Illum previous editions

ILLUM 27 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

€1.00 Nr 467 • 27 ta' Settembru 2015 www.illum.com.mt Tkompli f 'paġna 2 NEWSPAPER POST €1.15ċ biss biex tmur Għawdex fix-xitwa Enjoy the great blend that is beer at The Italian Job every Friday. EXCLUSIVELY REPRESENTED BY 1 8 / 0 9 / 1 5 2 5 / 0 9 / 1 5 0 2 / 1 0 / 1 5 0 9 / 1 0 / 1 5 1 6 / 1 0 / 1 5 2 3 / 1 0 / 1 5 3 0 / 1 0 / 1 5 0 6 / 1 1 / 1 5 1 3 / 1 1 / 1 5 2 0 / 1 1 / 1 5 2 7 / 1 1 / 1 5 JOHN BUSUTTIL LILLUM huwa nfurmat li l-Maltin li se jitilgħu Għawdex fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi matul ix- xitwa li ġejja se jħallsu daqs l-Għawdxin. Dan ifisser li passiġġier li kien qed iħallas €4.65, dix-xitwa se jħallas €1.15 u għalhekk se jiffranka €3.50. Ir-roħs se jkun akbar jekk jiddeċiedi li jitla bil- karozza, fejn flok €14.65 għal karozza u passiġġier, il-prezz se jinżel għal €8.15, jew €6.50 inqas. L-ILLUM kien nfurmat minn sorsi qrib il-Ministeru għal Għawdex li qed isiru diskussjonijiet mal-komunità tan-negozju f 'Għawdex fejn qed ikunu infurmati b'dawn it-tibdiliet bil-għan li x-xitwa tkun ta' suċċess bħalma kien dan is-sajf. L-għan prinċipali tal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo hu li l-gżira Għawdxija ma ssirx ċimiterju fix-xitwa, u x-xogħol fil-gżira jkompli għaddej u għalhekk wera x-xewqa li l-Gozo Channel tgħin biex tħajjar lill-Maltin ikomplu jqattgħu ġranet f 'Għawdex, anke fix- xhur xitwin. 120 pulizija jiltilqu f '10 xhur Il-Kummissarju u l-President tal-POU jikkontradixxu lil xulxin dwar 'eżodu' mill-Korp DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt F'KUMMENTI esklussivi mal-ILLUM, il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar qal li kemm ilu hu fil-kariga, jiġifieri minn Diċembru tal-2014, sal-lum, telqu mill- Korp tal-Pulizija 120 uffiċjal. Mistoqsi jekk dan ifissirx li kien hemm 'eżodu' fil- Korp, huwa ċaħad b'mod kategoriku u żied jirrimarka li n-numru ta' uffiċjali li telqu f 'dawn l-aħħar għaxar xhur huwa simili ħafna għal dak tas-snin ta' qabel. Fil-fatt huwa qal li "normalment jitilqu mal-100 pulizija kull sena." Dan jikkuntrasta mal- kummenti li għadda l-President tal-Police Officers Union, l-Ispettur Sandro Camilleri, li f 'intervista li qed tidher f 'paġni 16 u 17 sostna li kemm ilu pulizija, jiġifieri 'l fuq minn 20 sena l-eżodu tal-pulizija proporzjonijiet daqshekk gravi. Ma' din il-gazzetta, l-Kummissarju Michael Cassar spjega kif il- maġġoranza ta' dawk li jkunu telqu mill-Korp ikunu fil-fatt irtiraw biż-żmien wara li jkunu servew il-25 sena servizz. Huwa tenna li huma ftit dawk il-pulizija li jibqgħu fil-Korp wara dan iż-żmien minħabba li "jekk jibqgħu fil-Korp huma ma jkunux intitolati għal żewġ terzi tal- pensjoni." Aktar minn hekk, huwa fakkar kif din is- sena jiġi fi tmiemu l-ftehim kollettiv u li għalhekk, huwa normali li jkun hemm numru ta' pulizija li jitilqu. Minkejja dan, l-Ispettur Camilleri qal li "l-pulizija f 'Malta mhumiex trattati tajjeb u jħossuhom demoralizzati" u aktar minn hekk sostna li "l-akbar problemi fil-Korp huma kawża ta' deċiżjonijiet interni." Meta l-ILLUM staqsiet lill-Kummissarju tal-Pulizija jekk jaħsibx li l-paga tal- membri tal-Korp tirriflettix biżżejjed ix-xogħol tagħhom, huwa qal biss li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-partjiet interessati. Indħil politiku fil-Freeport Is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM, Josef Vella. Ara paġna 4

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 ta' Settembru 2015