Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 | illum 15 Għawdex fil-kummerċ, turiżmu u proprjetà fibre optic cable ieħor." Marie Grech qaltilna wkoll li nħoloq fenomenu ġdid fis- settur tal-proprjetà, "Ħafna żgħażagħ Ewropej qed ifittxu li jikru postijiet f 'Għawdex minflok jixtru, u dan ifisser li dawk in-nies li sa 4 snin ilu kienu qed ifittxu li jbigħu l-proprjetajiet tagħhom, issa qed iżommuhom u jikruhom bi prezz tajjeb. Dan ifisser li d-domanda għax-xiri ta' proprjetà qed tiżdied u s-'supply' naqas u għalhekk qed nistennew li s-sena li ġejja, l-proprjetà f 'Għawdex se togħla." Marie Grech qalet ukoll li Għawdex hemm bżonn li jirfina ftit id-difetti li għad hemm, "it-toroq marru lura wisq u għad baqa' ħafna xi jsir, anke jekk qed isir xogħol, għad mhux biżżejjed. Nies ta' ċertu klassi li ġejjin minn bliet kbar fl-Ewropa jistennew li fil-pjazez tagħna jkun hemm iżjed fjuri u pjazez miżmuma sew. Il- burokrazija trid tispiċċa għax dawn ma jridux joqogħdu fi kjus biex iħallsu d-dawl u l-ilma, inkella biex japplikaw għal xi permess. Barra minn hekk, is-servizzi kollha jridu jitjiebu f 'kull settur speċjalment fil- catering. Mhumiex affarijiet kbar iżda jridu jitranġaw." Temmet Marie Grech. Maria Farrugia, Amministratur f ' The Duke Shopping Centre "Kull sena aħjar minn oħra, iżda din is-sena l-ħwienet kollha qalulna li rreġistraw żieda fil-kummerċ minn 10 sa 20% u kollha jinsabu kuntenti bil-bejgħ li kellhom. Kienet sena tajba ħafna. Matul il- ġimgħa, l-bejgħ jiġi minn kulħadd, Għawdxin, Maltin u turisti barranin, iżda fi tmiem il-ġimgħa, il-bejgħ ikun mill-Maltin. Il-Malti turist, tajjeb ħafna u jonfoq ħafna. Bla dubju li l-iskema ta' prezzijiet imraħħsa s-Sibtijiet għenet ħafna fiż-żieda ta' kummerċ u issa qalulna li mis-sena d-dieħla l-iskema se testendi għall-Ħdud ukoll." Maria Farrugia qaltilna wkoll li offerti u skemi li jagħmlu l-ħwienet u ċ-ċentri kummerċjali, jgħinu wkoll fejn f 'The Duke's Shopping Centre għamlu 'telephone booth' fejn tfal iħallsu €2 (li jmorru għal Puttinu Cares), iċemplu lil Santa Klaws u jieħdu sehem f 'kompetizzjoni, "din is-sena ħadu sehem fiha aktar minn 50% mis-sena li għaddiet." Mistoqsija jekk l-online shopping affetwax il- kummerċ Għawdxi, Maria qaltilna, "Mhux wisq. Għax id-differenza bejn Għawdex u Malta hi li hawn m'hawnx traffiku u m'hawnx daqshekk problemi ta' parkeġġ. Allura n-nies jippreferu l-kuntatt personali u jixtru bil- kumdità u jippruvaw dak li jixtru. Jien indur mas- salesgirls u mal-proprjetarji tal-ħwienet u kollha jinsabu bi tbissima u jgħidulek li qed jieħdu gost li x-xogħol miexi kontinwament. Bla dubju li din kienet sena tajba grazzi għal diversi skemi li saru mill-Ministeru għal Għawdex." Żieda qawwija fit-turiżmu f 'Ottubru Sadanittant, l-uffiċċju Nazzjonali tal- istatistika ħabbar ukoll li f 'Ottubru li għadda, f 'xahar fejn is-soltu jkun wieħed kwiet, kien hemm żieda qawwija minn ammont ta' turisti li marru Għawdex u żieda qawwija fl-iljieli li qattgħu fil-gżira Għawdxija. Fil-fatt, f 'Ottubru marru Għawdex 8,044 persuna li tfisser żieda ta' 763 turist fuq Ottubru tas-sena li għaddiet. Filwaqt li kien hemm żieda ta' 2,193 lejl li t-turisti qattgħu fil-gżira aktar minn Ottubru tas-sena ta' qabel. Dan ifisser li din is-sena f 'Ottubru kien hemm 37,561 lejl, meta mqabbel mal- 35,368 tas-sena ta' qabel. Dan ifisser li kien hemm żieda ta' 9% fl-ammont ta' turisti li żaru Għawdex f 'Ottubru ta' din is-sena u 6.2% żieda fl-iljieli li t-turisti qattgħu fil-lukandi Għawdxin. "F'Għawdex, il-bejgħ online ma jaffetwax għax m'hawnx problemi ta' traffiku u parkeġġ" Il-phone booth ta' The Duke fejn tfal iċemplu lil Santa Klaws u jgħinu lil Puttinu Tifel ferħan li għadu kif tkellem ma' Santa Klaws

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016