Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 NEWSPAPER POST Nr 481 • 03 ta' Jannar 2016 www.illum.com.mt minn Albert Gauci Cunningham Edgar Farrugia u l-familja tiegħu spiċċaw f 'nofs taħwida nobis li saret fl-2005 u kien biss wara kważi 10 snin li d-dipartiment tal-artijiet ħa responsabilità tagħha. Il-familja Farrugia ilha 16-il sena, jew mill-1999, tistenna kumpens mid-Dipartiment tal-Artijiet għal proprjetà fil-Belt Valletta, f 'liema perjodu, l-istess proprjetà fi Triq San Nikola kienet trasferita darbtejn, darba f 'bejgħ u oħra fi tpartit, mingħajr l-għarfien jew kunsens tal-familja Farrugia u mingħajr ma dawn ingħataw sold f 'kumpens. Edgar Farrugia sar jaf b'dawn it-trasferimenti wara li fl-2013 mar id-Dipartiment u minn hemmhekk intqal lilu li fil-fatt il-ħlas lil familtu kien sar fil-forma ta' flus u artijiet fl-2005. Wara li baqa' jiċħad dan, huwa talab li jara l-kuntratti li permezz tagħhom suppost kien irċieva kumpens. Imma meta ra l-kuntratt, informa lill-persuna li magħha kellu l-laqgħat fid-Dipartiment li ma kellu ebda konoxxenza tal-persuni msemmijin fil-kuntratti ffirmati fl-2005. Kien biss f 'April tas-sena 2014 li d-Dipartiment tal-Artijiet ammetta li sar żball meta ingħata kumpens lil terzi minflok lill-familja Farrugia. Tkompli f 'paġni 2 u 3 Żieda ta' 40% fil-bejgħ ta' proprjetà ta' lussu f 'Għawdex minn John Busuttil Is-sEna li għadha kif spiċċat kienet waħda rekord fil-qasam tal- proprjetà f 'għawdex, tant li f 'kummenti mal- ILLUM Marie grech, il- Branch Manager ta' Frank salt f 'għawdex, qalet li fis-settur tal-bejgħ ta' proprjetà lussuża, jiġifieri dik it-tip li taqbeż il-€1 miljun, kien hemm żieda qawwija ħafna ta' bejn 35% u 40%. dan jirrifletti wkoll it-tkabbir ta' madwar 40% fis-settur tal-proprjetà f 'għawdex in ġenerali. "Ilni 26 sena f 'dan ix- xogħol u nista' ngħid li din is-sena [l-2015], hi waħda mill-aqwa snin li kellna," sostniet Grech mal-ILLUM. Mistoqsija minn ILLUM biex issemmi l-fatturi li wasslu għal din iż-żieda qawwija, Grech semmiet ir-rata tal-isterlina bħalissa meta mqabbla mal-ewro, l-iskema tal-IIP jew dik li tikkonċerna l-bejgħ tal- passaporti u l-fatt li fi Franza l-Gvern żied it-taxxa fuq proprjetà ta' dan it-tip. Grech tisħaq fuq l-importanza li jkun hemm inqas burorkrazija, li l-ambjent mibni jkun msebbaħ bi pjanti u fjuri u li titjieb is-sitwazzjoni infrastrutturali fil-gżira Għawdxija. Intant mal-ILLUM tkellmet ukoll Maria Farrugia, amministratur tal-kumpless Duke's li spjegat kif fl-2015, "il-ħwienet kollha qalulna li rreġistraw żieda fil-kummerċ ta' bejn 10% u 20% u kollha jinsabu kuntenti bil-bejgħ li kellhom. Kienet sena tajba ħafna." Ara paġni 14 u 15 • Il-Lands jammettu li fl-2005 taw kumpens 'bi żball' lil terzi għall-proprjetà ta' Farrugia Ħadulu l-proprjetà ...taw kumpens lil ħaddieħor

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016