Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906
Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016| illum 5 Aħbarijiet Reazzjoni mħallta għal bidliet fit-trasport pubbliku ...ilmenti għax għadha ma twaħħlitx l-informazzjoni dwar ħinijiet minn Albert Gauci Cunningham ILBIDLIET fit-trasport pubbliku li daħlu fis- seħħ il-ġimgħa l-oħra ġabu reazzjoni mħallta. Min huwa kuntent bit- tibdil fir-rotot, min huwa inqas kuntent u min għadu lanqas fehem kif qed taħdem is-sistema. L-ILLUM ħa numru ta' reazzjonijiet min-nies fit-terminus tal-Qawra, minn fejn tkun koperta l-aktar lokalità popolata ta' Malta. Minn kummenti li tawna xi nies jidher li numru ta' bidliet intlaqgħu b'mod pożittiv, l-aktar il-fatt li aktar karozzi tal-linja issa qed jgħaddu minn San Pawl il-Baħar u l-ħolqien ta' rotot li jmorru direttament lejn Tas-Sliema mingħajr il-bżonn li jgħaddu minn Triq it-Torri. F'din it-triq, it- traffiku jista' jkun problema, apparti li hemm numru kbir ta' waqfiet li allura jagħmlu r-rotta waħda li ddum aktar. Raġel barrani iżda nstema jilmenta li mal-waqfien tar- rotta numru 12 li tgħaddi minn Triq il-Kosta u tgħaddi għal San Ġiljan, inħolqot problema għal dawk li jaħdmu Tas-Sliema jew inkella San Ġiljan. L-akbar preokuppazzjoni s'issa jidher li huwa l-fatt li l-ħinijiet ta' xħin tgħaddi x-xarabank għadhom ma ġewx imwaħħlin fuq kull waqfa bil-konsegwenza li ħafna passiġġieri qed jispiċċaw lanqas jafu f 'liema ħin se tgħaddi x-xarabank minn hemmhekk. L-ILLUM għamel kuntatt ma' rappreżentant tal-customer care tal-kumpanija li tipprovdi t-trasport li spjega kif fil-fatt matul il-ġimgħa d-dieħla se jkunu qed jitwaħħlu l-iskedi ta' xħin jgħaddu r-rotot minn kull waqfa. Fuq ix-xarabanks stajna ninnutaw li kien hemm, ġeneralment, interess qawwi dwar dawn il-bidliet u mhux daqstant ilmenti, anke jekk f 'lokalitajiet bħal Buġibba/ Qawra wieħed irid jistenna s-sajf jasal biex wieħed jasal għal konklużjoni dwar kemm se jaħdmu sew dawn ir-rotot. Dan minħabba li matul il- perjodu tas-sajf, postijiet bħal Buġibba u Tas-Sliema/ San Ġiljan jilħqu l-quċċata f 'termini ta' popolazzjoni (inkluż turisti) u għalhekk id-domanda tiżdied ħafna. Intant il-Gozo University Group (GUG) ilmenta bil-qawwa għat-tibdiliet fir-rotta X1 li tintuża minn ħafna studenti Għawdxin biex imorru l-Università. Il-GUG qal li apparti li r-rotta twalet bl-inklużjoni tal-Mellieħa, issa x-xarabank mhux qed tieqaf quddiem l-Isptar bil-konsegwenza li, skont il-GUG, qed jinħoloq inkonvenjent għall-istudenti tal-mediċina u għall- pazjenti. Anke l-Front Favur il-Mina bejn Malta u Għawdex ikkritikaw din il-bidla u qal li bil-bidliet, "li titlef il-vapur se jsir in- norma." Stqarrija oħra ġiet miż- Żgħażagħ tal-Alternattiva Demokratika (ADŻ) li spjegaw kif "ma tistax tippjana sew b'rotot bi frekwenza ta' karozza kull siegħa, jew inkella rotot li jdumu jduru għomor qabel jaslu sad-destinazzjonijiet ċentrali." L-ADŻ qalet ukoll li għandha tieqaf il-mentalità li malli tagħlaq it-18-il sena trid bilfors tixtri karozza u sejħet għal modi aktar ġodda u aktar inovattivi ta' trasport. kemm se jaħdmu sew dawn ir-rotot. Dan minħabba li matul il- perjodu tas-sajf, postijiet mhux qed tieqaf quddiem l-Isptar bil-konsegwenza li, skont il-GUG, qed jinħoloq inkonvenjent għall-istudenti tal-mediċina u għall- pazjenti. Anke l-Front Favur il-Mina bejn Malta u Għawdex ikkritikaw din il-bidla u qal li bil-bidliet, "li titlef il-vapur se jsir in- norma." Żgħażagħ tal-Alternattiva Demokratika (ADŻ) li