Illum previous editions

ILLUM 27 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 39

22 illum | Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 1565: Diskorsi fuq diskorsi. Messaġġi fuq messaġġi. Ċerimonji fuq ċerimonji. L-istorja tant ġiet ripetuta li jafha kulħadd bl-amment. L-imperu Ottoman invada lil Malta biex jipprova jaħtaf il-gzira u jiknes lill-Kavallieri Nsara. Laqtuni ċerti messaġġi. Simbolikament l-Ordni ta' San Ġwann għadha tmexxi sptar tal-maternità f 'Betlem, fejn nisa Palestinjani jingħataw l-attenzjoni medika kollha li jeħtieġu. Laqatni wkoll l-appell għall- kooperazzjoni li għamel l-Imam Mohamed el Sadi, il-mexxej tal- Musulmani f 'Malta. Fil-fehma tiegħu, l-Assedju l-Kbir tal-1565 ma kienx gwerra bejn l-Iżlam u l-Kristjanità imma gwerra bejn 'ċerti' Musulmani u 'ċerti' Nsara, li sabu ġustifikazzjoni għall-konfront daqshekk traġiku u mdemmi: "Jeħtieġ li nibnu l-pontijiet biex ikollna koeżistenza fil-paċi." Hemm dawk l-istudjużi fil-fatt li jsostnu li l-Assedju l-Kbir kien konfront bejn il-kursara taż-żewġ naħat li dak iż-żmien kienu jdewwdu u jitterrorizzaw il-Mediterran. L-Arċisqof ta' Malta x'messagg kellu? Quddiem il-Qorti, biswit il-monument tal-Assedju l-Kbir ta' Sciortino, qal li hemm tarka miżmuma minn raġel b'saħħa liema bħalha, b'ħarsa determinata, simbolu tal-battalja feroċi li sehhet fuq l-Għolja Sceberras u l-inħawi tal-port. Dik il-gwerra seħħet biex titħares il-fidi u biex titħares ir-raġuni, biex titħares iċ-ċiviltà tal-punent u l-libertà tal-ħsieb kontra l-koliskjavitù u l-oskurantiżmu. Kienet gwerra kontra l-għedewwa tal-libertà. Differenti, hux, il-messaġġ tal- Imam (paċifiku u rikonċiljattiv) u d-diskors belliġerenti ta' Mons. Scicluna? L-INNU NAZZJONALI U L-INDIPENDENZA Bħal f 'kull okkażżjoni ċerimonjali oħra, fil-festi li jimmarkaw ġrajjiet importanti Maltin, fosthom l-anniversarju tal-1565, Jum l-Indipendenza, Jum il-Ħelsien, eċċ., jidwu l-versi tal-innu Malti. U ma jistax jonqos li wieħed ma jiftakarx f 'Dun Karm u l-versi tal-innu tiegħu. Xi ħadd irid jibda jkollu l-kuraġġ jistħarreg kemm il-poeta-saċerdot kellu viżjoni indipendenti għal-Malta. It-titlu ta' poeta nazzjonali joqgħod għal Dun Karm? Lil min jirrapprezenta l-Innu Malti? Jissemmew il-hakkiema, is- sidien u mbagħad il-ħaddiema. Is-sid fil-viżjoni DunKarmjana għandu jkun ħanin, skont skema soċjali vertikali, fejn l-ubbidjenza tal-massa hija indispensabbli biex il- privileġġjati jkollhom id-dritt u l-awtorità li jiddeterminaw id- destin tal-kotra passiva, kwieta u statika. Hemm bosta ġrajjiet li ma rreġistraw ebda reazzjoni fuq ruħ Psaila (Frans Ciappara, 1993, PEG). Dun Karm għex f 'kurrenti ta' taqlib socjo- politiku kulturali qawwi fl-Ewropa, imma l-bastun tiegħu dejjem kien f 'terren ultra-konservattiv. Dejjem kien komdu taħt l-umbrella ekkleżjastika li ma setgħet qatt timxi lejn Malta indipendenti jew repubblikana. Ħadd m'għandu l-kuraġġ imiss l-Innu Malti u jfisser kemm hu introvert u sottomess lejn il-poitika kolonjalista, anki fi żmienna. Darba kien hemm il- Brittanja u llum hemm Brussell. Dun Karm ma kienx iwassal s'hemm. Għalhekk