Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 | illum 3 Aħbarijiet '24 siegħa minn wara dahar Farrugia - Mejju 1960: Proprjetà 76 B Triq San Nikola, l-Belt Valletta tinbiegħ lil Paolo Farrugia. Fil-kuntratt jingħad li l-propjetà għandha bieb ieħor bin-numru 50 li jagħti għal Triq Sant'Anna. - 1964: Il-proprjetà fil- Belt Valletta flimkien ma' oħrajn jitniżżlu fil-wirt ta' Paolo Farrugia. Jgħaddiha lil uliedu, fosthom Edgar. - 1968: B'Denunzja ta' Suċċessjoni, il-proprjetà tgħaddi għand Giuseppa Farrugia,omm Edgar, wara l-mewt ta' żewġha. Imbagħad terġa' tintiret mit-tfal mal- mewt tagħha fl-1968. - 1988: Il-Gvern b'dikjarazzjoni tal-President jakkwista din il-proprjetà biex tintuża għal skopijiet pubbliċi. L-akkwist isir fuq pussess u użu. Għalhekk riedet titħallas il-kera. - 1999: Il-Gvern jakkwista l-art b'xiri assolut. B'kollox jixtri 39 proprjetà. Ma' dawn hemm 'Premises no. 50 Triq Sant'Anna' u 'Premises no.76, Triq San Nikola'. It- tnejn jappartjenu lill-istess proprjetà u t-tnejn huma tal-familja Farrugia. - 29 ta' Diċembru 2005: Il-proprjetà 76 u 76A jinbiegħu minn familja partikolari għal għand kumpanija permezz ta' kuntratt ta' bejgħ. Ma' dan il-bejgħ, il-partijiet ftiehmu li l-kompratur (il-kumpanija) ikun assenjat id-dritt għall- kumpens mingħand il-Gvern ta' €58,607 (LM 25,160) għan-numru 76. Il-familja Farrugia ma tafx dwar dan il-bejgħ li fih hemm inkluża l-proprjetà tagħhom. - 30 ta' Diċembru 2005: L-għada stess, il-proprjetà kienet trasferita mingħand il-kumpanija lura għal għand il-Gvern permezz ta' kuntratt ta' tpartit. Il-Gvern iħallas b'€150,000 f 'valur ta' proprjetà u €35,400 f 'somma ta' flus bħala kumpens. Il-familja Farrugia ma taf b'xejn. - 2013 –Wara numru ta' laqgħat fejn Edgar kien qed jiddiskuti l-kumpens, ikun infurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li hu kien irċieva somma flus u artijiet bħala kumpens. Jiċħad, u jitlob biex jara l-kuntratti fejn isib li l-ħlas sar lill-kumpanija u membri tagħha li hu ma jafx. - Settembru 2013 – Edgar Farrugia jibgħat ittra lid-Direttur tad- Dipartiment tal-Artijiet u jitlob spjegazzjoni ċara. Jgħid li dak li sar lilu "ma jitwemminx." - 2 ta' April 2014 – Permezz tal-avukat tiegħu, Farrugia jibgħat ittra li fiha jispjega dak li ġara u l-kuntratti li saru minn wara dahru. L-ittra titlob lid- Dipartiment biex tingħata spjegazzjoni u d-Dipartiment jirregola ruħu. - 8 ta' April – Id- Dipartiment, f 'ittra għan-nom tad-Direttur tikkonferma li sar żball, "meta sar ħlas ta' kumpens lis-soċjetà (l-isem tal- kumpanija) għall-proprjetà li tappartjeni lill-klijent tiegħek (Edgar Farrugia). Il-kronoloġija ta' dak li ġara s'issa 1. L-ittra li fiha d-dipartiment jikkonferma l-iżball li għamel meta ta kumpens lil terzi għal proprjeta ta' Edgar u l-familja Farrugia. 2. Parti mill-ittra tal-avukat ta' Farrugia li fiha titlob spjegazzjoni u rimedju immedjat mid-Dipartiment tal-Artijiet. 3. Il-valur tal-proprjeta flimkien mad-danni mill-1988 fil-kuntratt bejn il-Gvern u t-terzi għat-tpartit ta' art u proprjeta. 1 2 3

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016