Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

plejer. Huwa minnu li fil-Kampjonat tilgħab logħbiet importanti fosthom konfronti diretti u deciders li jkunu logħbiet ferm akkaniti u sbieħ, iżda l-fatt li mat-tim nazzjonali, kelli ċ-ċans li nilgħab kontra plejers ta' statura mondjali, u li wħud minnhom huma meqjusin bħala leġġendi, hija xi ħaġa inkredibbli. Fost dawn insemmilek lil Andrea Pirlo, Marco Verratti u Luka Modric li kelli ċ-ċans li nilgħab kontrihom meta Malta lagħbet kontra l-Italja u l-Kroazja rispettivament. Anki l-fatt biss li qiegħed fl-istess grawnd magħhom u jirnexxielek tlaħħaq magħhom f 'dak li għandu x'jaqsam ma' ġiri u teknika, diġà hija biżżejjed. Jekk niġu għal-logħba kontra l-Italja li ntlagħbet f ' Settembru li għadda f 'Firenze, kellek logħba mill-aqwa u saħansitra ġejt ivvutat bħala l-aqwa plejer Malti mill-gazzetta Taljana, 'La Gazzetta dello Sport. X'fisser għalik? Hekk hu. Anki niftakar li l-eks kowċ tat-tim nazzjonali Taljan, Giovanni Trapattoni, li fil-konfront bejn l-Italja u Malta, kien kummentatur tekniku għar-Rai, saħaq li jiena plejer ferm validu u li nista' nilgħab fejn u ma' min irrid. Il-fatt li tisma' dawn il-kummenti sbieħ fuqek u speċjalment ġejjin minn persuni bħal m'huwa Trapattoni, ikomplu jgħollulek il-moral bis-sħiħ. Dawn huma esperjenzi li meta nħares lura, jqawwuni ħafna u jgħinuni nħares 'il quddiem fil-karriera tiegħi tal-futbol b'ċertu ottimiżmu u pożittività. Jidher biċ-ċar li l-kowċ tat-tim nazzjonali, Pietro Ghedin għandu fiduċja assoluta fik. Taqbel miegħi? Iva. Pietro Ghedin huwa l-uniku kowċ li lgħabt taħt il-gwida tiegħu mat-tim nazzjonali tal-kbar. Min-naħa tiegħi qatt ma kelli l-ebda problema miegħu, u dejjem imxejt b'mod tajjeb miegħu. Huwa jurini rispett kbir u jien daqstant ieħor, u għalhekk hemm rispett reċiproku bejnietna. Rigward il- wirjiet tiegħi mat-tim nazzjonali, huwa qatt ma gerger dwarhom. Għandna relazzjoni tajba ħafna ma' xulxin u jien kuntent ferm li huwa l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti. Għamilt żmien konsiderevoli captain tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. X'tikkummenta fuq din l-esperjenza mat-tim, li dak iż-żmien kien immexxi mill-kowc Ray 'Żażu' Farrugia. U x'tikkummenta fuq Ray 'Żażu' Farrugia li llum huwa l-assistent kowċ tat-tim nazzjonali tal-kbar? Ray 'Żażu' Farrugia huwa motivatur kbir. Qabel kull logħba huwa kien jippreparana psikoloġikament bħal li kieku dik il-logħba kienet se tkun l-aħħar logħba li kellna nilagħbu fil- karriera tagħna. Għallimni ħafna f 'dan l-aspett ta' kif plejer għandu jipprepara għal-logħob, speċjalment mill-fattur psikoloġiku. Huwa daħħal ċertu mentalità pożittiva fit-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena li kowċis oħra ma kellhomx. X'tikkummenta dwar il-President ta' Birkirkara FC, Adrian Delia, u x'relazzjoni għandek miegħu? Jien personali wara l-logħba kontra West Ham United, li fiha ħriġna rebbieħa bl-iskor minimu ta' 1-0, Adrian Delia, flimkien ma' membri oħra tal-Kumitat ta' Birkirkara FC, avviċinawni u tawni kuntratt tajjeb mal-istess tim. Dan huwa sinjal ċar li huma jemmnu ħafna fil-potenzjal tiegħi. Jien nemmen li s'issa urejt rispett kbir lejhom, kif wara kollox huma urew lejja, jiġifieri s'issa għall- grazzja t'Alla sejjer kollox ħarir. Huwa fatt magħruf li bħala Birkirkara FC fil-ġimgħat li għaddew għaddejtu minn terremot intern. X'taħseb li wassal għal dan? Kif dehru l-affarijiet fil-ġimgħat li għaddew, hekk jidher. Madankollu, kull tim huwa kompost minn