Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906
Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 | illum 33 Sports jibni fuq is-suċċess ta' Guardiola ta' Novembru li għadda, meta l-Galacticos ġewwa darhom fis-Santiago Bernabeu sfaw megħluba minn Barcelona bl-iskor kbir ta' 4-0. Dan barra li huwa evidenti li l-ambjent li rnexxieku jibni Carlo Ancelotti fiż-żmien li huwa dam imexxi lil Real Madrid, jikkuntrasta ferm ma' dak li rnexxielu joħloq Rafa Benitez sa issa. Dan hekk kif huwa fatt magħruf li Rafa Benitez diġà kellu diversi kunflitti ma' wħud mill-plejers tiegħu - xi ħaġa li taħt il-gwida ta' Carlo Ancelotti bħala kowċ ma kinitx tiġri hekk kif bl-umiltà tremenda li huwa jippossjedi u l-fatt li dejjem jaħdem fil-kwiet u mingħajr daqq tat-trombi, tabilħaqq irnexxielu jinstiga l-għaqda bejn il- plejers tiegħu. Fil-fatt, meta Carlo Ancelotti ħalla lil Real Madrid, deher biċ-ċar li dan kien ħalla impatt kbir fuq diversi plejers tiegħu u li tabilħaqq huma meqjusin bħala stilel. Fost dawn insemmu lill-fenomenu Portugiż, Cristiano Ronaldo, li riċentament iddeskriva lill-kowċ Taljan bħala "ors sabiħ", u li kellu nostalġija kbira tiegħu. Iżda, l-attakkant Portugiż, ma kienx l-uniku wieħed li ħass in-nuqqas tal-kowċ Taljan fit-tmexxija ta' Real Madrid. Dan hekk kif plejers oħra fosthom James Rodriguez, Sergio Ramos, Marcelo, u Toni Kroos, ilkoll stqarrew fil- pubbliku li huma kienu ħassew ferm in-nuqqas ta' Carlo Ancelotti bħala kowċ tagħhom. Din it-tip ta' ammirazzjoni biex ma nsejħulhiex devozzjoni li Carlo Ancelotti jirnexxielu jiġbed mill-plejers tiegħu m'għandhiex tkun inqas fil- kamp ta' Bayern Munich, li meta wieħed jikkunsidra kollox, għandu jwassal lil dawn il-ġganti Ġermaniżi, biex jirriitornaw għas- suċċess fl-Ewropa, fosthom bir-rebħ tal-UEFA Champions League, wara diversi snin. Jidher li l-kowċ Taljan diġà qed jaħseb u jipprepara bis-sħiħ fuq il-jiem li hu se jkun qed imexxi lill-ġganti Ġermaniżi, hekk kif sar magħruf li hu talab lid- diriġenti tal-Bavarjani, biex fil-formazzjoni li se jkun qed imexxi mill-istaġun li ġej, huwa jkollu lit-tliet stilel li kien jikkowċja fiż- żmien li fih dam imexxi lil Real Madrid bħala kowċ. Dawn huma l-attakkant minn Wales, iktar magħruf bħala 'Mr Million', Gareth Bale, il-playmaker u mutur f 'nofs il-ground Kroat, Luka Modric, kif ukoll l-attakkant prolifiku Ġermaniż, Toni Kroos. Jekk it-trasferiment ta' dan tal-aħħar mal- Galacticos ikun qed isir realtà, dan ikun qed jirritorna mal-klabb li kien jilgħab miegħu qabel ingħaqad ma' Real Madrdid fis-17 ta' Lulju tal-2014, u fejn kien dam jilgħab tmien snin sħaħ, wara li ngħaqad magħhom mingħand il- club Ġermaniż ta' Hansa Rostock, meta kien għadu ferm żagħżugħ lura fl- 2006. L-unuri kollha li rebaħ Carlo Ancelotti fil- karriera tiegħu Bħala Plejer: Mar-Roma • Serie A: 1982–83 • Coppa Italia (4): 1979– 80, 1980–81, 1983–84, 1985–86 • European Cup: Runners-up 1983–84 Ma' AC Milan • European Cup: 1988–89, 1989–90 • UEFA Super Cup: 1989, 1990 • Serie A: 1987–88, 1991–92 • Supercoppa Italiana: 1988 • Intercontinental Cup: 1989, 1990 Internazzjonali • FIFA World Cup Medalja tal-Bronż mat- Team Nazzjonali Taljan: 1990 Bħala kowċ: Ma' Juventus (1999–2001) • UEFA Intertoto Cup: 1999 Ma' AC Milan (2001– 2009) • UEFA Champions League: 2002–03, 2006–07 • UEFA Super Cup: 2003, 2007 • FIFA Club World Cup: 2007 • Serie A: 2003–04 • Coppa Italia: 2002–03 • Supercoppa Italiana: 2004 Ma' Chelsea (2009–2011) • Premier League: 2009– 10 • FA Cup: 2009–10 • FA Community Shield: 2009 Ma' Paris Saint-Germain (2011–2013) • Ligue 1: 2012–13 Ma' Real Madrid (2013– 2015) • UEFA Champions League: 2013–14 • UEFA Super Cup: 2014 • FIFA Club World Cup: 2014 • Copa del Rey: 2013–14 Individwali • Serie A Coach tas-Sena: 2001, 2004 • Panchina d'Oro: 2002– 03, 2003–04 • Ligue 1 Manager of the Year: 2012–13 • Premier League Manager of the Month: November 2009, August 2010, March 2011, April 2011 • La Liga Manager of the Month: October 2014 • UEFA Manager of the Year: 2002–03 • IFFHS World's Best Club Coach: 2007, 2014 • World Soccer Magazine Manager of the Year: 2003 • FIFA World Coach of the Year (Runner-up): 2014 • Italian Football Hall of Fame: 2014] • A.S. Roma Hall of Fame: 2014 • A.C. Milan Hall of Fame Żjara ta' suċċess għal Jean Pierre Papin f 'Malta NhAR it-Tlieta 15 u l-Erbgħa 16 ta' Diċembru, żar Malta il-plejer leġġendarju Franċiz u eks plejer ta' AC Milan, Jean Pierre Papin. Din iż-żjara ta' Papin saret fuq inizjattiva tal-Milan Club Malta. L-entużjażti tal-futbol u partitarji tat-tim tal-AC Milan kellhom l-opportunità li jiltaqgħu ma' Papin f 'attività li saret nhar it-Tlieta 15 ta' Diċembru fil-Milan Club Malta ġewwa Ħal-Qormi. Kull min attenda kellu ċ-ċans ukoll li jassisti għal esibizzjoni ta' għadd ta' memorabilja tal-AC Milan fosthom replika tat-Tazza tal-UEFA Champions League mirbuħa mill-AC Milan, kif ukoll replika tal-Ballun tad-Deheb, li ntrebaħ kemm minn Papin, kif ukoll min-numru ta' plejers oħra tal-AC Milan. Barra minn hekk, il- persuni li attendew għal din l-attività ngħataw ukoll postcard tal-okkażjoni, li ġiet ffirmata personalment mill-eks plejer Franċiż, innifsu. Papin ipparteċipa wkoll għall-ikla tradizzjonali tal-Milied organizzata mill-Milan Club Malta, nhar is-16 ta' Diċembru fil-Lukanda Preluna, f 'Tas- Sliema. Jean Pierre Papin waqt attivitá li ġiet organizzata mill-Milan Club Malta