Illum previous editions

ILLUM 27 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 | illum 31 SportSillum SportSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Tarxien R ....................1 Floriana .....................1 Fil-konFront bejn Floriana u tarxien rainbows rajna bilanċ assolut li rriżulta fi draw ġust ta' 1-1. Kienu r-Rainbows li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża wara biss tliet minuti meta Luke Montebello avvanza tajjeb fil-kaxxa u b'intelliġenza qassam għal barra lejn Carlos Hevia Menendez li iżda tefa' għoli. Għalkemm Floriana kienu qed jitfgħu lir-Rainbows taħt pressjoni, kien it-tim immexxi minn Jacques Scerri li rnexxielu jiftaħ l-iskor fit-12-il minuta meta freekick dirett ta' Joao Pedro Oliveira Santos għeleb għal kollox lill-goalkeeper żagħżugħ ta' Floriana, Matthew Calleja Cremona. Ir-Rainbows komplew jattakkaw u fl-20 minuta xutt mid-distanza ta' Triston Caruana għadda ferm għoli mil-lasti difiżi mill- goalkeeper ta' Floriana. Żewġ minuti biss wara, Nicolas Chiesa għadda tajjeb lejn Mario Fontanella li ra x-xutt tiegħu minn ġol-kaxxa jiġi mdawwar f 'corner b'abilità minn Andrea Cassar. Il-Greens komplew fuq l-offensiva u fit-33 minuta, xutt tas-solitu Nicolas Chiesa minn barra l-kaxxa ġiegħel lil Andrea Cassar isalva tajjeb. L-ewwel azzjoni denja ta' nota fit-tieni taqsima waslet fil-61 minuta meta reġa' kien Triston Caruana li bħalma għamel fl-ewwel taqsima, ttanta xortih minn barra l-kaxxa, bix-xutt tiegħu ikun wieħed ċentrali u ġie milqugħ mingħajr ebda diffikultà minn Matthew Calleja Cremona. Ir-Rainbows irrispondew fl-74 minuta meta Triston Caruana għadda pass perfett lejn is-sostitut Danilo Meira Santos, li iżda ra lil Matthew Calleja Cremona jilqa' tajjeb mingħajr ma jżomm, bid- difiża tal-Greens tikklerja l-ballun 'il bogħod minn kull periklu. Fit-83 minuta, Floriana rebħu penalti meta Matteo Piciollo pprova jidħol fil-kaxxa avversarja iżda l-ballun deher imiss ma' id Bruno Giglio De Oliveira, biex ir-referee Ryan Stewart ordna penalti li minnu Mario Fontanella tefa' ġewwa. Tarxien R. - Cassar, Baker, Caruana, Giglio De Oliveira, Tabone Desira, Caruana, Omerou, Hevia Menendez (Bajada 70'), Montebello (Meira Santos 56'), De Paixao Alves, Oliveira Santos (Azzopardi 52') Floriana - Calleja Cremona, Monticelli (S. Pisani 81'), Pepe (Bonnici 76'), Clyde Borg, Conor Borg (Piciollo 60'), Cabral, J. Pisani, Scozzese, Briffa, Chiesa, Fontanella Referi - Ryan Stewart (Wales) BRUNO GIGLIO DE OLIVEIRA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Ingħaqad ma' Tarxien Rainbows matul is-sajf li għadda Ironikament kien hu li kkawża l-penalti li minnu Floriana ġabu l-iskor indaqs, madankollu xorta waħda hu bla dubju kien l-aħjar plejer fil-grawnd Bilanċ assolut li rriżulta fi draw ġust bejn Tarxien R. u Floriana Ayrton Azzopardi segwit minn Antonio Monticelli Ritratt - Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 ta' Settembru 2015