Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906
Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 | illum 7 Qorti to our new premises in Valletta Road, Luqa opposite TNT w e h a v e m o v e d Tel. 21 320 433 Ħareġ mill-ħabs u kompla fejn ħalla RAĠEL Sqalli li kien għadu kif skonta sentenza ta' 30 xahar ħabs talli ffastidja lill-eks maħbuba tiegħu, reġa' nżamm taħt arrest nhar l-Erbgħa li għadda wara li tressaq il-Qorti, akkużat li kien reġa' beda jaqbad magħha. Ir-relazzjoni bejn Massimo Tivinisi ta' 41 sena u l-mara Maltija kienet intemmet fl-2008, iżda hu kien kompla jiġri warajha sal-2010, meta kien nstab ħati li taha fastidju u ntbagħat il-ħabs għal erba' snin. Il-maġistrat Charmaine Galea semgħet kif Tivinisi kien beda jibgħat ittri t'imħabba lill-eks sieħba meta nħeles mill-ħabs f 'Awwissu li għada. Meta dawn ma ġewx imwieġba, kien beda jsegwi l-movimenti tagħha minflok. L-ispettur Roderick Agius spjega lill-Qorti li l-imputat kien jitfaċċa kull fejn kienet tmur il-mara, kif ukoll iqatta' siegħat sħaħ jistenna fuq l-għatba tagħha u saħansitra jitfa' ġebliet żgħar lejn it- twieqi tad-dar. Agħar minn hekk, l-Isqalli kien jagħmel ġranet sħaħ l-isptar Mater Dei isegwi lil din il-mara, li hi ners, fuq il- post tax-xogħol tagħha. Tivinisi ġie mixli bi 15- il imputazzjoni konnessi mal-fastidju, li kollha ġraw mill-aħħar ta' Awwissu 'l hawn. L-aħħar inċident bejniethom kien seħħ nhar it-Tnejn li għadda, fid-dar ta' l-eks sieħba ġewwa Ħal Qormi. Hu ġie akkużat ukoll li hedded lil missier il-vittma, għamel ħsara fil-proprjetà tagħha kif ukoll li werwer lill-familja tagħha. Ġie mixli li kiser il-kundizzjonijiet ta' ordni ta' protezzjoni li kienet ġiet imposta fuqu mill-Qorti fil-passat. L-avukat difensur, Noel Cutajar qal li l-klijent tiegħu kien ser iwieġeb li hu ħati, iżda saħaq li kien hemm bżonn ċar li Tivinisi jingħata kura psikjatrika. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest u ordnat li r-raġel jinżamm fil-kustodja tal- pulizija sakemm tingħatalu s-sentenza fis-seduta ta' nhar it-Tlieta. Mixlija bi stupru LAKKUŻI kontra żewġt irġiel Eġizzjani li jinsabu mixlija bl-istupru vjolenti ta' raġel Filippin inxteħtu fid-dubju wara li l-Qorti semgħet wieħed mill- pulizija li arrestahom jixhed li l-allegat vittma irrapporta biss serqa, u mhux stupru. Il-kumpilazzjoni kontra Ramy Gamal Elasrag ta' 33 sena u Helmy Mohammed Elmosaty li għandu 24 sena, kompliet quddiem il-maġistrat Aaron Bugeja din il-ġimgħa. Elasrag u Elmosaty huma mixlija li wettqu l-allegat attakk sesswali fi ġnien pubbliku ġewwa l-Furjana f 'Awwissu li għadda. Iżda waqt is-seduta ta' nhar it-Tlieta li għadda, kuntistabbli tal-pulizija li kien wieħed minn dawk li arrestaw lill-irġiel, irrakkonta li hekk kif wasal fuq il-post, il-Filippin beda jgħidlu li kien safa mhedded b'sikkina minn żewġt irġiel Għarab u li kienu serqulu l-basket. Dan kien gerrex lill-Għarab billi beda jgħajjat għall-għajjut, b'leħen għoli. Fl-għaġġla biex jaħrab, wieħed mill- ħallelin waqalu l-mowbajl, u din wasslet lill-pulizija sabiex jintraċċaw liż-żewġt imputati. Waqt il-kontroeżami mill-avukat ta' Elasrag, George Buttigieg, ix- xhud wieġeb li r-rapport inizzjali kien sar minn raġel barrani li kien għassa ma' post fil-viċin, fejn kien qiegħed jinħadem film. Il-kuntistabbli kkonferma li li r-raġel Filippin kien sabu liebes meta waslu fuq ix-xena l-pulizija. Qal ukoll li dan kien irrapporta biss li nsterqulu xi affarjiet. Din il-verzjoni tal-fatti ġiet ikkorraborata minn surġent tal-pulizija li żiedet tgħid li l-vittma lanqas ma kien semma li kien qala' xi swat waqt is-serqa. Il-Qorti appuntat lill- esperta tad-DNA Dr. Marisa Cassar biex tagħmel analiżi ta' diversi kampjuni meħuda mill-imputati u l-vittma. Il-każ ikompli fi Frar. L-ispettur Geoffrey Sicluna qed imexxi l-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukati George Buttigieg u Graziella Attard qed jirrapreżentaw lil Rami Jamal Elsarage u Helmy Mohammed Elmosaty rispettivament. Ipprova jsiefer minn Malta b'dokumenti foloz RAĠEL mill-Ghana din il-ġimgħa ingħata sentenza sospiża wara li ammetta fil- Qorti li kien ipprova jsiefer mill-ajruport internazzjonali ta' Malta b'użu ta' dokumenti foloz. Musah Ibrahim, li għandu 25 sena ġie arrestat l-ajruport nhar it-Tlieta filgħodu, meta kien ser jimbarka fuq titjira lejn l-Italja. L-ispettur tal-Pulizija Darren Buhagiar qal lill-Maġistrat Charmaine Galea li Ibrahim ġie mwaqqaf mill-uffiċċjali wara li ntebħu li l-passaport tiegħu kien wieħed falz. Instabu wkoll karta tal-identità Taljana u permess tar-residenza Taljana, kollha ffalsifikati. Ibrahim kien irrilaxxa stqarrija fejn spjega li kien ġie Malta biex ifittex xogħol u li d-dokumenti foloz kienu ġew ipprovduti lilu minn ħabib tiegħu, għax tiegħu kienu għadhom fil-proċess li jiġu mġedda. L-ispettur qal li l-Ghaniz kien daħal Malta permezz tal-istess dokumenti foloz, iżda minħabba li l-arranġament tax-Schengen kien għadu ma ġiex sospiż, dawn ma kinux ġew iċċekkjati. Wara li kkunsidrat diversi fatturi, fosthom il- kooperazzjoni tal-imputat mal- pulizija, il-Qorti tagħtu sentenza ta' 12-il xahar ħabs, sospiżi għal tliet snin. ...Imma l-vittma rrapporta biss serqa