Illum previous editions

ILLUM 27 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

32 illum Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 SportSillum ToTTenham hotspur umiljaw lil manchester City u kkastigawhom għat-tieni telfa konsekuttiva meta ġewwa darhom f 'White hart Lane, għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-1. L-erba' gowls għalihom fil-logħba waslu minn eric Dier, Toby alderweireld, harry Kane u erik Lamela. Min-naħa l-oħra kien l-eks plejer ta' Wolfsburg fil-Ġermanja, Kevin de Bruyne, li fetaħ l-iskor għal Manchester City fil-25 minuta. B'hekk din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għat-tim immexxi minn Manuel Pellegrini, wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet huma sofrew telfa ferm sorprendenti ta' 2-1 ġewwa darhom fl-Etihad Stadium kontra West Ham United. B'hekk wara li huma kienu l-favoriti li jirbħu l-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra fi tmiem dan l-istaġun, issa jidher li bdiet tixgħel il- bozza l-ħamra għalihom. Chelsea barra minn darhom f 'St James Park, sfaw miżmuma fi draw ta' 2-2 minn Newcastle United, u dan wara li l-Blues kienu żewġ gowls minn taħt. Il-gowls għall- Magpies waslu minn Ayoze u Georginio Wiynaldum, waqt li Chelsea rrispondew permezz ta' żewġ gowls minn Ramires u Willian f 'temp ta' tmien minuti. Manchester United ġewwa darhom f 'Old Trafford għelbu lil Sunderland bl-iskor ta' 3-0 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Memphis Depay, Wayne Rooney u Juan Mata. Ir-rivali kbar tar-Red Devils, Liverpool, ġewwa darhom f 'Anfield għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta' 3-2 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Daniel Sturridge u gowls uniċi ta' James Milner u Olivier Giroud. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għal Aston Villa fil-logħba waslu minn doppjetta ta' Rudy Gestede. Arsenal barra minn darhom għelbu lil Leicester City bl-iskor kbir ta' 5-2 bil-gowls għalihom jaslu minn hat-trick ta' Alexis Sanchez u gowl uniku ta' Theo Walcott. Intant, iż- żewġ gowls għal Leicester City fil-logħba wasal minn doppjetta ta' Jamie Vardy. Wara sensiela ta' riżultati pożittivi, West Ham United ġewwa darhom f 'Upton Park sfaw miżmuma minn Norwich City fi draw ta' 2-2 biż-żewġ gowls għall- Hammers jaslu minn Diafra Sakho u Cheikou Kouyate. Min-naħa l-oħra, il- gowls għal Norwich City waslu minn Robert Brady u Nathan Redmond. Southampton ġewwa darhom għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 3-1 bil- gowls għalihom jaslu minn Virgil van Dijk, Dusan Tadic u Sadio Mane. Il-gowl uniku għal Swansea City fil-logħba wasal minn penalti ta' Gylfi Sigurdsson fit-83 minuta. Stoke City ġewwa darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lit-tim neo-promoss ta' AFC Bourmeouth bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom fil-logħba jaslu minn Jonathan Walters u Mame Biram Diouf. Il- gowl waħdieni għal AFC Bournemouth wasal minn Dan Gosling fis-76 minuta. Intant, fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Roma ġewwa darhom fi Stadio Olimpico umiljaw lit-tim neo-promoss ta' Carpi meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-1. Il-gowls għar- Romanisti waslu minn Manolas, Pjanic, Gervinho, Salah u Digne. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni għal Carpi fil-logħba wasal minn Marco Borriello fl-34 minuta. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 26 ta' Settembru Tottenham Hotspur vs Man. City 4-1 Leicester City vs Arsenal 2-5 Liverpool vs Aston Villa 3-2 Manchester United vs Sunderland 3-0 Southampton vs Swansea City 3-1 Stoke City vs AFC Bournemouth 2-1 West Ham United vs Norwich City 2-2 Newcastle United vs Chelsea 2-2 FIXTURES Il-Ħadd 27 ta' Settembru 17:00 Watford vs Crytal Palace It-Tnejn 28 ta' Settembru 21:00 WBA vs Everton Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 26 ta' Settembru Roma vs Carpi 5-1 Napoli vs Juventus Fixtures Il-Ħadd 27 ta' Settembru 12:30 Genoa vs AC Milan 15:00 Bologna vs Udinese 15:00 Hellas Verona vs Lazio 15:00 Sassuolo vs ChievoVerona 15:00 Torino vs Palermo 20:45 Inter vs Fiorentina It-Tnejn 28 ta' Settembru 19:00 Frosinone vs Empoli 21:00 Atalanta vs Sampdoria KlassifiKa Kampjonat Barclays premier tim l pti Manchester United 7 16 Manchester City 7 15 West Ham United 7 13 Arsenal 7 13 Tottenham Hotspur 7 12 Leicester City 7 12 Liverpool 7 11 Everton 6 9 Southampton 7 9 Crystal Palace 6 9 Swansea City 7 9 Watford 6 9 Norwich City 7 9 West Bromwich Albion 6 8 Chelsea 7 8 AFC Bournemouth 7 7 Stoke City 7 6 Aston Villa 7 4 Newcastle United 7 3 Sunderland 7 22 Tottenham Hotspur jumiljaw lil Manchester City u jikkastigawhom għat-tieni telfa konsekuttiva Harry Kane jiċċelebra wara l-gowl li poġġa lil tottenham Hotspurs fil-vantaġġ ta' 3-1 kontra manchester city

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 ta' Settembru 2015