spjegaw kif "ma tistax tippjana sew b'rotot bi frekwenza ta' karozza kull siegħa, jew inkella rotot li jdumu jduru għomor qabel Titla fuq ajruplan bi żball u ma jinduna ħadd minn John Busuttil DAWK li kienu fuq l-ajruplan tal-Easy Jet li kien sejjer Londra nhar it-Tlieta li għadda ilmentaw mhux ftit, kemm mal-ekwipaġġ kif ukoll ma' din il-gazzetta wara li mara li kellha tmur lejn il-Bulgarija telgħet fuq l-ajruplan għal Gatwick, sabet is-seat tagħha u kien biss wara li telgħet il-passiġġiera bl-istess numru tas-seat li kellha tittieħed azzjoni biex din titniżżel mill-ajurplan. Dan ifisser li din il-mara, minkejja li għaddiet miċ- 'check in desks' tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, xorta baqgħet dieħla b'biljett li kien jimmarka titjira lejn Sofia li kellha titlaq madwar siegħa wara dik li fil-fatt telgħet fuqha. Passiġġieri li tkellmu magħna qalu kif li kieku mhux għall- fatt li xi ħadd insista li jpoġġi fuq is-seat tiegħu kieku t-titjira kienet se titlaq b'mara li qatt ma suppost kienet fuq dan l-ajruplan. Persuna li kien fuq it- titjira tal-Easyjet bin-numru EZY8824 għal Gatwick ikkuntattja lill-ILLUM u spjega dak kollu li kien ġara. Dan il-passiġġier qalilna li l-mara telgħet fuq l-ajruplan u poġġiet fis-seat numru 28C. Ingħalqu l-bibien ta' wara u anke ttella t-taraġ meta passiġġier ieħor bl- istess numru tas-seat mar biex joqgħod fis-seat tiegħu u sabu okkupat. Il-bieba ta' quddiem kienet għadha ma ngħalqitx. Malli l-ekwipaġġ sar jaf bis- sitwazzjoni għamel 'security check' dak il-ħin stess u beda jqabbel kull hand luggage ma' kull passiġġier. Bdew jgħoddu lill-passiġġieri kontinwament u anke ċċekkjaw il-lifevests li jkun hemm taħt is-seats. Malli ndunaw b'dan l-iżball, nies mill-ekwipaġġ niżżlu lill-mara mill-ajruplan u din ittieħdet lura fl-ajruport. Intant lura fuq l-ajruplan kienet qamet komossjoni sħiħa b'bosta nies jilmentaw dwar l-aspett ta' sigurtà u jistaqsu kif passiġġier jista jitħalla jitla fuq ajruplan b'biljett li huwa għal post ieħor. Il-PN jitlob rimedju immedjat għall-indirizz lin-nazzjon ta' Muscat ILPARTIT Nazzjonalista talab lill-PBS biex jingħata rimedju immedjat wara ż-żewġ indirizzi lin-nazzjon li ta l-Prim Ministru Joseph Muscat, wieħed lejliet il- Milied u l-ieħor fl-ewwel tas-sena. Fil-protest tiegħu, il-PN jgħid li l-Prim Ministru uża dawn iż-żewġ okkażjonijiet biex jgħaddi messaġġ partiġġjan. "Il-messaġġ tal-Prim Ministru kien wieħed mibni fuq propoganda partiġġjana dwar temi ta' kontroversja politika, bħall-Power Station li kellha tkun mibnija sa 9 xhur ilu, l-'Università Amerikana' li la hi Università u lanqas hi Amerikana, fost l-oħrajn. L-anqas ħaġa li messu għamel il-Prim Ministru, f 'diskors bħal dan indirizzat lin-nazzjon, hu li ma jidħolx f 'temi ta' kontroversja politika u li huma elementi ta' politika partiġġjana," sostna l-PN. Intant immedjata kienet ir-risposta tal-Partit Laburista li akkuża lill-Oppożizzjoni li qed tiddejjaq tisma l-verità. "Huwa ċar li l-ikbar problema li l-Partit Nazzjonalista għandu bil-messaġġ li xxandar, bħal ma jsir kull sena, minn Prim Ministri differenti, huwa li matulu qed jidher ix-xogħol li sar, dak li huwa ppjanat għas- sena li bdejna u r-rizultati li nkisbu. Il-PN qed jiddejjaq li tinstema' l-verità u bħalma diġa rajna f 'okkazjonijiet oħrajn qed jipprova jostorha milli toħroġ," sostna l-PL. Il-PL itemm jgħid li l-protest li sar mill-PN juri livelli rekord ta' paranojja mill-istess partit. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT