Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 Intervista 'Kont nibża' li kont se nitlef L-istorja ta' kuraġġ u ispirazzjoni ta' omm li kważi tilfet lil binha J acob Cachia huwa żagħżugħ ta' 18-il sena li kważi tliet snin ilu, hu u l-familja tiegħu għaddew minn trawma meta qatta' 5 xhur l-isptar wara li kellu infezzjoni rari f 'moħħu, u kellu jgħaddi minn tliet operazzjonijiet maġġuri f 'moħħu, u żewġ emorraġiji, f 'moħħu stess. Dawn l-operazzjonijiet kienu serji mmens u t-tobba kienu diġà ppreparaw lill-familja li dawn setgħu jkunu fatali, tant li qalulhom li Jacob kellu 50% ċans li jgħix u jsalva. "Imma t-tifel għex. Imma mhux għax għex, it-trawma waqfet hemm, it-triq tal-fejqan hi waħda twila." Dan spjegatu Sarah, omm Jacob li għalkemm irrakkontat l-esperjenza diffiċli li għaddiet minnha hi u l-familja tagħha, jispikka fi kliemha l-element qawwi ta' pożittività li jirnexxielha tittrażmetti lil kull min jitkellem magħha. Fil-fatt, Sarah tisħaq li, "l-pożittività hi nofs il- fejqan u għalhekk, ma kontx inħalli nies li se jbikkuh, imorru ħdejh." It-tobba kienu qalu wkoll li kien hemm ċans kbir li Jacob ma jkunx jista' jimxi, però, bid- determinazzjoni u ħafna terapija, illum Jacob jista' jimxi u qed ikun ta' eżempju għal ħafna żgħażagħ oħrajn li jinsabu għaddejjin minn xi diffikultajiet. Minkejja li bħala familja huma bla dubju ispirazzjoni kbira għal ħafna oħrajn li jinsabu għaddejjin minn xi burraxka, Sarah titkellem dwar persuni oħra li huma pożittivi minkejja li għaddejjin minn xi sitwazzjonijiet ta' saħħa huma, wkoll bħal Bjorn Formosa, l-fundatur ta' ALS Malta, li Sarah tiddeskrivih bħala "ispirazzjoni u eroj talli qed jaħdem biex jgħin lil ħaddieħor minkejja l-kundizzjoni tiegħu." L-ILLUM iltaqgħet mal-familja Cachia biex tirrakonta l-istorja u l-ħidma tagħha mal-persuni li jinsabu għaddejjin b'xi trawma. Sarah spjegat kif ħassewhom bħala familja wara dak li kienu għaddew minnu, u l-għajnuna li kellhom bżonn. "Wara t-trawma, tħossok waħdek ħafna, avolja jkollok ħafna ħbieb u familja warajk, u tibda tfittex nies li jifhmuk, u l-iktar nies li jistgħu jifhmuk huma n-nies li jkunu għaddew minn trawma huma stess. Ikunu jafu kif tista' toħroġ mid-dlam, u jafu x'jiġifieri li tkun fid-dlam, hi x'inhi t-trawma li jkunu għaddew minnha." 'Kellna bżonn naqsmu l-esperjenza tagħna' Meta kienu lesti biex joħorġu lil Jacob mill-isptar, Sarah staqsiet lit-tobba jekk kienx hemm xi tip ta' informazzjoni dwar nies li kienu għaddew minn esperjenzi simili u setgħu jaqsmu l-istejjer tagħhom flimkien. Sfortunatament, minħabba kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data u etika fix-xogħol, it-tobba ma setgħux jgħinuhom. "Għalhekk, bid-dmugħ f 'għajnejja saqsejt lil Jacob, 'Imma kif se nsibuhom lil dawn in-nies?,' u kien minn hemm li ftaħna l-grupp fuq Facebook, u bil-mod il-mod bdew deħlin in-nies fih biex jitkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom, kollha stejjer diffrenti u kollha stejjer ta' kuraġġ, minn kull tip ta' mard u kundizzjoni." Ingħata l-isem ta' 'Survivors Malta', għaliex huma jrexxielhom jgħixu u jgħaddu minn din il-battalja, u jirbħuha. Għalhekk l-arma tal- għaqda, turi qalb b'żewġt iswaba' 'l fuq f 'simbolu tar-rebħa tagħhom. Sarah, dejjem bi tmissima fuq fommha, tkellmet fuq kif għalkemm il-grupp ġie maħluq sabiex huma jkunu jistghu jgħinu lil ħaddieħor, kien il-grupp stess u n-nies ta' ġo fih li għenhom jerġgħu jsibu saqajhom. L-għan finalment huwa li jagħtu xi ftit tal-kuraġġ u juru empatija, u għalkemm kulħadd jittama għall- aħjar, "ma nistgħux inwiegħdu li kollox se jispiċċa b'wiċċ il-ġid, imma tal-anqas noffru ftit tad-dawl." Sarah kompliet tispjega li s-survivors mhumiex biss dawk li jkunu fis-sodda, imma wkoll dawk li jkunu madwarha, "għax dawk isofru daqs, jekk mhux iktar minn dawk li jkunu mardu." Mumenti ta' diffikultà Minkejja li bħala esperjenza kienet kollha kemm hi waħda diffiċli, dik li kellhom jgħaddu minnha l-familja Cachia, Sarah tiddeskrivi mument partikolari bħala l-iktar wieħed li kien ta' diffikultà, partikolarment għaliha bħala omm Jacob. "Bħala omm, l-iktar mument diffiċli jkolli ngħid li Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com "Kif tista' omm tipprepara biex issellem lil binha għall- aħhar darba?" Il-Familja Cachia: Sarah Jacob, Sammy u Chloe

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016