bqajna b'dak l-innu reliġjuż. ASSURDITÀ U BIGOTTIŻMU RELIĠJUŻ Il-kappillan tal-parroċċa tal-Gżira waqqaf milli waqt quddiesa funebri, jitkanta l-innu popolari Panis Angelicus, parti mill-innu Sacris Solemniis ta' Tumas d'Aquino (1225-1274). L-innu kien il-favorit tal- persuna mejta. Il-familja xtaqet li l-innu jitkanta waqt li l-komunità tkun tiela' għat-tqarbin. L-iskuża tal-kappillan: mhux xieraq li f 'quddiesa bil- Malti jitkanta innu bil-Latin. L-Arcisqof Scicluna kellu jagħmel apoloġija timida. Imma ta' min jistaqsi: Min għallem lill-kappillan 1. tal-Gżira fis-seminarju? Min ħatru kappillan? 2. X'jaf dwar id-dinamika 3. komunitarja? Liema innijiet 4. reliġjuzi tkantaw waqt l-ordinazzjoni tiegħu? Bil-Malti jew bil-Latin? DIBATTITI DWAR L-INDIPENDENZA Fost id-dibattiti li saru fl- okkażżjoni tal-Indipendenza (il- PN qed jiċċelebra t-twaqqif tal- 135 sena tiegħu) kien diskuss jekk dan il-Partit għadx hemm (jew għaliex) hemm bżonnu. Jekk dan għadu punt ta' dibattitu, il-partit fl- oppożizzjoni għandu tassew kriżi ta' identità. Kif jista' jkun li l-PN jigi f 'dubju jekk għadx hemm bżonnu jew le? Il-Partit irid iħares lejn direzzjonijiet oħra biex jikkonvinċi. Iċ-ċelebrazzjonijiet mhux bizzejjed. Lanqas f 'ċirku madwar l-istatwa ta' La Vallette. Elezzjoni ma tirbaħhiex minn fuq sufan jew imdawwar b'mitt ruħ akkaniti, Nazzjonalisti minn għeruqhom. REĊTI TAL-ASSURD F'MALTA Bdiet titqanqal mill-ġdid diskussjoni dwar il-burqa f 'Malta. Minn żmien għall- ieħor jitqanqal id-dibattitu dwar 'il-velu Iżlamiku.' L-oġġezzjonijiet huma dejjem l-istess u għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà u l-oppressjoni tal-mara, id-dinjità tas-sess femminili eċċ. Imma aħna min aħna biex niġġudikaw? Nibdew niġġudikaw lis-sorijiet li jagħmlu minn kollox biex jagħattu s-sesswalità tagħhom? Nikkundannaw lin-nisa reliġjuzi tal-Amish? Jew inqattgħu x-xbihat kollha tal-għonnella tan-nanna u ta' ommha? Hemm raġunijiet kulturali u reliġjużi dwar l-għata bil-velu. Mhux veru li mara Musulmana "ma tistax tikkomunika" minħabba l-burqa. Hi s-sustanza tad-diskors li tgħodd. (Laiq Ahmed Atif, President tal- Ahmadiyya Jamat Malta). Issa niġu għall-parti assurda. Filwaqt li qed tkompli l-kampanja kontra l-velu Iżlamiku, anki minn deputat tal-Oppożizzjoni, il-Pulizija arrestaw żewg barranin talli kmieni filgħodu kienu qed jgħumu għarwenin (u naturalment mingħajr malji Iżlamici jew Maltin jew tal- Marks & Spencers), tellgħathom il-Qorti u (milli qrajt), iddubbaw libertà kundizzjonata. Mela għandna konfront bejn il-kostum Iżlamiku u dak ta' Adam u Eva. Kemm ma nistħux inkunu redikoli. Tassew reċti tal-assurd dawn. Assurdi aktar mix-xogħol ta' Pinter jew Ionesco. MEDIASPOT Minn Mario azzopardi 1565 – L-IMAM U MONS. SCICLUNA "Differenti hux, il-messaġġ tal- Imam (paċifiku u rikonċiljattiv) u d-diskors belliġerenti ta' Mons Scicluna?" "Dun Karm għex f 'kurrenti ta' taqlib soċjo-politiku kulturali qawwi fl- Ewropa, imma l-bastun tiegħu dejjem kien f 'terren ultra-konservattiv" Id-demistifikazzjoni tal-velu Iżlamiku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 ta' Settembru 2015