plejers, kowċing staff u kumitat. L-importanti li jien għandi relazzjoni tajba mal- plejers sħabu u anki mal-kowċ tiegħi. L-affarijet l-oħra huma kollha sekondarji. Jien nemmen li l-fatt li hemm pedament sod fil-klabb, żgur li fil-ġimgħa li ġejjin se nkunu qed niksbu riżultati pożittivi u tirritorna t-trankwillità fil-kamp Karkariż. Huwa minnu li int fil-ġimgħat li għaddew kont sospiż kemm mit- tim ta' Birkirkara kif ukoll mit-tim nazzjonali Malti? Le mhux veru. Li ġara kien li kelli inċident sfortunat ta' 'food poisoning', u spiċċajt l-isptar bid-'drip'. B'hekk ma kontx disponibbli għal-logħba partikolari ma' Birkirkara, għax għamilt jumejn ma niflaħx fis-sodda. Kawża t'hekk ma stajtx ukoll nattendi għal żewġ sessjonijiet ta' taħriġ mat- tim nazzjonali, iżda suppost kelli imur għand it-tabib tan-nazzjonal u ma mortx, minħabba li kif għidtlek kont verament ma niflaħx u ma stajtx noħroġ mid-dar. Sfortunatament, bħal fil-każ ta' meta qalu li kont insejt iż-żarbun tal-futbol warajja, il-media amplifikat ferm dan il-fatt u ħarġitu barra mill-kuntest. Dawn kienu affarijet żgħar u li ssolvew faċilment bejn il-persuni konċernati. Nerġa' ngħidlek li mhux veru li jien kont sospiż la minn Birkirkara, u lanqas mit-tim nazzjonali Malti, kif ma kinitx veru lanqas li jien kont insejt iż-żarbun tat-taħriġ warajja. Il-futbol Malti marid? Mhux marid. Hemm ċerti nies li waqt żmien ħażin flok jgħinuk jippruvaw ikissruk iktar. Madankollu il-futbol bħall-ħajja, jgħallmek ħafna. Qabel, meta kont nisma' kritika fil- konfront tiegħi, kont inħossha ħafna u niddemoralizza ruħi. Madankollu, llum il-ġurnata, inħoss li mmaturajt ħafna u m'għadnix inħoss ħafna meta nirċievi kummenti ta' kritika. Il-fatt li ilni bosta snin nilgħab il-futbol b'mod professjonali u anki l-esperjenza ta' seba' xhur li kelli meta mort nilgħab b'mod professjonali fl-Ungerija ma' Dunaujvaros, għenuni biex nirbaħ din is-sitwazzjoni. B'wiċċi minn quddiem ngħid li llum bil-kontra għal snin preċedenti, il-kritika saret tqawwini u ġġibni iktar b'saħħti fil-futbol. Bħala plejer li għalkemm għad għandek 24 sena, diġà rnexxielek tikseb suċċes liema bħalu fil-futbol, għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol. Ngħid b'wiċċi minn quddiem li l-futbol huwa għodda li tħalli ġid kbir fil-bniedem. Jien ħajti hija futbol biss. Għalkemm inħobb niddeverti, nipprova kemm nista' nżomm ruħi fit u nikkonċentra biss fuq il-futbol. L-akbar priorità f 'ħajti hija l-futbol. L-aħħar xahrejn għalija kienu mimlija futbol, iżda l-fatt li f 'dawn l-aħħar ġimagħtejn ta' festi tal-Milied u tal- Ewwel tas-Sena, bħala plejers konna liberi mill-futbol, kelli ċ-ċans li noħroġ ma' sħabi u ngawdi affarijiet oħra fil-ħajja. Fil-ħajja trid issib ħin għal kollox. Il-futbol huwa sabiħ għax barra li jżommok 'il bogħod mill-vizzji, jekk tpoġġi moħħok hemm, dan l-isport iżommok fit waqt li tista' tagħmel ukoll flus tajbin. Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 | illum 35 ilni naħdem għalih 6 snin sħaħ' Sports Twieled fil-5 ta' Ġunju 1991, u huwa minn Ħaż-Żebbuġ għalkemm qatta' ħafna mit-tfulija tiegħu f 'Birkirkara Fil-jiem li għaddew, sar plejer tal-klabb tas- Serie B, Ascoli FC, b'self sa tmiem l-istaġun Huwa prodott tan-Nursery ta' Birkirkara FC, fejn beda jilgħab magħhom sa mill-età ta' ħames snin Għamel esperjenza ta' seba' xhur jilgħab fl- Ungerija ma' Dunaujvaros FC Għamel żmien konsiderevoli captain tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena Rowen Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016