Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906
14 illum | Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 minn John Busuttil ĦAFNA minna lejn tmiem is-sena nagħmlu eżami tal-kuxjenza ta' dak li għaddejna minnu, fejn morna tajjeb u fejn morna ħażin u permezz ta' hekk, naraw x'għandna x'nirranġaw għas-sena ta' wara. Jidher li Għawdex għamel dan sena ilu, u dis-sena fil-fatt kellu sena mill-aqwa, fejn nies tal- kummerċ f 'Għawdex qed iqisuha bħala l-aqwa sena li qatt kellhom meta mqabbla mal-aħħar snin. Kull settur tal-kummerċ fil-gżira Għawdxija rreġistra żieda qawwija fil-bejgħ, bl-aktar settur li qed joħloq qligħ hu dak tal-proprjetà fejn iż-żieda fil-bejgħ hi dik ta' 40% aktar mis-sena ta' qabel speċjalment fis-suq 'up market' ta' proprjetajiet li jiswew 'il fuq minn €1 miljun. Iżda anke fis-settur kummerċjali kien hemm żieda qawwija, u fit-turiżmu kien hemm reġistrat numru aktar ta' turisti u numru aktar ta' ljieli. Tkellimna ma' wħud minn dawn il-persuni li għandhom idejhom eżatt fuq l-iswiċċ tal-ekonomija Għawdxija. Marie Grech: Branch Manager ta' Frank Salt "Ilni 26 sena f 'dan ix- xogħol u nista' ngħid li fil-proprjetà din hi waħda mill-aqwa snin li kellna. Kienet sena ħafna aħjar mis-snin ta' bejn l-2009 u l-2013, li kienu snin ta' riċessjoni, snin li affettwaw ħafna iżjed lil Għawdex minħabba li hawn m'hawnx korporazzjonijiet finanzjarji kbar. Barra minn hekk, min jixtri proprjetà Għawdex, huma dawk li jkunu jridu dar għall-vaganzi u nies irtirati ta' bejn is-60 u 70 sena li waqfu jixtru meta kien hawn ir-riċessjoni. Iżda x-xogħol beda jżid mis-sena li għaddiet, u dis-sena definittivament kien aħjar mis-sena l-oħra. Kellna bejgħ ta' proprjetà 'up market' jiġifieri ta' proprjetà ta' aktar minn €1 miljun fejn kellna żieda ta' bejn il-35 u 40%." Grech qaltilna wkoll li l-aktar nies li qed jixtru huma l-barranin, bl-akbar klijenti jkunu l-Ingliżi, għax ir-rata tal-isterlina, hi ta' €140,000 għal kull £100,000 u dan qed iħajjarhom jinvestu iżjed fil-proprjetà. "Anke l-inċentiv tal-bejgħ tal-passaporti għen biex dawn xtraw proprjetajiet li jiswew ħafna. Anke l-proprjetajiet ta' bejn it-€300,000 u l-€500,000 iċċaqlaq ħafna wkoll. Fattur ieħor ta' din iż-żieda hi li Franza għolliet it-taxxa, u dan ħajjar lil iktar barranin jagħżlu Għawdex." Mistoqsija dwar għaliex klijenti qed jagħżlu Għawdex, Marie Grech qaltilna li l-fatt li hemm sptar fil-gżira jgħin, għax il- klijenti iritrati l-ewwel ħaġa li jistaqsu għaliha. Qaltilna wkoll li ħafna brokers li jaħdmu fuq l-internet minn djarhom qed jagħżlu Għawdex għax hawn ħajja trankwilla, "iżda koppji li għandhom tfal żgħar u jixtiequ jiġu Għawdex, ma jistgħux għax dawn iridu jibagħtu lil uliedhom fi skejjel privati li f 'Għawdex m'hawnx. Hemm ukoll min ma jixtrix post f 'Għawdex għax ikun irid garanzija ta' Għawdex Sena ta' suċċess fil-kummerċ, • Żieda ta' 40% fi l-bejgħ tal-proprjetà ta' 'l fuq minn €1 miljun • Żieda ta' madwar 20% fi l-bejgħ kummerċjali • Żieda ta' 9% fi t-turiżmu "Kellna bejgħ ta' proprjetà mingħand dawk li xtraw passaport Malti" Republic Street, Valletta next to the Courts Marie Grech mal-Ministru għal Għawdex waqt żjara lill-kumpanija Frank Salt