Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906
10 illum | Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 Feature Fl-2016, Londra tista' taqa' u l-Ghostbusters Il-films li se jdaħħquna, ibikkuna u jiddevertuna matul l-2016 minn Albert Gauci Cunningham GĦADDEW tlett ijiem biss mill-ewwel jum tas-sena l-ġdida, u s'issa jidher li x-xhur li ġejjin mistennija jkunu mill-aktar eċitanti fejn jirrigwarda films. Skont film partikolari, li fih se jaħdem Gerard Butler u li se joħroġ fl-2016, il-Prim Ministru Ingliż se jitlef ħajtu u jekk Butler, flimkien mal-President Amerikan u aġent tal-MI-6 ma jkunux ta' suċċess fil-ħidma tagħhom, Londra tista taqa' wara li jsir attakk fuq kull post famuż fil-belt. Jekk jirnexxielhomx isalvaw lill-belt jew le, għad irridu nistennew sa Marzu, meta l-film bl-isem, 'London has fallen' joħroġ għall-wiri. Apparti Butler, dan il-film mistenni jkollu wkoll lil Morgan Freeman bħala wieħed mill-atturi prinċipali. Intant fost l-aktar films li hemm antiċipazzjoni għalihom hemm uħud bi storja ferm oriġinali, filwaqt li hemm oħrajn li huma mibnijin madwar l-elementi, issa komuni ħafna, li jagħmlu l-films popolari. Bħal dejjem, l-2016 se tkun qed toffri numru ta' films li jkomplu fejn ħallew films qabilhom jew inkella animazzjonijiet klassiċi, bħal Jungle Book. Jiġifieri għal dawk minnkhom li ma tħobbu xejn aktar milli tintefgħu d-dar jew tmorru saċ-ċinema wara ġurnata xogħol u taraw film tajjeb, lestu ruħkom għal vjaġġ mimli eroj, imħabba, tradiment, fatati, fantaxjenza u azzjoni. Dawn huma fost l-aktar films mistennija għall- 2016. Il-Kredu tal-Assassini Il-ġlieda bejn żewġ super eroj Attakkat u abbandunat minn sħabu stess Dan il-film li għandu lil Justin Kurzel (Snowtown u Macbeth) bħala Direttur, jitratta raġel li jsir jaf kif l-antenati tiegħu kienu assassini professjonali wara li jkun inqabad minn organizzazzjoni sigrieta b'konnessjoni mal- Kavallieri. Callum Lynch, liema parti se tkun f 'idejn Michael Fassbender jibda jesperjenza l-avventuri tal-antenat tiegħu Aguilar fi Spanja tas-seklu 15 u jibda jakkwista għarfien inkredibbli biex iħabbatha mal-organizzazzjoni tal- Kavallieri Templari fil- ġurnata tal-lum. Parti minn dan il-film inħadem f 'Malta u fil- fatt, dawk ix-xeni li saru Malta bdew jinħadmu lura f 'Settembru tas-sena l-oħra. Għal miljuni madwar id-dinja li jħobbu jsegwu lil Superman u/jew lil Batman, l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena se jkun żmien ta' stennija partikolari għall-film li se jġib lil dawn iż-żewġ super-eroj wiċċ imb wiċċ u kontra xulxin. 'Batman v Superman: Dawn of Justice' se jġib miegħu mumenti eċitanti u effetti viżwali mill-aqwa, filwaqt li se jlaqqa' żewġ atturi magħrufin li se jilgħabu l-partijiet prinċipali fil-film. Henry Cavill fil-parti ta' Superman u Ben Affleck fil-parti ta' Batman. Li forsi ftit minnkom jafu huwa li fil-fatt dawn iż-żewġ super eroj diġà ltaqgħu fil- ktieb tal-komiks ta' Frank Miller fl-1986 bl-isem 'The Dark Knight Returns'. Hawn Batman jgħid lil Superman li jridu jibqa' jiftakru għal ħajtu kollha bħala l-unika persuna li rebħitlu. Film ieħor li se jkun qed joħroġ is-sena d-dieħla fiċ- ċinemas Maltin u li jidher li għandu storja pjuttost interessanti huwa 'The Revenant' bl-attur prinċipali se jkun Leonardo Di Caprio. Wara li jsofri attakk feroċi minn ors li jħallih prattikament mejjet, Hugh Glass jitħalla abbandunat minn sħabu li oriġinarjament riedu saħansitra jidfnuh ħaj. Minkejja li jsalva, Glass ikollu jaffaċċja kundizzjonijiet mill-aktar tal-biża' biex jgħix, apparti l-fatt li t-tradiment ta' sħabu jtaqallu ħafna mir- rieda li jibqa' għaddej. Glass irid jgħix xitwa kiefra biex jibqa' ħaj u jitgħallem jaħfer.