlon normali. Huma stqarrew li l-korsa offriet sfidi iżda li it-tnejn ħadu gost ittellqu fuqha. Il- President tal-Malta Triathlon President, Cyprian Dalli feraħ liż-żewġ atleti kif ukoll lill-parteċipanti kollha. Hu esprima l-gratitudni tiegħu u tal-MTF mal-organizzaturi tal-kompetizzjoni, Agones Sports Club, id-Direttur tal-Club, Warren Muscat u id-Direttur tat-tellieqa, Ruben Degiorgio. Dalli stqarr li dan kien skont il-viżjoni tal-MTF, jiġifieri li l-klabbs affiljati mal-Federazzjoni jorganizzaw tlielaq matul l-istaġun. Hu feraħ lill-parteċipanti kollha u esprima ammirazzjoni għall-fatt kif huma issieltu mas-sħana, l-umdità u korsa impenjattiva. Dalli rringrazzja wkoll lil Mark Gaglione ta' Medcomms Malta, aġenti lokali ta' Garmin, għas- support f 'din it-tellieqa kif ukoll lejn l-MTF in ġenerali matul l-istaġun. Il-ġimgħat li ġejjin se jkunu tassew impenjattivi għat-triathlon f 'Malta hekk kif nhar il-Ħadd, 6 ta' Settembru, B'Kara St. Joseph se jorganizzaw il-Kampjonat Nazzjonali tal-iSprint Triathlon f ' Birżebbuġa. Il- Federazzjoni imbagħad ser itella l-Kampjonat Nazzjonali tal-Aquathlon (ġiri-għawm- ġiri) nhar l-20 ta' Settembru f 'Marsaxlokk, filwaqt li l-Grand Final issir fil-Marfa u l-Mellieħa nhar il-Ħadd 11 ta' Ottubru bil-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon. Aktar informazzjoni fuq dawn il-kompetizzjonijiet u tagħrif fuq it-Triathlon f ' Malta jista' jinkiseb mis-sit tal-MTF www. triathlonmalta.org jew b' telefonata fuq 79037933.