Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906
Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 | illum 29 Sports mid-dinja tal-futbol fl-2016 Neymar kif ukoll mar-rivali Portugiż ta' Real Madrid, Cristiano Ronaldo, b'uħud, fosthom il-midfielder Brażiljan ta' Barcelona Dani Alves, kienu tal-fehma li l-fenomenu Portugiż ma kienx jistħoqqlu li jkun fil-lista tat-tliet finalisti għar-rebħ ta' dan l-unur, b'postu kellu jittieħed mill- Urugwajan eks attakkant ta' Liverpool, Luis Suarez, biex b'hekk fil-lista finali tal- kandidati, ikun hemm trio ta' plejers ta' Barcelona. Jurgen Klopp jirbaħ Tazza ma' Liverpool Il-bidu tal-kowċ Ġermaniż Jurgen Klopp fit-tmun ta' Liverpool deher wieħed ferm inkoraġġanti, fosthom meta Liverpool għelbu lil Manchester City bl-iskor konvinċenti ta' 4-1 barra minn darhom fil-21 ta' Novembru li għadda. Iżda, mbagħad Liverpool naqsu ferm fl-andament tagħhom u fost oħrajn sfaw megħluba minn Watford bl-iskor ta' 3-0, fejn f 'din il-logħba b'mod partikolari dehru diversi xquq fid-difiża tar-Reds. B'hekk, jidher biċ-ċar li Liverpool mhux se jkunu fit-tiġrija finali għar- rebħ tal-Kampjonat Barclays fl-Ingilterra, hekk kif jidher li dan se jkun ikkontestat b'mod partikolari minn Arsenal u Manchester Cuty, dejjem jekk Leicester City ma jibqgħux jimpressjonaw lil kulħadd u jkunu huma li jiġġieldu wkoll mal-Gunners u l-Blues għar-rebħ tal-Kampjonat. Jidher ukoll biċ-ċar li anki t-tellieqa biex Liverpool jiksbu post fil-UEFA Champions League se tkun waħda ferm diffiċli għalihom, speċjalment jekk matul l-istaġun li ġej, kif hemm ċans kbir li jiġri, jonqos post għal timijiet Ingliżi f 'din l-iktar kompetizzjoni importanti u prestiġjuża fix-xena tal- futbol Ewropew fuq bażi ta' clubs. Iżda jidher li Liverpool għandhom ċans kbir li jisfidaw ferm biex jirbħu t-tieni l-aktar kompetizzjoni importanti fl- Ingilterra u li għandha storja kbira fl-Ingilterra, l-FA Cup. Dan biex ma nsemmux il-League Cup, jew kif inhi magħrufa aħjar - il-Capital One Cup, fejn Liverpool diġà jinsabu fis-semi-finali ta' din il-kompetizzjoni, li għalkemm ma tantx tingħata importanza minn timijiet Ingliżi, xorta waħda tibqa' Tazza u r-rebħ tagħha żgur li jkun qed jagħti kunfidenza konsiderevoli u jgħolli l-moral lill-partitarji kollha ta' Liverpool, kif ukoll lil kull min hu nvolut b'mod dirett fil-kamp tar-Reds, mhux inqas lill-kowċ bravu tagħhom, il-Ġermaniż, Jurgen Klopp. Il-Ġermanja tirbaħ l-Euro 2016 Matul is-sena 2016, se jkun hemm stennija partikolari għal Euro 2016, li se tkun qed issir bejn l-10 ta' Ġunuju u l-10 ta' Lulju fi Franza, fost biżà u tensjoni li jistgħu jsiru attakki terroristiċi waqt dan ix-xahar ta' spettaklu ta' futbol. Dan speċjalment wara l-attakki terroristiċi traġiċi li seħħew f 'Pariġi u li xxukkjaw lid-dinja kollha matul Novembru li għadda. Wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2014 fil-Brażil, jidher li l-Ġermanja, bl- iskwadra formidabbli u bl- esperjenza wiesa' li l-plejers tagħhom jippossjedu, se jerġgħu jkunu l-favoriti li jirbħu din il-kompetizzjoni. Madankollu, huma żgur li se jkollhom sfida denja ġejja mit-tim nazzjonali ospitant Franċiż kif ukoll minn timijiet oħra li għalkemm jistgħu jitqiesu bħala 'outsiders', żgur li jistgħu jkunu hemm huma wkoll biex jirbħu din il- kompetizzjoni ferm prestiġjuża fuq bażi ta' timijiet nazzjonali. Fost dawn nistgħu nsemmu b'mod partikolari lill- Belġju, il-Kroazja, Spanja, l-Italja u anki l-Ingilterra. L-Ingilterra titlef ir-raba' tim b'post awtomatiku fil- UEFA Champions League Bħalissa l-Ingilterra huwa biss wieħed minn tliet pajjiżi li huma membri sħaħ fil-UEFA li ta' kull staġun itellgħu erba' timijiet fil- UEFA Champions League. Madankollu, jidher li teżisti possibiltà kbira li l-Ingilterra titlef ir-raba' post għall- istaġun li ġej, bl-akbar pajjiż favorit li jirbaħ dan il-post ikun l-Italja. Dan minħabba l-fatt li matul dan l-istaġun, it- timijiet Ingliżi xejn mhuma qed jimpressjonaw fl- Ewropa, hekk kif ir-Red Devils ta' Manchester Unted sfaw eliminati fi stadju ferm bikri tal-UEFA Champions League, meta saħansitra ġew eliminati mill-fażi tal-Gruppi ta' din il- kompetizzjoni, waqt li tidher xi ħaġa diffiċli li Arsenal u Chelsea jirnexxielhom jeliminaw lil Barcelona u PSG rispettivament fir-round tal-aħħar 16 tal-istess kompetizzjoni. Iżda jekk wieħed jieħu kollox in konsiderazzjoni u f 'perspettiva, jista' jkun li l-Ingliżi jirnexxielhom isalvaw bi sbrixx ir-raba' post tagħhom fil-UEFA Champions League. Dan speċjalment minħabba l-fatt li anki ż-żewġ timijiet Taljani li fadal jieħdu sehem fil-UEFA Champions League, bħal fil-każ tal- Gunners u tal-Blues, daqstant ieħor xejn ma ġiethom polza faċli. Dan hekk kif fir-round tal- aħħar 16, Roma se jkunu qed jaffrontaw lill-ġganti Spanjoli ta' Real Madrid, waqt li Juventus se jkunu qed jilagħbu kontra ġganti oħrajn, il-Ġermaniżi, Bayern Munich. Josè Mourinho jista' jkun ikkonfermat b'mod uffiċjali bħala l-kowċ il-ġdid ta' Manchester United Il-kowċ Ġermaniż ta' Liverpool, Jurgen Klopp, jaspira li jwassal lit-tim tiegħu għar-rebħ tal-FA Cup u/jew il-Capital One Cup, matul dan l-istaġun Lionel Messi jippoża flimkien mal-erba' Blalen tad-Deheb li rebaħ b'mod konsekuttiv bejn l-2009 u l-2012