Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 Spiżeriji Miftuħin illuM www.gozochannel.com Gozo ferrieS Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 teMp GħADA teMp illuM SuDoKu Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. is-soluzzjoni tal-ħadd li għadda 53 49 19 6 60 62 9 15 Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta Thomas's Pharmacy, 796, Triq il- Kbira San Gużepp, Ħamrun lanTern Pharmacy, Misraħ il-Keb- bies, Santa Venera Ħerba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara D'argens Pharmacy, 330, Triq D'Argens, Gżira balluTa Pharmacy, 30, Triq il-Kbi- ra, San Ġiljan The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Sliema iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, Iklin sT. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Għargħur el Medina Chemist, Triq il-Fliegu, Qawra De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Paola ViCTory Pharmacy, 32, Triq il-Vi- torja, Isla sT. James Pharmacy, 1, Misraħ San Ġakbu, Żabbar sT. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Għaxaq krisTianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, Mqabba Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ baĦrija Pharmacy, Triq Raddet ir- Roti C/W Triq l-Iskola, Baħrija Palm Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Sannat airPorT Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa l-oGħlA: 17˚Ċ l-inQAS: 13˚ Ċ teMp: Ftit imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati matul tard filogħodu Viżibilità: Tajba minbarra f'xi ħalbiet tax-xita riħ: Lbiċ forza 5 li jdur lejn il-Majjistral u jsir lokalment forza 6 bAħAr: Moderat għal qawwi li jsir qawwi iMbAtt: Baxx min-Nofsinhar il-Lbiċ li jsir mill-Majjistral teMperAturA tAl-bAħAr: 18°C l-oGħlA: 18˚Ċ l-inQAS: 11˚Ċ teMp: Imsaħħab Viżibilità: Tajba riħ: Punent Majjistru forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 li jsir mil-Lbiċ forza 5 għal 6 bAħAr: Qawwi iMbAtt: Baxx mill-Majjistral teMperAturA tAl-bAħAr: 18°C Tkompli minn paġna 1 Il-proprjetà ta' Farrugia kienet rekwiżita lura fl-1988 minħabba 'eżiġenzi pubbliċi' bl-akkwist ikun għall-pussess u l-użu. Sussegwentement, f 'dikjarazzjoni mill- president ta' Malta datata 29 ta' Settembru 1999 jidher ċar li l-Gvern kien xtara l-proprjetà b'mod assolut u għalhekk kellu l-obbligu li jħallas għall-proprjetà. Madankollu, sitt snin wara jew fl-2005, sar trasferiment tal-proprjetà tal-familja Farrugia lill-Gvern mingħajr ma din il-familja anqas biss kienet taf. Minflok ingħata l-kumpens lill- familja Farrugia, il-kumpens ingħata lil terzi. Skont il-kuntratt ta' 'Tpartit ta' Proprjetà' li għandha f 'idejha l-ILLUM, datat 30 ta' Diċembru 2005 jidher li meta sar l-arranġament bejn Albert Mamo, f 'isem il-Gvern, u l-kumpanija li ngħatat kumpens, il-valur tal-proprjetà in kwistjoni kien ilaħħaq it-€58,607 (Lm25,160). Apparti dawn, kienu miżjuda €51,677 (Lm22,165) f 'danni li jmorru lura għall-1988, meta l-art ġiet rekwiżita mill-Gvern. Dan ifisser li l-prezz totali tal-proprjetà, skont l-istess kuntratt, kien ta' €110,284. Ittra li għandha f 'idejha l-ILLUM, miktuba f 'isem il-Kummissarju tal-Artijiet nhar it-8 ta' April 2014 tikkonferma li d-Dipartiment tal-Artijiet għamel żball meta fl-2005 sar ħlas ta' kumpens lil kumpanija partikolari minflok lill-familja Farrugia. L-istess korrispondenza tgħid li "d-Dipartiment se jkun qed jieħu azzjoni immedjata sabiex jirregola ruħu u konsegwentement isir il-ħlas lill-aħwa Farrugia." Minkejja dan, meta tkellem mal-ILLUM, Edgar Farrugia qal li sal-lum, il-familja tiegħu għadha ma ħadet lanqas ċenteżmu wieħed f 'kumpens. Din l-ittra mid-Dipartiment kienet b'risposta għal oħra li ntbagħtet mill-Avukat ta' Edgar Farrugia, Josette Scicluna, nhar it-2 ta' April 2014 u li ntbagħtet ukoll lis-Segretarju Parlamentari għall-Iżvilupp u l-Ippjanar Michael Falzon. Fiha ngħataw id-dettalji kollha tal-każ fosthom dwar kif, wara riċerka li saret, irriżulta li l-proprjetà kienet trasferita darbtejn Fil-fatt skont id-dokumenti li għandha f 'idejha din il-gazzetta jirriżulta wkoll li fil-fatt, il-familja Farrugia mingħajr lanqas biss kienet taf, kellha l-proprjetà tagħha trasferita darbtejn fi ftit siegħat. Darba nhar id-29 ta' Diċembru 2005 permezz ta' bejgħ, meta l-proprjetà flimkien ma' oħrajn kienet mibjugħa lil kumpanija u l-għada stess, jiġifieri fit-30 ta' Diċembru 2005 meta l-proprjetà reġgħet kienet trasferita mingħand il-kumpanija għal għand il- Gvern. Edgar Farrugia esprima r-rabja tiegħu għal din is- sitwazzjoni u mal-ILLUM spjega kif hu flimkien ma' ħutu ilhom snin telgħin u neżlin id-Dipartiment tal- Artijiet. "Kulħadd itina raġun u ħadd mhu lest jagħmel xi ħaġa. Din hi proprjetà tagħna u apparti li d-Dipartiment ammetta l-iżball, għandna l-provi kollha li din hija tagħna," sostna Edgar. "U dan apparti li nħossni xxukjat li mmur biex nagħmel valutazzjoni għall-kumpens ta' ħwejġi u nsib li fil-fatt l-istess proprjetà sar negozju minnha." Il-proprjetà fi Triq San Nikola l-Belt Valletta għaddiet għand il-familja Farrugia f 'Mejju 1960 meta Paolo Farrugia, missier Edgar, xtraha u fil-fatt hija parti mill-wirt tal-aħwa Farrugia. L-intrata tal-istess dar kienet fi Triq San Nikola waqt li kien hemm bieb fuq wara, magħruf bħala l-bieb tas- servitu bin-numru 50 li kien jagħti għal Triq Sant'Anna. Din il-proprjetà tidher fil-wirt li tħalla lill-familja Farrugia fl-1964 kif ukoll f 'numru ta' sentenzi mill-Qorti Ċivili, fosthom waħda fl-1974 li tindika lil Giuseppa Farrugia, omm Edgar, bħala l-persuna li kienet qed tikri l-istess prorpjetà fil-Belt. • Mid-dipartiment qalulu li kienu ħallsuh il-kumpens diġà imbagħad ammettew li ma kienx il-każ • Saru żewġ kuntratti bejn id-29 u t-30 ta' Diċembru 2005 minn wara dahar il-familja Farrugia • Il-Gvern kien ta kumpens lil terzi li jlaħħaq il-€150,000 għal tliet proprjetajiet, inkluż ta' Farrugia Xtrawha u partuha f '24 edgar farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016