Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 Nofsillejl mill-qalba tal-isbaħ bliet madwar id-dinja Londra – L-ewwel tokki tal-Big Ben ibiddlu l-akbar belt Ewropea f 'post maġiku mdawwal b'logħob tan- nar mill-isbaħ sinkronizzat mal-mużika. Il-London Eye ukoll nbidlet f 'rota ta' piroteknika mill-isbaħ. Tokjo – Il-Ġappuniżi iċċelebraw il-bidu tas-sena tax-xadina, skont iż-żodjaku ħdejn it-torri ta' Tokjo. Fil- Ġappun, l-ewwel tas-sena hija l-aktar vaganza importanti matul is-sena. Rio De Janeiro – Eluf fuq eluf intefgħu ħdejn il-bajjiet imrammlin u kbar ta' Rio biex isegwu l-ewwel mumenti tal-2016 u forsi jixorbu xi ftit Caipirinha. New York – Fejn iktar jekk mhux New York? Time Square in- bidlet f 'festa ta' kuluri hekk kif l-aħħar tokk indika l-bidu tal- ewwel mumenti tal-2016. Sydney – Bla dubju il-bidu tas-sena l-ġdida ġiet immarkata f 'Sydney b'wirja spettakolari piroteknika viċin l-Opera House. Naturalment Sydney iċċelebrat il-bidu tas-sena fis-sħana tas- sajf. Pariġi – Għalkemm il-belt għadha relattivament f 'luttu u fi stat ta' biża' wara l-aħħar attakki terroristiċi f 'ristoranti u fit-teatru Bataclan, il-Pariġini xorta ħarġu bi ħġarhom biex jilqgħu s-sena l-ġdida fix-Champs Elysees. It-triq li twassal għall-Arc De Triomphe. Moska – Eluf inġabru quddiem il-Kremlin, li fl-ewwel mumenti tas-sena xegħel flimkien mal-logħod tan- nar mill-isbaħ. Hong Kong – Il-belt mill-isbaħ li ma torqod qatt, Hong Kong, kienet iktar ikkulurita mis-soltu fl-aħħar lejl tal-2015 u l-ewwel lejl tas-sena l-ġdida.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016